Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il public warning inħareġ mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) minn kemm ilha mwaqqfa? Tista’ tgħid jekk dawn il-public warnings għadhomx fis-seħħ jew ġewx irtirati?
Response (DALLI, HELENA)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur sal-lum ħarġet 25 public warning, u l-ebda waħda ma ġiet irtirata.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-public warning maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) kontra l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx irtirata ftit wara mid-Direttur Ġenerali responsabbli mill-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Ninsab infurmata li l-public warning maħruga mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kontra l-kumpanija indikata ma ġietx irtirata.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il public warning inħareġ mill- Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) minn Ġunju li għadda sal-lum u kontra min inħarġu?
Response (DALLI, HELENA)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn Ġunju sal-lum ma ħargu ebda public warnings mill-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur. Madankollu, f’dan il-perijodu, l-Awtorità ħarġet 4 public statements biex il-pubbliku jiġi avżat dwar periklu minn prodotti li kien hemm fis-suq. Dawn kienu jirrigwardaw il-malji tal-għawm għat-tfal, l-elmi tal-muturi, l-użu tal-pestiċidi u regolaturi tal-gas.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5327, tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawn in-negozji li nstabu mhux konformi, kienu mhux konformi darbtejn, tliet darbiet jew iżjed minn hekk? Tista’ tgħid x’azzjonijiet ħadet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) f’dawn il-każijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5327, dawk il-ħwienet li jinstabu li ma jkunux konformi jiġu mogħtija twissija verbali jew bil-miktub. Mill-ispezzjonijiet li saru wara fuq il-ħwienet msemmija, instab li l-ħwienet ħadu l-passi neċessarji sabiex jiġu konformi mar-Regolamenti.
Mill-65 ħanut msemmija fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5327, 58 minnhom ingħatatilhom twissija waħda u 7 l-oħra ingħataw 2 twissijiet f’perijodi differenti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali impjegati mat-taqsima tal-laboratorji tal-forensika? Tista’ l-Ministru tgħid kif dawn ikunu infurmati meta l-Qorti jkollha bżonn is-servizzi tagħhom u kif u minn min jitħallsu? Peress li l-faċilitajiet ta’ laboratorju tal-forensika huma limitati, fejn qegħdin isiru t-testijiet neċessarji? Jeżisti xi ftehim bejn l-MCCAA u laboratorji privati mqabbda mill-MCCAA biex jagħmlu dawn it-testijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4 uffiċċjali impjegati mat-Taqsima tal-Forensika fil-Laboratorju.
Il-Qorti tqabbad lill-esperti li trid hi meta jkollha bżonn servizz f’dan il-qasam. Meta l-esperti mqabbda mill-Qorti ikunu mpjegati tal-MCCAA, dawn jitħallsu il-paga tagħhom normali bħala impjegati ta’ din l-Awtorità.
L-MCCAA m’għandha ebda ftehim ma’ laboratorji privati u l-esperti mqabbda mill-Qorti jiddeċċiedu huma fejn jagħmlu t-testijiet.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid ta’ min hija r-responsabilità għall-kawża miftuħa kontra l-Malta Shipyards Limited għall-kumpens minħabba exposure għall-asbestos mill-2003 ’l quddiem?
B’referenza għar-riforma tal-2007 li nħarġu Lm7.4 miljuni Maltin, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-bord tal-P&CF qabilx mad-deċiżjoni li jinħarġu Lm7.4 miljuni u jekk sarx eżerċizzju li jkun sostanibbli l-fond għall-ispejjeż kollha li hemm fih għaż-żmenijiet preżenti u futuri? X’sar minnhom l-appendiċi A u B li jiffurmaw parti mill-agreement tal-2007 li huma nieqsa mill-ftehim? Tqabbdu awdituri biex jagħmlu l-eżerċizzju fuq il-Pension and Contingency Fund u min kienu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Peress li diversi studenti tas-sixth form Għawdxin qed jilmentaw għaliex l-ismart card mhix qed tiġi aċċettata mill-examination centre, jista’ l-Ministru jara x’inhi l-problema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li sa issa qatt ma nħass il-bżonn li ċ-Ċentru tal-Eżamijiet f’Għawdex ikollu Smart Card Reader peress li l-istudenti tas-Sixth Form kienu jużaw il-faċilita` tal-ismart card reader li hemm fil-Librerija ta’ Sir M’Ang Refalo li qiegħed żewġ passi bogħod miċ-Ċentru tal-Eżamijiet .
Wara d-diskors tal-baġit għas-sena 2014 li ġie ppreżentat il-bieraħ 4 ta’ Novembru 2013, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm tnaqqis previst fuq il-vot tal-isport meta mqabbel ma' dak ta' din is-sena? Jekk iva, jista’ jgħid b'kemm tnaqqas u minn fejn se jkun qed jitnaqqas?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Estimi Finanzjarji 2014 li għadhom kif ġew imressqa mad-dikors tal-budget ta' l-04 ta' Novembru 2013.
Wara d-diskors tal-baġit għas-sena 2014 li ġie ppreżentat il-bieraħ 4 ta’ Novembru 2013, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm tnaqqis previst fuq il-vot taż-żgħażagħ meta mqabbel ma' dak ta' din is-sena? Jekk iva, jista' jgħid b'kemm tnaqqas u minn fejn se jkun qed jitnaqqas?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Estimi Finanzjarji 2014 li għadhom kif ġew imressqa mad-dikors tal-budget tal-04 ta' Novembru 2013.
Kunsill Malti għall-Isport — allokazzjoni finanzjarja 2014
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsill Malti għall-Isport għas-sena 2014 u jekk din hix se tkun inqas minn dik li kienet allokata għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Estimi Finanzjarji 2014 li għadhom kif ġew imressqa mad-dikors tal-budget tal-04 ta' Novembru 2013.
għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi – għajnuna finanzjarja għall-2014
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le hux se jkun hemm tnaqqis fl-għajnuna finanzjarja li s-soltu tingħata lill-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi għas-sena 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Estimi Finanzjarji 2014 li għadhom kif ġew imressqa mad-dikors tal-budget tal-04 ta' Novembru 2013.
Ministeru tal-Finanzi – safar minn ministeru preċedenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5524 u jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministri preċedenti u ċjoè dawk inkarigati mill-ekonomija,mill-investiment u minn negozji żgħar f’safar matul l-aħħar leġiżlatura? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull safra, il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni, ir-raġuni ta’ kull safra u n-nefqa għal kull safra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tinda li tpoġġiet dan l-aħħar fiż-Żewwieqa fl-Imġarr, Għawdex, eżattament ħdejn is-slipway, saritx bil-permessi kollha neċessarji, min kien responsabbli għat-twaqqif ta' din it-tinda, għaliex u għal min saret?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-tinda msemmija fil-mistoqsija ma għandhiex permess mid-direttorat konċernat fil-Ministeru għal Għawdex u l-każ ġie riferut lill-pulizija biex jieħdu l-azzjoni neċessarji.
Awtorità tad-Djar – gallarija f’periklu — każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5235 u tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn irrapurtat gallarija hija ta' periklu imma ħadd għadu ma ħa azzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill Onor. Interpellant li saret l-ispezzjoni fil-post imsemmi fit-30 ta’ Ottubru u kif ukoll l-evalwazzjoni tal-ħsarat mit-Tekniċi tal-Awtorità tad-Djar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4712, li kienet dwar reviżjoni fil-budget tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex liema budget kien approvat f’April 2013, jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji/raġunijiet li wasslu biex ikun hemm:
a) Tnaqqis li jammonta għall-€342,800 taħt l-Item – Personal Emoluments – Salaries and Wages;
b) Tnaqqis li jammonta għall-€109,528 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Materials and Supplies;
c) Żieda li tammonta għall-€102,656 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Transport;
d) Żieda li tammonta għall-€272,540 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Contractual Services?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4712, d-dettalji / raġunijiet huma
a)
Tnaqqis li jammonta għall-€342,800 taħt l-Item – Personal Emoluments – Salaries and Wages;
Qabel ma’ l-isptar ta’ Għawdex ġie trasferit taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa, taħt l-istess vot ta’ l-Isptar ta’ Għawdex kien hemm allokati ukoll fondi għall-uffiċju tas-Sanita. Peress li l-uffiċju baqa jagħmel parti mill-Ministeru ta’ Għawdex, il-fondi allokati għalih ġew trasferiti mal-vot tal-Ministru ta’ Għawdex. EUR342,800 huwa l-ammont ta pagi fil-vot ta’ Salaries and Wages li ġew trasferiti lid-dipartiment tas-Sanita, għalhekk irriżulta dan it-tnaqqis.
b)
Tnaqqis li jammonta għall-€109,528 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Materials and Supplies;
Matul is-sena 2013 l-isptar ta’ Għawdex biddel is-servizzi tal-catering. Is-servizz tal-‘catering’ għadda f’idejn il-privat u għalhekk il-fondi allokati għal-provvista ta ikel taħt dan il-vot ġew trasferriti għal vot ta’ servizzi kuntrattwali.
c)
Żieda li tammonta għall-€102,656 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Transport;
Din iż-żieda kienet riżultat ta’ kredituri relatati ma’ servizzi ta’ transport illi kienu għadhom ma’ tħallsux fis-sena preċedenti u tħallsu fis-sena 2013. Kien hemm ukoll diversi persuni li kienu intitolati għal ‘refunds’ fuq transport illi kienu għadhom ma tħallsux mis-sena preċedent u li tħallsu fis-sena 2013.
d)
Żieda li tammonta għall-€272,540 taħt l-I
tem – Operational and Maintenance – Contractual Services?
Is-servizz tal-‘catering’ għadda f’idejn il-privat u il-fondi allokati għal-provvista ta l-ikel taħt il- vot ta’ Materials and Supplies għaddew taħt dan il vot Contractual Services. Kien hemm ukoll ammont ta’ kredituri relatati mal-kuntratt tal-ħasil tal-lozor illi kienu għadhom ma’ tħallsux mis-sena preċedenti u li ġew imħallsa matul is-sena 2013. Kien hemm ukoll k
redituri mis-sena 2012 relatati ma’ servizzi ta manteniment ta’ makkinarju illi tħallsu matul is-sena 2013.
Peress li l-Amministrazzjoni ta’ qabel kienet għaddiet l-indiċijiet tal-atti notarili kollha li kienu jeżistu fir-Reġistru Pubbliku lil ditta privata biex jiġu diġitalizzati, liema indiċijiet qatt ma reġgħu lura Għawdex, u peress li dawn l-indiċijiet issa kollha huma diġitalizzati, jista’ l-Ministru jgħid huwiex possibbli li dawn jerġgħu jittieħdu lura Għawdex fejn kienu għal dawn l-aħħar mijiet għas-snin ħalli min ikun jinteressah jkun jista’ jikkonsultahom fil-post oriġinali tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed tiġi eżaminata din il-possibiltà.
Peress li f’Għawdex m’għandniex is-servizz ta’ avukati tat-tfal u peress li kull ma jmur qed jinħass il-bżonn li jkollna avukat tat-tfal f’Għawdex stess, jista’ l-Prim Ministru jara li f’Għawdex ukoll ikollna s-servizzi ta’ avukat tat-tfal?
Peress li fil-Qorti t’Għawdex qed ikollna diffikultajiet dwar ħatra ta’ esperti jew periti u peress li ma jkunux iridu jittraġittaw lejn Għawdex biex jespletaw l-inkarigu tagħhom u allura qed nispiċċaw inkunu limitati fl-għażla, jista’ għalhekk il-Prim Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta anke billi jingħataw iktar riżorsi lill-Qorti t’Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-diffikulta’ dwar l-esperti hija mill-Qorti ta’ Għawdex illi, meta mqabbel mal-Qorti ta’ Malta jdumu aktar biex jitħallsu.
Madanakollu l-Ministeru għal Għawdex finalment dejjem jagħti l-fondi meħtieġa biex jitħallsu l-ammonti dovuti.
Rigward il-limitazzjoni fl-għażla ta’ esperti, din hi prerogattiva tal-Ġudikant.