Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5867 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

ġbir ta’ skart ta’ stabbilimenti — regolamenti tal-MTA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-ristoranti u ħwienet tal-ikel bħal take aways, inkluż ukoll stabbilimenti tal-ikel bħal dawk fil-lukandi, li qegħdin jaderixxu mar-regolamenti tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) fil-ġabra tal-iskart bl-użu tas-servizzi tal-kolletturi privati ġewwa l-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Mellieħa u Wied il-Għajn u min huma l-kolletturi privati li qegħdin jiġbru l-iskart organiku u l-iskart riċiklat tal-imsemmija minn dawn il-lokalitajiet? Tista’ tingħata informazzjoni għal kull lokalità separatament matul l-aħħar tliet snin 2010, 2011 u 2012?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istabbilimenti kollha li jipprovdu ikel huma obbligati li jiżguraw li l-iskart (swill) jinġabar biss minn persuni li jkollhom liċenzja għal dak l-iskop mill-awtoritá kompetenti. Billi dan huwa l-obbligu tal-operatur, l-Awtoritá Maltija tat-Turiżmu (MTA) m’għandhiex l-ismijiet tal-kolletturi privati. Iżda ma’ kull applikazzjoni l-Awtoritá tesiġi li kull stabbiliment li jipprovdi l-ikel għandu jkollu post adatat fejn iżomm l-iskart (swill) u li għandu arranġamenti biex dan jinġabar. Billi fil-liġi m’huwiex rikjest li l-operatur jipprovdi dan id-dokument biex tiġi mġedda il-liċenzja dan ma jiġix mitlub. Madanakollu, dan jibqa’ obbligu tal-operatur li jġedded tali arranġamenti. Dawn l-operaturi huma irregolati wkoll mill-Att dwar Żibel u Skart.
Leg 12 PQ #5868 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

ġbir ta’ skart ta’ stabbilimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qiegħda tiċċekkja l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) li dawn l-entitajiet kummerċjali bħal ristoranti, stabbilimenti tal-ikel u ħwienet fiż-żoni turistiċi qegħdin jagħmlu użu minn kolletturi privati tal-ġabra ta’ skart differenti?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5867.
Leg 12 PQ #5869 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

ġbir ta’ skart ta’ stabbilimenti — regolamenti tal-MTA

Question

Peress li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) sabet lil xi entitajiet kummerċjali bħal ristoranti li mhux jaderixxu mal-permessi maħruġa li ma jagħmlux użu minn kolletturi privati, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm min inqabad li qed jinjora dawn ir-regolamenti marbuta mal-ħruġ tal-permessi? X’passi ħadet l-Awtorità fil-konfront tagħhom? Qabel jinħarġu l-permessi annwali mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) qegħdin jintalbu xi rċevuti fiskali li ħallsu għal servizz privat tal-ġbir mis-sidien tar-ristoranti u l-ħwienet kummerċjali li jiġġeneraw ammont konsiderevoli ta’ skart?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5867.
Leg 12 PQ #5870 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

ġbir ta’ skart ta’ stabbilimenti

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-lista tar-ristoranti u l-ħwienet kummerċjali li mhux qed jagħmlu użu minn servizz privat tal-ġabra tal-iskart fil-lokalità ta’ San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, il-Mellieħa u Wied il-Għajn?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5867.

ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kull sena bejn is-snin 2004-2012, kemm persuni kisbu ċ-ċittadinanza Maltija li qabel kienu ċittadini ta’ pajjiżi oħra, inkluż dawk li kisbu dual citizenship?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-emendi li saru fl-2000 fil-leġislazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Maltija, persuna li takkwista ċittadinanza Maltija tista' iżżomm kull ċittadinanza jew ċittadinanzi li hi jkollha. Għalhekk hu possibbli li dawk il-persuni kollha li akkwistaw iċ-ċittadinanza fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant jistgħu jgawdu minn "dual" jew "multiple citizenship". In-numru ta' persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni jew b'naturalizzazzjoni sena b'sena matul il-perjodu 2004-2012 hu kif jidher hawn taħt: 2004 - 584 2005 - 562 2006 - 474 2007 - 553 2008 - 646 2009 - 819 2010 - 944 2011 - 1081 2012 – 1142

Anzjani li qegħdin f’xi dar tal-anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra dwar jekk persuni, li jkunu rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew f’xi istituzzjoni oħra tal-Gvern, għal din ir-raġuni huma obbligati li jgħaddu 80% tad-dħul tagħhom lill-istituzzjoni li jkunu jgħixu fiha, jekk għall-finijiet ta’ taxxa tad-dħul dak l-ammont li jitnaqqas mid-dħul tagħhom jiġix intaxxat jew le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taxxa tiġi mnaqqsa fuq l-ammont gross ta’ pensjoni li jirċievi l-pensjonant. Għaldaqstant l-ammont imnaqqas li jiġi mgħoddi lill-insituzzjoni li jkun jgħix fiha l-anzjan tiġi ntaxxata ukoll. Hija l-istess sistema li tħadmet mill-Amministrazzjoni preċedenti.
Leg 12 PQ #5891 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Każin Laburista - Billboard

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ħallas għall-istampar, id-disinn u l-istallazzjoni tal-billboard li hemm mal-faċċata tal-Każin Laburista ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid ukoll kemm sewa l-istampar, id-disinn u l-istallazzjoni ta’ dan l-istess billboard u minn liema kumpanija sar ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minħabba li l-Onor Interpellant għandu informazzjoni ħazina, għaliex il-gvern m’għandux x’jaqsam mal-billboard li qed isemmi, l-informazzjoni li qed jitlob ma tistax tingħata.
Leg 12 PQ #5895 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #5896 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5897 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #5898 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — billboards

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm permessi maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-billboards permanenti f’ Malta u Għawdex? Jista’ jagħti lista tal-postijiet fejn jinsabu u meta nħarġu dawn il-permessi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #5899 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Billboards

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm permessi maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanart għall-billboards provizorji f’Malta u Għawdex? Jista’ jagħti lista tal-postijiet fejn jinsabu, għal kemm żmien inħareġ il-permess ta’ kull billboard u taħt liema liġi jew avviż legali inħarġu dawn il-permessi provizorji ghal dawn il-billboards?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sezzjoni YOURS

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta s-sezzjoni tal-YOURS se titmexxa mill-faċilitajiet korrettivi ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sezzjoni tmexxiet mill-Faċilità Korretta ta' Kordin.

Snieter elevati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ġew elevati snieter, ġurnata b'ġurnata, bejn it-13 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta' Mejju 2013, u kif dawn kienu maqsuma bejn Malta u Għawdex?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Korp tal-Pulizija – attakki fuq membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti f'dawn l-aħħar ħames snin akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ingħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2009 sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena kien hemm 402 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Infurmat ukoll illi minn dawn kien hemm 300 persuna kellhom il-każ tagħhom deċiż u nstabu ħatja. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, probation, libertà kondizzjonata, multa u twiddiba.

Korp tal-Pulizija – Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li nġiebu mill-Unjoni Ewropea għall-Korp tal-Pulizija mis-sena 2004 sal-lum? Kif kienu maqsuma dawn il-fondi, jekk kien hemm fondi, sena b'sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ġentilment nirreferi lill-Onrevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 1850 li kienet imwieġba lill-Onor. Azzopardi ftit aktar minn xahar ilu.

Rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' serq minn ġewwa: a) residenzi; b) vetturi; u ċ) stabbilimenti kummerċjali, bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Mejju ta’ din is-sena ġew rapportati lill-pulizija 334 serqa minn residenzi, 651 minn vetturi u 226 -il serqa minn stabbilimenti kummerċjali.

Korp tal-Pulizija – apparat tal breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il apparat tal-breathalyser għandu l-Korp tal-Pulizija għad-dispożizzjoni tiegħu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korp tal-Pulizija għandu għad-dispożizzjoni tiegħu 16-il breathalyzer unit.
Leg 12 PQ #4577 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sejħa għall-infermiera ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li damet ma ħarġet is-sejħa għall-infermiera ġodda mas-settur pubbliku?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-sejħa ħarġet minnufiħ hekk kif kien hemm approvazzjoni finanzjarja għall-vakanzi.
Leg 12 PQ #4578 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Settur tas-Saħħa – laqgħat ma’ unions tal-ħaddiema

Question

Jista l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm-il laqgħa uffiċjali kellu mal-unions tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, partikolarment l-MUMN u l-MAM? Saret konsultazzjoni mal-unions fuq il-ħtiġijiet f’dan is-settur? Jekk iva x’ħareġ minn din il-konsultazzjoni? Jekk le, meta beħsiebu jiltaqa’ u jikkonsulta magħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn Marzu, 2013 sal- lum saru diversi laqgħat mal- Unions kollha skont il- ħtigijiet tal- Ministeru. Saru ukoll laqgħat ta' kunsultazzjoni mal- Unions kollha fuq diversi problemi li oriġninaw minn l- iffirmar ta' ftehim settorali taħt l- amministrazzjoni preċedenti. Huwa l- għan prinċipali li l-Ministeru jibqa' jikkonsulta mal- Unions għal ġid tal- partijiet involuti speċjalment il- ħaddiem. Se jsiru laqgħat ta konsultazzjoni fuq diversi materji oħra relatati mat- tmexxija tal qasam tas saħħa.