B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4217, jista’ l-Ministru jgħid meta se jintemm il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender u konsegwentement meta se jibda x-xogħol relatat ma’ din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni tat-tenders tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-Coast Road ta’ Baħar iċ-Ċagħaq waslet fil-fażi finali.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti r-regeneration plan għal Marsaxlokk, x'xogħlijiet se jsiru u f'liema toroq? Jista’ jpoġġi kopja tal-pjanti proposti kif wkoll stimi tax-xogħol involut? Meta se jibda ix-xogħol u meta se jkun lest?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ressaq numru ta’ proposti lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk bħala parti minn regeneration plan għal din il-lokalità. Bħala Gvern ħallejna f’idejn il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk biex jara liema proposti l-aktar li jinteressawh. La darba l-pjanijiet ikunu konklużi, inkunu nistgħu nagħtu aktar dettalji.
Works and Services Department – xogħlijiet u proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru proġetti/xogħol mill-Works and Services Department mit-12 ta' Marzu 2013 sal-lum? Fejn sar ix-xogħol, għal min u kemm intefqu flus f'pagi ta' ħaddiema, overtime ta' ħaddiema, xiri ta' materjal, kiri ta' inġenji u xogħol li sar permezz ta' kuntratturi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol ta' kisi ta' wiċċ ġdid bit-tarmak fi Triq Melqart, Marsaxlokk, issa li x-xogħol ta' mogħdija ta' servizzi u bini ta' bankini huwa lest?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ Triq Melqart Marsaxlokk, Transport Malta qiegħda tippjana l-fażi li jmiss minħabba li ġie stabbilit li t-triq għandha bażi dgħajjef u għaldaqstant iridu jsiru xogħlijiet addizzjonali qabel ma jingħata l-asfalt fuq il-wiċċ tat-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid min ipprepara il-pjanti u stimi għar-regeneration plan ta' Marsaxlokk? Kif ingħata x-xogħol ta' preparazzjoni ta' pjanti, stimi u applikazzjonijiet mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, b'tender jew b'direct order?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-persuni kollha ingaġġati u/jew impjegati fid-dekasteru tiegħu minn barra s-servizz pubbliku, mingħajr ma saret sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet? F’kull każ, jista’ l-Ministru jagħti:
i. L-isem tal-persuna;
ii. Il-kariga li ngħatat;
iii. Min għażel lill-persuna;
iv. Il-post fejn taħdem il-persuna; u
v. Ir-remunerazzjoni u l-benefiċċji l-oħra li għandha/u?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diskussjonijiet għaddejjin mas-sidien (jew rappreżentanti tagħhom) tal-Isptar St Philip’s dwar xi forma ta’ ftehim li jista’ jintlaħaq bejnhom u l-Gvern?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li m’hemmx diskussjonijiet għaddejjin rigward l-Isptar St Philip’s
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
a) L-isem tal-persuna appuntata?
b) Il-pożizzjoni li fiha l-persuna ġiet appuntata?
c) Id-data li fiha l-persuna ġiet appuntata?
d) Min għażel lill-persuna?
e) Il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna?
f) X’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata?
g) Min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum
h) Jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kinetx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa għal applikazzjonijiet?
i) Jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Sa Maison – rwejjaħ – investigazzjoni minn Transport Malta
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għamlitx xi investigazzjoni partikulari dwar ir-raġuni li għaliha qed ikun hemm irwejjaħ qawwija fl-inħawi ta' Sa Maison (fil-baħar)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta investigat dan il-każ u għaddiet l-ilment lill-awtoritajiet konċernati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm reserved parking bays approvati fin-Naxxar matul din is-sena? F'liema toroq ġew approvati dawn il-bays? Kemm minn dawn il-bays, wara li ġew approvati, u forsi wkoll wara li ġew immarkati fuq il-post, fil-fatt ġew mibdula minn fejn kienu oriġinarjament approvati? X'kienet, f'kull każ, ir-raġuni li għaliha dawn il-bays inbidlu minn kif oriġinarjament approvati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Parkeġġ Riservat Persuni b’Diżabbilta’ approva ħames applikazzjonijiet għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabbilta’ fin-Naxxar matul din is-sena. Kaxxa waħda biss minn dawn il-ħames approvazzjonijiet ma ġietx implimentata eżatt quddiem id-dar tal-persuna b’diżabbilta’ skont il-polza. Transport Malta ħadet passi mmedjati sabiex jiġi tranġat dan l-iżball li kien qed joħloq tbatija lill-persuna b’diżabbilta’.
reserved parking bays – persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għadhiex tinsisti li biex tiġi approvata reserved parking bay għal persuni bi bżonnijiet speċjali, dak li jkollu l-blue card fuq ismu, irid ikun ukoll l-applikant għal tali reserved parking?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jiġi approvat parkeġġ riservat għal persuni b’diżabbilta’ għal perjodu ta’ sena li jiġġedded, l-applikant jew il-persuna b’diżabbilta’ għal min tkun qed issir l-applikazzjoni, irid ikollu Disabled Blue Card valida fuq ismu.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq riklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa totali hi dik ta €21,687.61 . Ir-riklamar sar lit-times of Malta, l-Orizzont, in-Nazzjon, The Malta Independent, Malta Today . L-Agenziji li intuzaw kienu Allied Newspaper, Union Print, Media Link, Standard Publications Ltd, Dipartment Of Information, Media Today Co Ld, Sound Vision Print Ltd u Market Link.
Ministeru għall-Finanzi — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq reklamar u public relations matul ix-xhur Marzu, April u Mejju 2013 kienet ta’wieħed u erbgħajn elf, disa u disgħajn ewro u tnejn u sittien ċenteżmu (€41,099.62). Ma dawn kien hemm ukoll nefqa ta’ Stg.ta’erba mija seba u tmenien ewro (€487.50).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — reklamar u public relations
Question
Tista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq riklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — reklamar u public relations
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba . Ninfurmah ukoll li r-reklami tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ingħataw jew b’mod dirett jew permezz ta’ aġenziji/kumpaniji li isimhom qed jingħata b’mod kunfidenzjali.