Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għas-Saħħa f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum irriżenjaw 54 persuna mill-kariga tagħhom, u dawn kienu fil-gradi ta’: Basic Specialist Trainee, Casual Substitute Clerk, Dental Surgery Assistant, Director Nursing and Midwifery Services, Economics Officer, General Practitioner, House Dental Surgeon, House Officer, Medical Administrator, Medical Director, Medical Laboratory Scientist, Occupational Therapist, Officer in Scale 8, Officer in Scale 12, Pharmacist, Pharmacy Technician, Principal Speech Therapist, Radiographer, Resident Specialist, Senior Physiotherapist u Staff Nurse.
Ma tinżammx informazzjoni dwar ir-raġuni għalxiex impjegati jirriżenjaw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ħareġ lill-kapijiet tal-iskejjel u għalliema minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid xahar b’xahar kif ħarġu dawn it-transfers u x’kienet ir-raġuni warajhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid, fid-dawl tal-istatistika li turi żieda ta’ kważi 9% fin-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol, x’inhi l-istrateġija tal-Ministeru tiegħu u tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) sabiex nies li qed jirreġistraw għax-xogħol ikunu aktar employable?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-istrateġija tal-Ministeru u dik tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) hija waħda u hija li nies li qed jirreġistraw għax-xogħol ikunu aktar impjegabbli. Dan qed isir permezz ta’ għadd ta’ miżuri:
L-ETC tgħin lil min jibda jirreġistra għax-xogħol billi tipprovdi pariri dwar kif sorsi fejn tfittex ix-xogħol, u x’tip ta’ xogħol il-persuna tista’ tikkunsidra abbażi tal-kwalifiki, l-ħiliet, l-esperjenza u d-dispozizzjoni tagħha. L-
employment adviser
tal-ETC igħin lill-persuna qiegħda biex tfassal pjan t’azzjoni personali bil-għan li dan iwassal għal impjieg. L-
employment adviser
jibqa’ jsegwi lill-persuna fuq bażi regolari sakemm din tibqa’ tirreġistra.
L-ETC tgħin ukoll billi tħarreġ persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’oqsma relatati max-xogħol li huma jkunu jixtiequ jagħmlu. Bħalissa qed issir ħidma biex il-korsijiet tal-ETC jiġu riveduti u tinkiseb l-
accreditation
tagħhom mill-NCFHE. B’hekk min ilesti b’suċċess kors tal-ETC akkreditat, jikseb ċertifikat rikonoxxut u skont wieħed mil-livelli tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki. Bdew ħergin sejħiet għal offerti għall-provvista ta’ taħriġ, bl-ewwel tender tkun għall-provvista ta’ taħriġ fil-qasam tal-informatika.
Minbarra pariri u taħriġ, l-ETC tgħin ukoll billi tipprovdi skema ta’ xogħol fil-kommunita’ lil persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol bil-għan li dawn jerġgħu jidħlu fir-rutina tax-xogħol u jiksbu ħiliet li jagħmluhom aktar impjegabbli.
Għal persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol u li huma żvantaġġati, jeżistu skemi li bihom l-ETC tipprovdilhom esperjenza fuq post tax-xogħol bil-għan li dawn isiru aktar midħla tad-dinja tax-xogħol, jiksbu ħiliet u preferibilment isibu mpjieg wara. Il-programm
Job Bridge
qed isir biex jgħin persuni b’diżabilita’ biex jiksbu ħiliet soċjali biex isiru inqas dipendenti fuq il-ġenituri u jkunu jistgħu jintegraw fid-dinja tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm numru ta’ għalliema li ħarġitilhom transfer li mhux biss irrifjutaw it-transfer maħruġ lilhom, imma li saħansitra qed jieħdu passi legali kontra d-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-istess Ministru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li ma hemm l-ebda każ fejn inħareġ tansfer u ttieħdu passi legali kontra d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-istess Ministru. Jekk taf b'xi każ partikolari fejn ġara dak li qed tgħid l-Onor. Interpellanta, hija mitluba ġentilment tgħaddili t-tagħrif meħtieġ biex ninvestiga l-każ.
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-kuntratt tal-impjieg tal-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jindika x’inhuma l-kredenzjali tal-individwu li wasslu biex hu jintgħażel għal din il-pożizzjoni? Jikkonferma li ma saret ebda sejħa pubblika għal dan il-post?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3910.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li dan il-Gvern mhux se jaħdem fuq proġetti ta’ toroq ġodda? Jista’ jikkonferma jekk il-Ministru (jew persuna f’ismu) talabx lill-kunsilli lokali b’maġġoranza Laburista sabiex ma jagħmlux talbiet biex isiru toroq ġodda fil-lokalitajiet tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-toroq ġodda li jaqgħu taħt ir-responsabiltà ta’ Transport Malta saru, qed isiru u se jibqgħu jsiru skont il-programm ta’ xogħol li qed jiġi mfassal u aġġornat. Ta’ min wieħed iżid li wara l-konsultazzjoni mal-kunsilli lokali żdiedu, mhux naqsu, toroq ġodda oħrajn.
Niċħad li qatt għidt lil xi kunsilli lokali partikolari sabiex ma jsirux talbiet għal toroq ġodda, u mhux infurmat li xi persuna f’ismi qalet dan.
Postijiet tal-Gvern – tneħħija ta’ ordni ta’ rekwiżizzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tispjega s-sitwazzjoni u l-provedimenti li l-Gvern se jadotta rigward postijiet li tneħħielhom l-ordni ta’ rekwiżizzjoni u li issa ġew derikwiżizzjonati, f`każijiet fejn is-sidien ta’ dawn il-postijiet qed jitolbu lill-inkwilini biex joħorgu minn hemm meta l-istess inkwilini kellhom titolu validu skont il-liġi li jibqgħu hemm u l-ebda liġi ta’ derekwiżizzjoni ma tista’ timponi retroattività? Xi protezzjoni qed joffri l-istat għal din is-sitwazzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jiġi introdott il-vaċċin tal-influwenza li jingħata via l-imnieħer minflokk titqiba (speċjalment għat-tfal)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-għażla li it-tilqima kontra l-influwenza li tingħata mill-Ministeru għas-Saħħa tkun dik li tingħata b’injection ittieħdet fuq bażi kemm klinika klif ukoll loġistika. Filwaqt li t-tilqima li tingħat bil-labra hija addattata għal kull eta u kundizzjoni klinika, mhux l-istess jista’ jingħad għal dik li tingħata mill-imnieħer. It–tilqima li-tingħata f’forma ta spray fl-imnieħer tista’ tingħata biss lil etajiet ta’ bejn sentejn u 49 sena u ma tistax tingħata lil nies b’kundizzjonijiet mediċi bħal ażma, u nisa tqal u allura mhix addatata għall-maġġoranża tal-popolazzjoni li il-Ministeru jindirizza il-kampanja ta’tilqim lejha.
Djar tal-Anzjani – Applikazzjonijiet minn persuni Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4033 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u b’referenza għar-rapport preliminari maħruġ mill-NSO Census of population and housing 2011 li ġie ppubblikat fl-2012, u ċjoè peress li l-istatistika ppubblikata f’dan ir-rapport turi li minn popolazzjoni ta’ 416,055 persuna, 8,710 persuna jgħixu f’arranġamenti fejn il-maġġor parti tagħhom huma djar tal-anzjani, jista’ l-Ministru jagħti lista kemm minn dawn it-8,710 persuna huma Għawdxin, kemm hemm bħalissa applikazzjonijiet pendenti ta’ residenti Għawdxin li jridu jmorru jgħixu fi djar tal-anzjani u kemm minn dawn ilhom pendenti? Jista’ jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex anzjani Għawdxin ikollhom residenza simili ġewwa Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija, jiġifieri dik dwar il-każi pendenti li hemm għar-Residenza Sant' Anna u s-Sala Ġerjatrika tal-irġiel fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, tinsab fit-tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Ministeru għal Għawdex beħsiebu jinvesti f'faċilità residenzjali għall-anzjani f'Għajnsielem li se jkollha 70 kamra u 140 sodda.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4039 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm studenti bħalissa jistudjaw il-mediċina? Kemm hemm Maltin u kemm hemm barranin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa fl-Universita' hemm 508 studenti Maltin u 216 studenti barranin (EU u mhux EU) li qed jistudjaw fil-kors li jwassal għall-grad ta' Doctor of Medicine and Surgery.
Minħabba li l-istudenti għadhom qed jagħmlu l-
enrollment
tal-bidu tas-sena, dan in-numru jista' jinbidel xi ftit fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4041 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn studenti bħalissa jistudjaw id-dentistrija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li bħalissa hemm 68 student li qed jistudjaw id-dentistrija fl-Università. Minħabba li l-istudenti għadhom qed jagħmlu l-enrollment tal-bidu tas-sena, dan in-numru jista' jinbidel xi ftit fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern f’taxxi mill-Maltco f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm bħala perċentwali ntużaw minnhom għal skopijiet soċjali? Jista’ jgħid jekk intużawx sabiex minnhom jgħinu lill-gamblers permezz ta’ programmi jew attenzjoni partikulari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Senior Environmental Health Practitioners u Senior Environment Health Officers — appointments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x' sar mill-post ta' senior environmental health practitioners u senior environmental health officers peress li dawn kienu parti minn collective agreement fejn kulħadd jitla’ grad? Meta se joħorġu dawn l-appointments peress li huma kellhom jimlew applikazzjoni, ġiet vetted, ir-riżultati ħarġu fit-18 ta' Lulju 2013 iżda l-appointments għadhom ma ħarġux?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi qed isir ix-xogħol neċessarju sabiex il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku tkun tista’ tapprova l-ħatriet tan-nies li kienu eliġibbli u għaddew għal dawn is-sejħiet. Qed issir ukoll talba sabiex dawn il-ħatriet ikunu backdated għad-data tar-riżultat.
Environment Health Practitioners – ftehim kollettiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x' sar minn grupp ta' impjegati li kienu assistant principal health inspector u li bil-portfolio (bil-ftehim kollettiv) dawn telgħu skala minn 9 għal 8? Peress li dawn ġew amalgamati ma ta' taħthom, suppost kellha toħroġ call for application f' Ġunju biex isiru environmental health practitioners? Meta ħierġa din il-call for application?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir ix-xogħol neċessarju sabiex il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku tkun tista’ tapprova l-ħatriet tan-nies li kienu eliġibbli u għaddew għal dawn is-sejħiet. Qed issir ukoll talba sabiex dawn il-ħatriet ikunu backdated għad-data tar-riżultat. Rigward is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal Environmental Health Practitioner, din tinħareġ hekk kif jiġu approvati l-ħatriet mir-riżultati ppublikati f’Lulju.
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 4223, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li bdew jirċievu l-car allowance minn wara t-12 ta' Marzu 2013 għax fir-risposta tas-7 ta' Ottubru 2013 din l-informazzjoni ma ġietx sottomessa?
Response (MIZZI, JOE)
Nerġa’ nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4223, għax fil-fatt din l-informazzjoni kienet ġiet sottomessa.
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 4216, jista’ l-Ministru jagħti rendikont iddettaljat tan-nefqa f’xiri ta' materjal u n-nefqa f’kiri ta' inġenji, separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-
Infieq fuq xiri ta’ materjal €291,212.12
Infieq fuq kiri ta’ inġenji €18,914.00
Ta’ min jgħid li l-figuri hawn fuq mogħtija huma differenti minn dawk li ingħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4216 minħabba li x-xogħol baqa’ għaddej b’rittmu mgħaġġel ħafna.
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari 4215, jista’ l-Ministru jgħid kemm sar major patching fl-aħħar sitt xhur ta' qabel it-12 ta' Marzu 2013 u fl-ewwel sitt xhur ta' wara t-12 ta' Marzu 2013? F'liema toroq sar il-major patching hawn fuq imsemmi, kemm-il metru kwadru ta' major patching sar u kemm intefqu flus għal dan il-major patching li saru fil-perijodi hawn fuq imsemmija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ xogħlijiet mitluba. Qed inpoġġi wkoll lista ta’ major patching li saru f’sena sħiħa fl-2008 liema xogħlijiet kienu jammontaw għall- €46,613.50 li jikkontrastaw bil-kbir mas-somma li diġà intefqet minn din l-amministrazzjoni f’perjodu ta’ seba’ (7) xhur li tammonta għal €109,232.09.
Iż-Żejtun – xogħlijiet fuq toroq u proġetti infrastrutturali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3888, jista’ l-Ministru jgħid x' xogħol hu ppjanat li jsir fil-lokalità taż-Żejtun fir-rigward ta' toroq u proġetti infrastrutturali mill-Kunsill Lokali fil-ħames snin li ġejjin? Meta hu ppjanat li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li x-xogħol relatat ma’ resurfacing ta’ toroq jiddependi mill-baġit li ġej. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-kunsill lokali mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4203, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu impjegati professjonisti ġodda fil-qasam mediku, kategorija b’kategorija, fis-sitt xhur li ġejjin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi l-ingaġġ ta’ professjonisti fil-qasam mediku jsir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, kif miftiehem mal-Ministeru tal-Finanzi, u l-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Interventi u operazzjonijiet – Maximum waiting time
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4204, minħabba li l-Crossborder Directive se tidħol fis-seħħ din il-ġimgħa, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha marbuta mal-maximum waiting time għall-interventi/operazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li rigward id-Direttiva dwar l-Applikazzjoni tad-Drittijiet tal-Pazjent fil-Kura tas-Saħħa Transkonfinali, anzi din tiddefinixxi l-limitu ta` żmien li huwa medikament ġustifikabbli, bħala dak ibbażat fuq valutazzjoni medika oġġettiva tal-kundizzjoni medika tal-pazjent, l-istorja u l-iżvolġiment probabbli tal-marda tal-pazjent, il-grad tal-uġigħ tal-pazjent u/jew in-natura tad-diżabilità tal-pazjent fiż-żmien meta tkun it-talba għall-kura. Infatti minkejja dan bħalissa għadddeja ħidma biex titwettaq il-weghda elettorali numru 12 u l-Gvern impenjat biex jiżgura li l-pazjenti jinqdew fi żmien xieraq.