Forzi Armati ta’ Malta – membri mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 737 membru li huma mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni.
Servizz ta’ Detenzjoni – membri mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tas-Servizzi ta’ Detenzjoni mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm 25 persuna li huma mħarrġa biex jgħatu l-ewwel għajnuna lil terzi f’każ ta’ inċident. Qed isiru arranġamenti biex jitħarrġu aktar impjegati fix-xhur li ġejjin.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – gwardjani u uffiċjali mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani u uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 116 uffiċjal li huma mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni. L-policy li qed titħaddem hija li r-reklutti ġodda kollha jingħataw dan it-taħriġ waqt it-taħriġ inizjali tagħhom. Sadanittant ser jiġu organizzati korsijiet oħra għal dawk l-uffiċjali li qed jaħdmu bħala uffiċjali korrettivi u li għad m’għandhomx dan it-taħriġ.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31522, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' siġar li ssemmew li se jitneħħew fl-istess risposta u x'tip ta' siġar huma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlametari 31522.
In-Naxxar — Grawnd tal-Futbol ta’ Naxxar Lions - kuntratt
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6457 (10 ta' Diċembru 2013) fejn b'rabta mal-bini ta' faċilità sportiva għall-klabb ta' Naxxar Lions fuq sit ta' fejn qabel kien magħruf bħala ċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar, u li kien ġie maqbul bejn il-Gvern preċedenti u l-Klabb sportiv Naxxari fl-2012 (u li kien hemm ftehim iffirmat bejn il-partijiet involuti msaħħaħ ukoll b'Avviż Legali - 439/12-) u li fl-istess risposta imsemmija kien intqal li minħabba l-impatt negattiv li dan is-sit jista' jkollu fuq l-ambjent tal-madwar kien ġie eliminat il-pjan tal-amministrazzjoni preċedenti li tinbena l-faċilità sportiva, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji issa l-Gvern biddel dak il-ħsieb/deċiżjoni tiegħu tant li daħħal applikazzjoni quddiem l-Awtoritajiet konċernati sabiex fuq l-istess sit jinbena proġett ieħor differenti minn dak propost fl-2012?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Mellieħa – Toroq il-Marlozz u d-Denċi – xogħlijiet ta’ kostruzzjoni – saħħa u sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jara li min hu responsabbli mis-siti ta’ kostruzzjoni li għaddejjin bħalissa fit-toroq Il-Marlozz u d-Denċi fil-Mellieħa (inkluż rimi ta’ terrapin) ikunu qed jirrispettaw kemm is-saħħa u s-sigurtà tar-residenti li jgħixu hemm kif ukoll tal-persuni li jgħaddu minn din iż-żona?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirefferi l-Minstoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Mellieħa – Toroq il-Marlozz u d-Denċi – xogħlijiet ta’ kostruzzjoni – saħħa u sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jieħu l-passi kollha li tagħtih il-liġi sabiex jara li dawk responsabbli mis-siti ta’ kostruzzjoni li għaddejjin bħalissa fit-toroq Il-Marlozz u d-Denċi fil-Mellieħa (inkluż rimi ta’ terrapien) ikunu qed jirrispettaw kemm is-saħħa u s-sigurtà tar-residenti li jgħixu hemm kif ukoll tal-persuni li jgħaddu minn din iż-żona?
Mellieħa – Toroq il-Marlozz u d-Denċi – xogħlijiet ta’ kostruzzjoni – saħħa u sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Pulizija tieħu l-passi kollha li tagħtihom il-liġi sabiex jaraw li dawk responsabbli mis-siti ta’ kostruzzjoni li għaddejjin bħalissa fit-toroq il-Marlozz u d-Denċi fil-Mellieħa (inkluż rimi ta’ terrapien) ikunu qed jirrispettaw is-saħħa u s-sigurtà kemm tar-residenti li jgħixu hemm kif ukoll tal-persuni li jgħaddu minn din iż-żona?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett marret fil-lokalità msemmija. Jirriżulta li fl-inħawi msemmijja hemm żewġ siti fejn hemm kostruzzjoni u waqt li ma jidhirx li hemm xi ksur tal-liġi, ġie nnutat illi kien hemm xi terrapien fi Triq id-Denci. Sid il-kostruzzjoni ġie mitkellem mill-Pulzija u dan ikkonferma li ser ineħħi l-imsemmi terrapien b’effett immedjat, biex jitneħħa xi nkonvenjent li seta’ kien hemm għall-pubbliku.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta u fejn, se jibda jintuża s-second class water min-naħa tal-bdiewa? Kemm se jkun il-ħlas li se jintalbu jħallsu l-bdiewa għall-ilma li se jkunu qed jużaw? Kemm qed jiġi prodott ilma second class mid-diversi postijiet fejn qed isseħħ it-tisfija tad-drenaġġ? Kemm minn dan l-ilma hu mistenni li jintuża għal skop agrikolu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li se tingħata iktar informazzjoni fil-futur.
Issa li saret ċerimonja f’sit fejn se jinbnew tmien appartamenti, li mistennija jkunu lesti matul is-sena d-dieħla, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar min huma l-periti li tqabbdu biex ifasslu l-pjanti tas-16-il sit li fuqhom suppost li se jinbnew 600 appartament? Kemm se jkun hemm appartamenti fuq kull wieħed mis-siti ndikati? Liema siti diġà tħammlu, u fejn ma kienx hemm tħammil liema se jkunu l-kuntratturi, f'kull sit, li se jħammlu l-istess siti? Kif intgħażlu dawn l-istess siti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, il-pjanti tas-sittax-il sit kienu tlestew mill-periti li kienu tqabbdu mill-Awtorità tad-Djar fiż-żmien meta inħareġ il-permess.
Bħalissa qed jiġu ffinalizzati l-emendi għall-permessi maħruġa u għadu mhux finalizzat in-numru ta’ appartamenti.
L-għażla tal-kuntratturi qed issir permezz ta’ tender pubbliku li t-tagħrif tiegħu jkunu ppubblikati.
L-għażla tas-siti saret minn fost numru konsiderevoli ta’ siti fiż-żona tal-bini li fuqhom ilhom snin jeżistu l-permessi tal-bini.
Billi skont risposta parlamentari preċedenti ngħad li operaturi tas-servizzi ta’ komunikazzjoni jistgħu jitolbu ħlas meta jibagħtu verżjoni printed tal-kontijiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn l-operaturi infurmaw lill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) biċ-charges li qed jitolbu, u jekk l-MCA tqisx dawn it-talbiet bħala ġustifikati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-operaturi tas-servizzi ta’ komunikazzjoni m’għandhomx l-obbligu li jinformaw lill-Awtorità dwar it-tariffi li japplikaw meta jibagħtu verżjoni tal-kont f’format li huwa stampat. Dawn it-tariffi jistgħu biss japplikaw skont il-parametri tad-deċiżjoni relatata maħruġa mill-Awtorità, li rreferejt għaliha fi tweġiba parlamentari preċedenti. Madanakollu, dawn it-tariffi jridu jkunu speċifikati fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti tal-klijenti. Dawn it-termini u l- kundizzjonijiet jinsabu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fil-ħwienet tal-operaturi u fuq is-siti elettroniċi tagħhom. L-Awtorità allura hija konxja tat-tariffi li qed jiġu applikati. S’issa l-Awtorità ma ħassitx il-ħtieġa li tintervjeni u/jew li tieħu miżuri ulterjuri fuq dan is-suġġett. L-Awtorità ser tibqa’ ssegwi l-iżviluppi f’dan ir-rigward u tirriserva d-dritt li jekk tħoss il-ħtieġa tieħu l-azzjoni regolatorja neċessarja skont il-poteri legali tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Komunikazzjoni (MCA) ntalbitx tagħti l-kunsens tagħha, jew almenu li tindaga l-aħbar li kien hawn matul l-aħħar ġimgħat, fejn qed jingħad li hemm il-ħsieb jew għaddejjin id-diskussjonijiet biex operatur tal-komunikazzjoni jieħu over l-operat ta' operatur ieħor? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk s’issa l-MCA ħaditx xi pożizzjoni partikulari dwar dan?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazjoni (l-MCA) m’għandhiex il-poter legali li tindaga jew li tagħti kunsens għal xi takeover li jinvolvi operaturi tal-kommunikazjoni. Il-poter legali kif ukoll it-tħaddim tal-proċess sabiex jingħata kunsens għal xi takeover, kif inhi l-liġi llum, jappertjeni esklussivament lid-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. S’issa l-MCA għadha ma ġietx interpellata mid-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni sabiex tagħti l-opinjoni formali tagħha dwar xi każ ta’ takeover.
Transport Malta – rotot tal-karozzi tal-linja għall-airport
Question
Billi l-Ministru wieġeb li s’issa Transport Malta għadha ma tat l-ebda kunsens biex ikun hemm xi tibdil f'dak li jikkonċerna rotot tal-karozzi tal-linija li jwasslu passiġġieri l-airport, jista' l-Ministru, iżda, jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex xi talba simili li qiegħda tikkunsidra? Jekk iva, meta hu mistenni li jkun hemm deċiżjoni dwar dan?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’għandix aktar x’inzid mat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 32354.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għamlitx xi rakkomandazzjoni partikulari, fl-istudju li suppost qed isir dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, biex tali mina tispiċċa fl-inħawi tax-Xemxija, u mhux qrib iċ-Ċirkewwa? Jekk iva, x'kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent għadhom għaddejjin l-istudji relatati ma’ dan il-proġett. Għaldaqstant ma tistax tingħata informazzjoni f’dan ir-rigward.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Performance Bonuses
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta' performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma nħossx li huwa prudenti li wieħed jagħti nformazzjoni ta’ natura personali u jiżvela ammonti speċifiċi individwali, apparti r-ramifikazzjonijiet ta’ dan in-konnessjoni mad-dispożizzjonijiet tal-Kap 440 tal-Liġijiet ta’ Malta. Nżid ngħid illi l-performance bonuses jingħataw fuq kriterji stabbiliti u a bażi ta’ riżultati miksuba f’konformità stretta mal-kuntratti li l-uffiċjali għandhom fil-pożizzjoni li jokkupaw hekk kif del resto kienet il-prassi taħt l-amministrazzjoni preċedenti.