Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ impjegati fis-settur pubbliku li ġew trasferiti biex jaħdmu fil-Ministeru tiegħu kemm jekk parti mis-Segretarjat Privat jew le? Għal kull impjegat/a, jista’ jgħid:
a) Xi grad għandu/ha l-impjegat/a;
b) Minn fejn ġie trasferit;
c) X’inhu xogħlu/xogħolha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħatriet saru fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi minn Marzu 2013 ’l hawn? Kif inħatru dawn l-uffiċjali? Meta saret is-sejħa għall-ħatra f’dawn l-impjiegi? Kemm kien hemm applikanti? Min huma l-persuni li ġew ingaġġati? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta ma’ kull pożizzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min ġie appuntat administration manager fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi? Kif inħatret din il-persuna? Meta saret il-call for applications? Kemm kien hemm applikanti? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta mal-pożizzjoni ta’ administration manager? X’kwalifiki u esperjenza għandha f’dan il-qasam il-persuna maħtura?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Koperattivi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-membri tal-Bord tal-Koperattivi huma:
Ms. Frances Mifsud – Chairperson
Ms. Rita Law
Mr. Angelo Azzopardi
Mr. Joe Abela
Mr. Carmelo Bugeja
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-konsulent legali tal-Bord tal-Koperattivi? Kif inħatret din il-persuna jew kumpanija? Meta ħarġet l-expression of interest? X’kundizzjonijiet hemm fil-kuntratt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-Konsulent legali tal-Bord tal-Koperativi hija Dr. Lydia Abela. Din kienet il-Konsulent Legali taħt l-amministrazzjoni preċedenti u billi dejjem provdiet servizz eċċellenti ġie mġeddilha l-kuntratt bi ħlas ta’ €4,000 fis-sena.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhu l-eżerċizzju li qed isir, skont kif qed jingħad mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, biex jittieħdu ritratti tal-faċċati tal-postijiet mibnija, madwar Malta? Fejn beda dan l-eżerċizzju? Ta’ liema rħula u bliet, s’issa, ttieħdu r-ritratti? Meta hu mistenni li jitlesta dan l-eżerċizzju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif dwar x’inhu l-eżerċizzju li qed isir biex jittieħdu ritratti tal-faċċati tal-postijiet mibnija madwar Malta ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4990. L-eżerċizzju nbeda minn kull parti ta' Malta mid-diversi fotografi li qegħdin jiehdu r-ritratti. 60% tax-xogħol huwa lest. Dan l-eżercizzju mistenni li jitlesta sa' Jannar 2014.
Billi f’San Pawl il-Baħar qed jingħad li matul il-jiem li għaddew, wara nofsinhar, kien hemm laqgħa għas-sajjieda tal-inħawi, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’ġie diskuss waqt din il-laqgħa, u b’mod partikolari x’ġie deċiż għal dak li jirrigwarda t-tqegħid tad-dgħajjes fl-inħawi tal-Menqa peress li għadu jingħad li hemm theddida li l-ispazju minn dejjem maħsub għad-dgħajjes jibda jintuża bħala parkeġġ?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li saret laqgħa ta’ konsultazzjoni mas-sajjieda f’San Pawl il-Baħar fejn dawk preżenti ingħataw l-opportunita` li jressqu l-mistoqsijiet u lmenti tagħhom. Fost il-punti diskussi tqajjmet il-kwistjoni ta’ tqegħid tad-dgħajjes fl-inħawi tal-Menqa fid-dawl ta’ xniegħat li dan l-ispazju se jibda jintuża bħala parkeġġ. F’dan ir-rigward, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5165.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema partijiet tat-TEN-T li jikkonċernaw l-inħawi ta’ bejn San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa għadhom qed jiġu kkunsidrati minn Transport Malta? Jista’ jagħti tagħrif dwar liema partijiet mit-TEN-T għal dawn l-inħawi għadhom ma ġewx implimentati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet qed jiġu evalwati flimkien ma’ proġetti oħra tat-TEN T.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar traffic count fuq it-triq li minn San Pawl il-Baħar tagħti għall-Mellieħa? X’kienu d-differenzi prinċipali li rriżultaw minn studji oħra li kienu saru qabel? F’liema ġranet u għal kemm żmien saru dawn l-istudji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li jien infurmat saru traffic counts fil-junction bejn il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar kantuniera ma’ Triq il-Mosta, kantuniera ma Kennedy Drive, kantuniera ma Triq Burmarrad f’Awwissu 2010 u f’Mejju 2010. Mit-traffic counts li saru f’dan l-junction rriżulta li l-vetturi li jużaw il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar jiżdiedu fix-xhur tas-sajf fil-ħinijiet bejn is-sebgħa u kwart u d-disgħa u kwart ta’ filgħodu u jonqsu bejn nofs in-nhar u s-sagħtejn ta’ wara nofs in-nhar. Dawn it-traffic counts ittieħdu fuq tlett ġranet.
Billi Transport Malta hi l-Awtorità responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri tal-Gozo Channel, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saret l-aħħar ċertifikazzjoni ta’ dawn il-vapuri? Jista’ jagħti tagħrif ukoll dwar jekk Transport Malta ntalbitx li tiċċertifika wkoll l-għeluq ta’ partijiet mill-vapur fuq ċertu vjaġġi peress li hu naturali li vapur nofsu magħluq għandu kapaċitajiet differenti minn meta l-area kollha tal-passiġġieri tkun miftuħa? Min awtorizza li l-Gozo Channel tagħlaq partijiet mill-vapur fuq ċertu vjaġġi b’mod partikolari bil-lejl?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3579, ninfurmah li l-vapuri għaddew miċ-ċertifikazzjoni neċessarja ta’ kull sena, fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, minn organizazzjoni appuntata skont l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet il-lotteries u gaming authority dwar il-highly qualified schemes fl-2012 u kemm minn Jannar sa Settembru 2013? Għal kull perijodu, jista’ jgħid x’kien l-impjieg ta’ kull applikant rispettivament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4096, jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jsiru fil-futur programmi oħra ta’ smoking cessation clinics indirizzati għal dawk il-persuni li jixtiequ jieqfu jpejpu? Fiex eżattament jikkonsisti dan il-programm u f’kemm-il sessjoni jikkonsisti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid min huwa intitolat li jirċievi s-servizz tal-Meals on Wheels? Kemm hemm persuni li qed jirċievu dan is-servizz illum u li huma kapaċi jsajru? Persuni li jafu jsajru jingħataw dan is-servizz? Kemm trid tħallas persuna biex tirċievi dan is-servizz?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-Meals on Wheels huwa offrut lil dawk il-persuni li għandhom 60 sena jew aktar u lil persuni b’diżabilità li mhumiex f’qagħda li jippreparaw l-ikliet tagħhom. Kull ikla li hija ssussidjata tiswa lil benefiċċjarju €2.21.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2206, jista’ l-Ministru jindika kemm hemm professjonisti (bħal psikjatra, psikologu, social worker, eċċ.) li jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? X’għandhom jagħmlu l-priġunieri/l-qraba tagħhom biex jirċievu s-servizzi ta’ dawn il-professjonisti biex jgħinuhom fir-riabilitazzjoni tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm jagħtu s-servizzi professjonali tagħhom żewġ psikjatri, żewġ psikoloġi u żewġ social workers.
Priġunieri, jistgħu jitolbu huma stess appuntament u/jew jistgħu jiġu wkoll referuti mit-tobba li qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-klinika li hemm fil-Faċilità.
Persuni bi bżonnijiet speċjali li għandhom impjieg
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4099, tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-1,248 persuni li qed jaħdmu u huma rreġistrati bħala persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u sabu impjieg skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? X’tip ta’ xogħol qed jingħataw dawn il-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ta` Mejju 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), in-numru ta' persuni reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ bħala persuni bi problemi ta' saħħa mentali u kienu qed jaħdmu kien taʾ 103 persuni. It-tabella li turi t-tip ta' xogħol ta' dawn il-persuni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema xahar u sena twaqqfet l-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel mill-Kunsill Malti għall-Isport u kemm kien in-numru ta' tfal li kienu reġistrati (sena, sena) fi ħdan din l-akkademja sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel bdiet f'Ottubru 2011:
· fl-ewwel sena (2011) kien hemm 24 parteċipant u
· fit-tieni sena (fl-2012) kien hemm 28 parteċipant
Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel – lecture room — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar ix-xogħol infrastrutturali fuq il-lecture room li tintuża għat-tagħlim fl-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel u kif kien iffinanzjat ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħol infrastrutturali fuq il-lecture room li tintuża għat-tfal fl-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Zwiemel beda fis-sena 2012 u tlesta issa. Ix-xogħol ġie ffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-iSport.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfal reġistrati fl-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel matul din is-sena akkademika (2013/2014)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn din is-sena akkademika, l-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel qed titmexxa mill-Malta Racing Club.
Ninsab infurmat li hemm tmintax (18) tfal irreġistrati. Infurmat ukoll li hemm oħrajn li potenzjalment jirreġistraw.