Jista’ l-Ministru jgħid xahar b’xahar kemm saru operazzjonijiet tan-knee u hip replacement mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kemm kienet iż-żieda jew tnaqqis fin-numru ta’ operazzjonijiet meta mqabbla mal-istess perijodu tas-sena 2011 u s-sena 2012?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet tat-total knee replacement u total hip replacement irreġistrati li saru minn Marzu sa l-aħħar ta’ Awwisu minn 2011sa 2013 fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ppjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency).
Operazzjoni
Marzu
April
Mejju
Gunju
Lulju
Awwissu
Total
(Mar-Aww)
2013
Total
(Mar-Aww)
2012
Total
(Mar-Aww)
2011
Total Hip Replacment (81.51)
14
20
15
5
13
11
78
72
55
Total Knee Replacement (81.54)
52
59
61
25
61
55
313
346
235
Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li l-operazzjonijiet tal-hip replacement mhux qed isiru għax il-hip prosthesis huma out-of-stock? X’rimedji qed jieħu l-Gvern biex isolvi din il-problema? Kemm ilha għaddeja? Meta se jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
L-Onorevoli Membru għandha tkun taf li ngħatat informazzjoni ħazina. Kif għandha tkun taf tajjeb hi mill-esperjenza tagħha fil-Ministeru tas-Saħħa fis-snin li għaddew, il-hip prosthetics jinxtraw skont il-ħtiega f’dak li hu magħruf bħala pay per use u allura ma jkunux out of stock.
Jista’ l-Ministru jgħid dan li ġej fuq is-sejħa permezz ta’ tender għas-servizz tal-IVF:
a) Il-Gvern se jżomm mal-parametri tal-liġi kif kienet diskussa ampjament fil-Parlament taħt Gvern Nazzjonalista jew beħsiebu jagħmel xi emendi;
b) Se juża l-apparat fl-Isptar Mater Dei jew se juża l-apparat tal-isptarijiet privati;
c) Se jħarreġ nies f’dan il-qasam jew se juża s-servizz privat;
d) X’ħareġ mill-workshop tat-18 ta’ Settembru 2013;
e) X’ħareġ mill-clarfication meeting tat-23 ta’ Settembru 2013; u
f) Saret xi tip ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders f’dan il-qasam?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li t-tender tal-IVF ma jsemmi xejn fuq mediċini, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan is-servizz se jkun servizz offrut b’xejn mill-istat, min se jħallas għall-mediċini?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux linji gwida għall-portabilità ta’ email addresses meta klijent jaqleb is-servizz tal-internet minn operatur ta’ telekommunikazzjoni għal ieħor? Jista’ l-klijent iżomm l-istess email address bħal fil-każ tal-portabilità fuq il-linji fissi? Jekk le, hemm ħsieb li din tiġi indirizzata lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-portabilità ta' e-mail addresses meta klijent jaqleb is-servizz tal-internet minn operatur għall-ieħor, mhiex suġġett għal xi linji gwida. Fil-preżent mhux possibli li wieħed jesiġi bid-dritt li jzomm l-indirizz ta' l-e-mail li kellu qabel meta jiġi biex jibdel l-operatur.
Fil-preżent m’hemmx ikkontemplat miżura ta' din ix-xorta, fejn allura jista' jkun hemm obbligu ta' portabilità ta' e-mail address.
Hu pero’ pertinenti li jsir referenza għar-regolament 48 tar-Regolamenti dwar in-Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettronici (Generali) (L.S. 399.28 tal-Liġijiet ta' Malta) fejn abbonat għandu l-fakulta’ li għal ċertu żmien minn meta ibbiddel l-operatur jitlob:
[1] it-twassil ta' kull posta elettronika li tiġi riċevuta fuq l-indirizz ta' e-mail oriġinali tmur lejn l-indirirzz ta' l-e-mail ġdid;
[2] risposta awtomatizzata għal kull posta elettronika li tiġi riċevuta fuq l-indirizz e-mail oriġinali flimkien ma' messaġġ li jgħarraf lill-mittent bis-servizz ta' twassil imsemmi fil-paragrafu [1} u l-indirizz e-mail ġdid, meta l-abbonat jitlob li jsir hekk.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-użu ta’ tablet għar-raba’ sena fl-iskejjel? Jista’ jgħid jekk hux qed issir ħidma fuq il-content management jew software ta’ dawn l-istess tablets?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru diskussjonijiet mal-MITA fuq il-punti li semma fil-mistoqsija, jiġifieri l-content management u software. Hu mistenni li proġett pilota għall-użu tat-tablets jibda aktar tard f'din is-sena skolastika.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċifri tan-numri ta’ studenti li ġew Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż, xahar b’xahar għas-sena 2012 u Jannar sa Awwissu 2013? X’inhu l-persentaġġ ta’ dawn l-istudenti meta mqabbel man-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna għall-istess perjodu msemmi?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għall-perjodu Jannar sa Awissu 2013 għadha qed tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-sena 2012.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu qattx ħallset xi flus lill-aġenziji kemm Maltin kif ukoll barranin li jġibu l-cruiseliners f’Malta jew lill-mother companies tal-cruiseliners sabiex jattiraw aktar żjarat ta’ cruiseliners f’pajjiżna? Lil min tħallsu dawn il-flus, meta u x’kienu l-ammonti? X’miżuri qed jittieħdu min-naħa tal-Awtorità tat-Turiżmu f’isem il-Gvern sabiex inkomplu nattiraw u nressqu dan is-settur turistiku lejn Malta?
Response (VELLA, KARMENU)
Bħala parti mix-xogħol tagħha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tagħmel reklamar minn żmien għal żmien sew direttament ma’ kumpaniji ta’ Cruise Liners kif ukoll ma’ operaturi turistiċi oħra f’dan il-qasam. Din il-promozzjoni hija sew tal-Port kif ukoll u iżjed importanti ta’ Malta bħala destinazzjoni biex wieħed jibda jew jispiċċa l-cruise tiegħu u/jew jgħaddi xi ġranet fil-gżejjer Maltin qabel jew wara il-cruise.
L-arranġamenti imsemmija ivarjaw u huma ta’ natura kummerċjali.
Fil-preżent qiegħed isir xogħol min-naħa tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Valletta Cruise Port sabiex it-tnaqqis reġistrat din is-sena, bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet li kienu ittieħdu fl-2011 u 2012, jiġi indirizzat b’mod immedjat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ kemm ħarġu liċenzji tal-kummerċ din is-sena xahar b’xahar sal-aħħar ta’ Awwissu, maqsumin skont il-ġeneru u d-daqs tal-kummerċ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Bejn ix-xahar ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Awwissu, d-Dipartiment tal-Kummerċ ħareġ dawn il-liċenzji kif ġej:
JANNAR
FRAR
MARZU
APRIL
MEJJU
ĠUNJU
LULJU
AWWISSU
TOTAL
Postijiet Kummerċjali
91
96
94
123
85
62
92
60
703
Servizz għand il-Klijent
33
42
60
47
50
37
33
25
327
Bejjiegħ tat-Triq
9
22
5
12
8
14
19
6
95
Bejjiegħ tal-Monti
1
15
17
3
7
10
9
2
64
Marketing Agent
0
2
2
1
0
0
1
0
6
Busker
3
0
6
7
16
8
11
4
55
137
177
184
193
166
131
165
97
1250
Il-postijiet kummerċjali maqsumin skont il-ġeneru (type code) jinsabu f’Appendiċi I u l-postijiet kummerċjali maqsumin skont id-daqs (footprint) jinsabu f’Appendiċi II, li t-tnejn li huma qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar figura ta’ kemm hemm nies impjegati mal-kumpanija Gozo Channel? Kemm minnhom huma full-time, kemm minnhom huma part-time? Jista’ jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid kemm qed tħaddem nies b’contract of service jiġifieri li għalkemm ma jidhrux fuq il-kotba tal-Gozo Channel, qed jagħtu servizz bi ħlas lill-istess kumpanija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-Gozo Channel Company Limited hija mitejn u sitt (206) impjegati full-time li jinqasmu f'sitta u ghoxrin (26) mara u mija u tmenin (180) ragel. Hemm ukoll 5 kadetti u 9 membri tal-bord fuq bazi part-time. Minn dan tlieta (3) huma nisa u hdax (11) huma rgiel. Tliet impjegati ohra huma fuq contract of service.
Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili – tneħħija ta’ konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabilx mad-deċiżjoni tal-Kabinett illi permezz tagħha ġew terminati żewġ kuntratti ta' żewġ konsulenti fi ħdan id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ta' Transport Malta, peress illi qal diversi drabi li jrid ikompli jkabbar is-settur tal-avjazzjoni, inkluż ir-Reġistru li huwa amministrat minn Transport Malta? Jekk jaqbel mad-deċiżjoni li ttieħdet, jista’ jgħid kif jista’ jiġġustifika dak li qal u xi pjanijiet konkreti għandu biex il-human resources tekniċi li hemm tant bżonnhom f'dak id-Direttorat jinstabu u ma nitilfux dak li nbena f'dawn l-aħħar snin, inkluż ir-reputazzjoni tal-bandiera? Jista’ jgħid jekk iċ-chairman u l-Bord tad-Diretturi ta' Transport Malta qablux ma’ din id-deċiżjoni jew kenux jafu biha? U jekk fl-affermattiv jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa tal-bord?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern preċedenti ta kuntratti ta’ impjieg lil ex-ħaddiema tal-Air Malta li kienu ibbenefikaw minn Early Retirment Schemes jew Voluntary Redundancy Schemes maħruġa fl-aħħar snin minn Air Malta.
Skont ċirkulari ‘OPM No 4/2012 - Refund Mechanisms’ maħruġa mill-Uffiċju tal-Prim Ministru fil-11 ta’ Jannar 2012 dan ma kienx permessibli, għaldaqstant f’dan ir-rigward il-Gvern preżenti kellu jieħu azzjoni sabiex jassigura konformita’.
Minkejja dan, it-tmiem tal-ingaġġ ma kienx mixtieq u żgur li ma jirriflettix fuq l-abilitajiet ta’ dawk involuti.
Id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ser jieħu l-passi neċessarji sabiex jimtlew il-postijiet li tħallew vakanti minħabba l-metodu negliġenti użat fil-passat u b’hekk jassigura l-kisba ta’ aktar suċċessi fis-settur tal-avjazzjoni.
Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili – tneħħija ta’ konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ġie tterminat il-kuntratt ta' żewġ konsulenti fi ħdan id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ta' Transport Malta meta dawn il-konsulenti kellhom rwol kruċjali biex jiġi assigurat illi l-istess Direttorat, u allura r-Reġistru Malti, jibqa’ jikber u jgawdi l-fiduċja ta' operaturi privati f'dan is-settur u fuq kollox li jkun konformi mal-istandards rikjesti mill-ICAO u l-EASA?
Peress illi fil-programm Dissett tat-3 ta' Ottubru, il-Ministru Joe Mizzi qal illi f'sitt xhur b'inqas flus għamel aktar xogħol fit-toroq milli għamel il-Gvern Nazzjonalista fis-sena ta' qabel Marzu 2013, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tax-xogħlijiet li saru fuq it-toroq fis-sitt xhur mit-12 ta' Marzu 2013 sal-lum, u kemm sewa dan ix-xogħol u kemm minnu kien diġà kkuntrattat u/jew ingħata jew ħareġ it-tender għalih qabel it-12 ta' Marzu 2013, kif ukoll il-lista tax-xogħlijiet li saru fit-toroq fis-sitt xhur ta' qabel it-12 ta' Marzu 2013 u kull sena, sena b'sena mill-2008 sat-12 ta' Marzu 2013, kemm f'toroq arterjali, distributorji u dawk residenzjali, kemm f'Malta u kemm f'Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-listi mitluba qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward il-lista ta’ xogħlijiet li saru minn wara it-12 ta’ Marzu ‘l hawn, dawn ma jinkludux xogħol f’toroq hawn taħt imsemmija li kienu saru mill-amministrazzjoni preċedenti u li kellhom jerġgħu jinqgħalu u jsiru mill-ġdid fosthom :-
Triq Melita fil-Belt Valletta
Triq il-Kunsill tal-Ewropa
Triq il-Marfa
Xatt l-Għassara
L-istess lista ma tinkludiex ukoll it-toroq li saru bħala parti mill-proġett ta’ Bormla u l-proġett tal-Isla. Ta’ min jgħid li it-triq ta’ Dock 1 reġgħet inqalgħet ukoll.
Ix-xogħol ta’ Għawdex jinkludi biss ix-xogħol li sar fuq it-TEN-T. Għal xogħlijiet oħra f’Għawdex u xogħlijiet oħra f’toroq residenzjali li saru mill-Kunsilli Lokali din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministri kkonċernati.
Peress illi fil-programm Dissett tat-3 ta' Ottubru, il-Ministru Joe Mizzi qal illi fuq il-proġetti tar-roundabout tal-Kappara u tat-Triq tas-Salini qabel Marzu 2013 ma kien sar xejn, jista’ l-Ministru jgħid meta saru d-disinji u l-istudji taż-żewġ proġetti, meta saru l-applikazzjonijiet mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u għall-approvazzjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea, u meta saru jew inbdew id-diskussjonijiet mal-istakeholders?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li, wara perjodu sostanzjali ta’ tfassil tad-disinn tal-proġett tal- Kappara Junction, l-proċess għall-applikazzjoni tal- MEPA fir-rigward tal-Kappara Junction inbeda fl- 2009 pero’ sa qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu 2013 kienet għadha ma ttieħdet ebda deċizjoni. Minn Marzu 2013 sal-lum sar dak kollu li kellu jsir sabiex ix-xogħol strutturali ikun jista jinbeda is-sena id-dieħla. Għaldaqstant huwa ċar li mill-2009 sal-lum kien hemm żmien biżżejjed biex dan ix-xogħol seta’ kien lest u mhux kellu jkun il-Gvern preżenti li kellu jieħu azzjoni sabiex jara li l-proġett isir. Fil-każ tal-inkroċju tal-Kappara ġie wkoll indirizzat u riżolt in-nuqqas ta’ qbil dwar id-disinn li kien hemm mar-residenti tal-inħawi u mal-għaqdiet ambjentali.
L-istess ħaġa jista jingħad għal-proġett tas-
Salina Coast Road
.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-eventwalità li jerġgħu jkunu introdotti r-rotot l-antiki, il-venda li hemm preżentament fl-ajruport internazzjonali ta' Malta tispiċċax? F'din l-eventwalità, kif se jiġu serviced postijiet turistiċi bħal Tas-Sliema, San Ġiljan u oħrajn fejn turisti li jaslu Malta minn barra l-pajjiż ikunu jistgħu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom fejn ikollhom il-lukanda?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dawl tal-eżerċizzju li qed isir fil-preżent sabiex jiġu mplimentati modifiki fir-rotot eżistenti, mhux prevvist li titneħħa l-venda li hemm preżentament fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jispjega kif, jekk verament l-articulated buses kienu l-konsegwenza tal-ħolqien tat- traffiku fit-toroq tagħna, fl-aħħar 15-il ġurnata (hekk kif reġgħet bdiet l-iskola) it-traffiku fil-maġġor parti tat-toroq ta' Malta żdied bil-kbir u mhux naqas?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa maħsub illi s-sospensjoni tal-articulated buses minn fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku fil-fatt taffew mil-problema tat-traffiku u konġestjoni mil-lokalitajiet fejn kienu joperaw fihom.
Fost il-fatturi li kkontribwixxew għal żieda fit-traffiku f’dawn l-aħħar ġimgħatejn, kien il-fatt li kif semma l-Onorevoli Interpellant innifsu, beda it-trasport tat-tfal tal-iskola, kien hemm tibdil fil-ħinijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-Gvern kif ukoll każijiet ta’ inċidenti fosthom ta’ ħsarat ta’ trakkijiet f’toroq prinċipali fejn ikkaġunaw konġestjoni ta’ traffiku.
Ta’ min jinnota li f’dawn l-aħħar ġimgħa u nofs it-traffiku huwa miexi tajjeb pero’ jibqa il-fatt li it-traffiku mit-toroq jista’ jonqos la darba ikollna trasport pubbliku effettiv. Azzjonijiet immedjati li jittieħdu biex issir devjazzjoni ta’ traffiku bħal dik meħuda fil każ ta’ Dock 7, li issa qed jintuża sew mill-pubbliku minkejja li kien hemm min ipprova jbeżża’ dwar l-użu tiegħu, jgħinu mhux ftit sabiex tittaffa il-konġestjoni ta’ traffiku.
Il-Gvern qed jieħu miżuri oħra biex itejjeb it-traffiku u saħansitra dan is-suġġett issemma anke fil-Budget billi qed ikunu studjati diversi possibiltajiet fosthom li jkunu projbiti mit-toroq arterjali trakkijiet industrijali kbar kif ukoll żwiemel waqt ċertu ħinijiet tal-ġurnata.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatar il-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care ġie mpjegat fuq ba¿i ta’ person of trust u għalhekk ma kienx hemm ħtieġa ta’ interview biex jimtela’ l-post.
B’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4162, għal kull każ riferut hawn taħt, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tas-supplier/kuntrattur kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt u/jew letter of acceptance rispettiva bid-dettalji kollha marbutin mal-iscope of supply:
a) No. 536 –
Etancerpt Injections
b) No. 644 – UPS Maintenance Agreement
c) No. 746 – Clinical Placements for Medical Physical Services
d) No. 771 – Imagenx Software – Breast screening
e) No. 857 – Laying of new and maintenance of existing waterproofing membrane at MCH
f) No. 868 – Extension of contract for the provision of Car Park Services at MDH
g) No. 870 – Extension of contract for the provision of External Security Services at MDH
h) No. 896 – Extension of contract for the provision of External Security Services at MDH
i) No. 958 – Accountancy Services?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mhix il-prassi li kuntratti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew li jingħatalhom wheel-chair? Jista’ jaqsam in-numru skont kemm ilhom jistennew:
a) Aktar minn sena?
b) Bejn disa’ xhur u sena?
c) Bejn sitt xhur u disa’ xhur?
d) Bejn tliet xhur u sitt xhur?
e) Anqas minn tliet xhur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-preżent ma hemm l-ebda talba pendenti għall-kiri ta’ siġġijiet tar-roti.