Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats illi kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’safar kellu bħala Ministru fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016, u min kienu l-persuni li akkumpanjawh (u jagħti l-ismijiet tan-nies)? Minn fejn inxtraw il-biljetti ta’ kull safra? X’kienu l-pagamenti li saru waqt dawn is-safriet għall-ikel u għall-ispejjeż ta’ trasport? X’kienu l-pagamenti ta’ xorb li tħallsu mill-Ministeru kemm jekk mil-lukandi kif ukoll minn postijiet oħra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żoni Industrijali – żamma ta’indafa u manutenzjoni ta’ bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min hi r-responsabilità għaż-żamma fl-indafa u manutenzjoni ta’ bankini u toroq f’żoni industrijali: a) Tal-Ħandaq b) Il-Mosta (Tarġa Gap) c) Ħaż-Żebbuġ d) L-Imrieħel / Santa Venera Jista’ jgħid x’intefaq minn dawk responsabbli għall-ħidma tal-indafa, manutenzjoni ta’ toroq u bankini fiż-Żoni Industrijali msemmija rispettivament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żoni industrijali msemmija, hemm partijiet li jaqgħu taħt il Malta Industrial Parks Ltd, din tieħu ħsieb l-indafa u ġbir ta skart biss. Fil-partijiet taż-żoni msemmija li jaqgħu taħt il-MIP, fit-2016 intefqgħu €98,585 għall-indafa u ġbir ta’ skart.

Contractual Services

Question

Peress li hemm talba taħt Vot 20 kif tidher fis-Supplementary Financial Estimates, jista’ l-Ministru jgħid xi ħlasijiet u pagamenti għamel il-Ministeru f’Contractual Services fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Jista’ jgħid x’pagamenti saru f’dawn is-snin fuq servizzi mnedija b’direct orders u kemm kienu dawk is-servizzi u liema kienu dawk is-servizzi li ġew imnedija b’proċess ta’ sejħa għall-kuntratti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Vot 10 f’Supplementary Financial Estimates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikunu jikkonsistu l-pagamenti li ser tkun qed twettaq il-Malta Enterprise biex tagħmel tajjeb għan-nefqa ta’ €20,600,000 (€12,000,000 + €8,600,000) kif jidhru li qed jintalbu taħt Vot 10 fis-Supplementary Financial Estimates?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija qegħda tirreferi għal-Vot Kapitali ta' Inċentivi għall-Investiment. Dan il-Vot huwa operat mill-Malta Enterprise sabiex jingħataw inċentivi lill-kumpaniji li joperaw minn Malta skond skemi u kriterji stabiliti mill-istess Korporazzjoni. Dawn l-inċentivi jkunu dejjem marbuta ma' investiment ġdid jew attivita' ekonomika f'Malta. Kull applikazzjoni għall-assistenza li tirċievi l-Malta Enterprise tiġi evalwata mill-Korporazzjoni sabiex jiġi analizzat il-benefiċċju lill-ekonomija ta' Malta b'dan l-investiment. Kull assistenza tiġi rrakkomandata lill-Bord tad-Diretturi tal-Malta Enterprise. Matul is-sena 2016, il-Korporazzjoni rat żieda f'dawn l-applikazzjonijiet, u għaldaqstant inħass il-bżonn sabiex jiżdiedu l-fondi allokati għal dan l-iskop. Dawn il-pagamenti jkunu dejjem diretti lill-kumpaniji wara li l-investiment jiġi effettwat skond il-business proposal preżentat lill-Korporazzjoni. In-numru ta’ benefiċjarji fis-sena 2016 kien 218.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — person of trust u position of trust

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tagħha sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Heritage Malta – siti u mużewijiet – faċilitajiet ta’ bicycle rack

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sit u mużew ta' Heritage Malta għandu l-faċilitajiet ta' bicycle rack?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ebda sit ta’ Heritage Malta ma għandu bicycle rack.

Heritage Malta – sejħa għal Keeper of Models

Question

B'referenza għal sejħa Jobsplus permit:216/2016, jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta ħarġet sejħa għal Keeper of Models fil-grad ta' Technician u mhux fil-grad ta' Executive? Jista' jassigura li l-eligibility criterias ma ġewx imnaqqsa sabiex jiġi mpjegat xi ħadd partikolari li ma jkunx eleġibbli fi grad ta' Executive?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li wara li saret sejħa għal Keeper of Models fi grad ta’ Executive, ma nstab ħadd li jista’ jimla din il-kariga daqstant speċjalizzata f’dak il-livell. Għalhekk saret sejħa oħra fi grad ta’ Technician sabiex tiżdied il-possibilità li jinstab xi ħadd tajjeb f’dak il-grad u sabiex ikollu wkoll il-possibilità li jitħarreġ u jikber f’din il-pożizzjoni. Il-pożizzjoni għadha vakanti.

Heritage Malta – xiri tas-self portrait ta’ Preti

Question

B'referenza għax-xiri tas-self portrait ta' Preti li ser titqiegħed ġewwa l-MUŻA, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-istakeholders interni ġewwa Heritage Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid minn kienu dawn l-istakeholders interni u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta' dawn il-konsultazzjonijiet? Jista' wkoll jgħid kemm minn dawn l-istakeholders interni kienu conservators - paintings?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li informazzjoni estensiva fuq kif seħħew l-affarijiet ġew ippreżentati pubblikament lill-ġurnalisti kollha li attendew għal press briefing apposta li sar minn Heritage Malta fit-22 ta’ Ottubru 2016, inkluż dawk ta’ Media.link. Infakkrek li jien personalment u privatament għaddejtlek dossier estensiv li jirrispekkja dak kollu li ġie pprezentat lill-Mezzi tax-Xandir.

Heritage Malta – tempji megalitiċi – tined temporanji

Question

Jista' l-Ministru jiggarantixxi li Heritage Malta ma tagħti l-ebda permess li jittellgħu tined temporanji fil-madwar tat-Tempji Megalitici għal skopijiet ta' avvenimenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28995. Kull talba għal xi attività fil-mużewijiet u s-siti kollha ta’ Heritage Malta, inkluż it-tempji Neolitiċi, tiġi evalwata fuq il-merti tagħha, u b’mod li dejjem jiġu salvagwardjati l-ewwel u qabel kollox is-siti nfushom.

Heritage Malta – ħaddiema ingaġġati

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26025, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni partikolari għaliex il-ħaddiema ġodda li ġew impjegati ma’ Heritage Malta minn Marzu tal-2014 sa issa, kważi ftit inqas min-nofs huma mit-3 u 4 Distrett Elettorali u allura d-distretti fejn jikkontesta l-Ministru?

Response (BONNICI, OWEN)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li f’kull kaz ta’ reklutaġġ ġew segwiti l-proċeduri kollha meħtieġa. Nikkoregi lill-Onor. Interpellant li waqt li hu veru li fl-aħħar elezzjoni jiena kkontestajt it-3 u r-4 Distrett Elettorali, fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss se nikkontesta it-3 u l-5 Distrett Elettorali. Dan hu diġà magħruf ma’ kulħadd.

Heritage Malta – siti u mużewijiet — bejgħ ta’ ikel mhux meqjus tajjeb għas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta qed tinkoraġixxi bejgħ ta' ikel li mhux meqjus tajjeb għas-saħħa minn ġewwa s-siti u l-mużewijiet tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-museum shops ta’ Heritage Malta wiehed jista’ jsib għall-bejgħ prodotti simili għal dawk li wieħed isib fi museum shops oħra madwar id-dinja.
Leg 12 PQ #29954 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – direct orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28712, 29016, 29090 u 29381 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija, minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015 u l-2016 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – applikazzjonijiet għall-impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul is-sena 2016 kemm ħarġu applikazzjonijiet għall-impjieg fil-Ministeru tiegħu jew f'kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm ġew impjegati minnhom, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew kuntratt indefinit? Jista' jgħid f'kull każ x'kien il-grad u/jew nomenklatura tal-impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba, li hija wahda kumplessa u li trid tinġabar minn diversi entitajiet għadha qed tinġabar u għaldaqstant, it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment – fondi lill-għaqdiet filantropiċi/NGOs

Question

Jista' l-Ministru jsemmi l-għaqdiet kollha filantropiċi/NGOs jew organizzazzjonijiet simili li tqassmu lilhom fondi ġejjin mill-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment? Jista' jgħid ukoll x'ammont ingħata sa issa lil kull għaqda filantropika/NGO jew organizzazzjoni simili?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Identity Malta ma tqassamx fondi lil għaqdiet filantropiċi/NGOs jew organizzazzjonijiet simili. Huma l-applikanti tal-Programm ta’ Cittadinanza b’Investimentl li jagħżlu li jagħtu donazzjonijiet lil dawn l-għaqdiet. Sal-aħħar tas-sena 2016, kien hemm 215-il donazzjoni t’total globali ta’ €1,703,700

Ħamrun – rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Ħamrun fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.

Santa Venera – rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità ta' Santa Venera fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.