Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4896 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni u esportazzjoni ta’ sigaretti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4052 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka kemm jiġu importati u esportati sigaretti min Malta fis-sena, kemm ġew ikkonsmati sigaretti f’Malta u Għawdex, kif ukoll l-ammont ta’ dazju li nġabar minn fuqhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4897 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4053 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda kif ukoll second hand fl-2012 u kemm ġew skrappjati karozzi fl-2012? Minn dawn l-imsemmija karozzi importati ġewwa Malta, kemm minn dawn kienu petrol, diesel, hybrid jew bl-elettriku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2012 ġew impurtati total ta’ 4,335 karozza minn pajjiżi terzi. Il-karozzi li ġew impurtati huma kif ġej: Petrol ġodda - 2,779 Diesel ġodda - 380 Petrol second hand – 1,148 Diesel second hand - 2 Karozzi li jaħdmu bl-elettriku - 26 Rigward l-ammont ta’ karozzi li ġew skrapjati nitlob lill-Onor. Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Transport Malta.

Ċensiment ta’ residenti Għawdxin u ta’ Kemmuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4054 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċifri maħruġa miċ-ċensiment li sar fl-2011 li juru kemm kien hemm domanda għar-residenti li hemm ġewwa Għawdex u Kemmuna, kemm minnhom huma Maltin kif ukoll barranin maqsuma skont l-etajiet, kemm hemm minnhom għandhom ID card bil-(M) u kemm minnhom għandhom ID card bil-(G), kemm minn dawn jaqgħu taħt old dependency age? Kemm minn dawn il-persuni jgħixu għal rashom, kemm hemm minnhom jgħixu ma’ xi qarib jew qraba tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqoqsija lil Ministeru konċernat
Leg 12 PQ #4936 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Spiża fuq mistoqsijiet parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mistoqsijiet parlamentari li l-aktar li ġiet tiswa biex tingħata tweġiba kif ukoll dik li l-inqas li ġiet tiswa fost dawk li saru bejn l-2008 u l-2012? Jista' jagħti l-ispiża totali inkluż ir-riċerka li saret?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Forzi Armati ta' Malta- suldati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm suldati fl-armata? kemm suldati ġew involuti f'attività barra l-pajjiż f'dawn l-aħħar ħames snin u f'liema pajjiżi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Hemm elf ħames mija u disgħa u tletin (1,539) suldat u tmenin (80) rekluta fil-Forzi Armati ta’ Malta. Sitt mija u tmienja u sittin (668) suldat kienu involuti f'attività barra l-pajjiż f'dawn l-aħħar ħames snin, din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Arriva – spezzjonijiet minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dettal mit-12 ta' Marzu 2013 sal-lum x'tip ta' skrutinju qed isir minn Transport Malta fuq l-operat tal-Arriva, fosthom x' tip ta' spezzjonijiet qed isiru, il-frekwenza tal-ispezzjonijiet, x' nuqqasijiet qed isibu l-ispetturi ta' Transport Malta u l-azzjonijiet li qed tieħu Transport Malta fil-konfront tal-operatur?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskrutinju li qed isir preżentament fuq l-operat tal-Arriva minn Transport Malta huwa l-istess li kien isir qabel it-12 ta’ Marzu 2013. Transport Malta għandha grupp ta’ nies li ta’ kuljum jagħmlu spezzjonijiet fuq is-servizz tat-trasport pubbliku, li fosthom jinkludi spezzjonijiet fuq ix-xarabanks, fuq l-infrastruttura u fuq iż-żamma mal-iskedi. F’każ li l-Arriva Malta Ltd tinstab mhux konformi mal-kuntratt iffirmat bejn iż-żewġ partijiet, Transport Malta timponi l-penali applikabbli skont il-kuntratt. Infurmat ukoll li minn Settembru li għadda, speċifikament minn meta tneħħew mis-servizz il-karozzi tat-tip articulated, Transport Malta qiegħda tiffoka aktar ir-riżorsi tagħha sabiex tassigura li qed jingħata s-servizz skont l-iskedi.

Promozzjoni għall-użu tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x' qed isir minn Transport Malta biex teduka u tgħin lill-poplu biex jibda juża t-trasport pubbliku b‘mod aktar frekwenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent Transport Malta qed tiffoka r-riżorsi tagħha sabiex tassigura li s-servizz li qed jiġi pprovdut huwa wieħed affidabbli u li jirrifletti il-bżonnijiet tal-passiġġieri. Infurmat ukoll li qabel ma’ jidħlu fis-seħħ ir-rotot ġodda Transport Malta ser tkun qegħda tniedi programm ta’ informazzjoni sabiex tinforma lill-pubbliku b’dan it-tibdil.

Il-Belt Valletta — CVA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet konkreti hemm għas-sistema tac-CVA fil-Belt Valletta? X'diskussjonijiet saru mal-Kunsill Lokali tal-Belt? Instab xi kompromess bejn dak li jixtieq li jsir il-kunsill lokali u dak li tixtieq tagħmel Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qegħdha fil-proċess li tevalwa s-sistema permezz tal-informazzjoni li għandha tul dawn l-aħħar ħames snin kemm ilha topera is-sistema tas-CVA, kif ukoll il-proposti li ġew ippreżentati mill-Kunsill Lokali tal-Belt biex jinħoloq pjan ħolistiku fuq l-aċċess għall-Belt Valletta. Il-Gvern huwa kommess li hekk kif kien ġie stipulat fil-programm elettorali, ma jkunx hemm ħlas għal dawk li jaċċessaw iċ-ċentru tal-Belt wara l-ħin tas-1400hrs u s-Sibt il-ġurnata kollha.

Parkers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema ta' parkers f' diversi żoni ta' parkeġġi fil-pajjiż hix se tinżamm?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, b’referenza għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari 1309 fil-preżent il-Gvern qiegħed jaħdem fuq pjan komprensiv dwar il-parkeġġ f’żoni differenti tal-pajjiż. Dan il-proċess jinsab fi stadju avvanzat.

Bini mill-ġdid ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'għandha pprogrammat Transport Malta għas-sena li ġejja għal dak li huwa xogħol ta' bini mill-ġdid ta' toroq arterjali, distributorji u maġġuri, apparti dawk il-proġetti li kien diġà beda x-xogħol preparatorju tagħhom fi żmien il-gvern preċedenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, Transport Malta qed tiffinalizza l-pjanti marbuta mal-proġett tal-Kappara wara li, matul dawn l-aħħar sitt xhur, il-preparamenti marbuta ma’ dan il-proġett ġew intensifikati. Transport Malta bħalissa wkoll qed taħdem fuq il-programm tal-junction tal-Marsa (Addolorata Junction) liema proġett mistenni jibda lejn l-aħħar tas-sena 2015 jew bidu tas-sena 2016 minħabba l-kobor u kumplessita’ ta’ dan il-proġett. Fil-ġimgħat li ġejjin, Transport Malta se tkun qed tagħmel studji ta’ kontinġenza għat-traffiku min-naħa t’isfel ta’ Malta u ser tkun qed tiffinalizza l-programm ta’ xogħlijiet marbuta mal-bini ta’ pont (pedestrian) tul Triq is-Sebħ, Ħal Qormi.

Toroq residenzjali — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi r-ritmu ta' xogħol fuq toroq residenzjali li Transport Malta kienet qabdet tul l-aħħar snin donnu waqaf għal kollox f'dawn l-aħħar jiem? X'xogħol ta' bini ta' toroq residenzjali qed tagħmel Transport Malta apparti dawk diġà inklużi fil-programm tax-xogħlijiet li kien ġie ifformolat mill-gvern preċedenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħol fuq it-toroq residenzjali baqa’ għaddej primarjament abbażi tal-programm ta’ toroq li kien ġie mfassal u baġġitjat mill-amministrazzjoni preċedenti. Fil-fatt, bħalissa Transport Malta qed tesegwixxi xogħlijiet fuq dawk it-toroq hekk msejjħa problematiċi li kienu tħallew għall-aħħar parti tal-programm minħabba d-diversi sfidi marbutin magħhom.
Leg 12 PQ #5499 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Raħal Ġdid – ċentru reġjonali għall-kura primarja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4200, jista’ l-Ministru jagħti budgets u timeframes ta’ kif se jkun qed jitwettaq il-proġett taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f’Raħal Ġdid?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kura Primarja bħalissa għaddej bil-preparamenti meħtiega għat-tfassil ta’ Proġett li għandu jwassal għal Ċentru Reġjonali Ġdid f’Raħal Ġdid. Il-ħsieb tal-Gvern huwa dan il-proġett ikun ko iffinanzjat minn fondi Ewropej. Madanakollu rrid infakkar li (a) Malta u l-Kumissjoni Ewropea għadhom iridu jikkonkludu l- Partnership Agreement bejniethom; (b) Malta trid tikkonkludi l- Operational Programme rispettiv u mbagħad jinħargu s-sejħiet għall-proposti ta’ proġetti ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea fiċ-ċiklu l-ġdid tal-2014-2020. Il-Ministeru għas-Saħħa huwa determinat li jara dan il-proġett meħtieg jitwettaq. Id-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l- Project Brief; il- Cost Benefit Analysis ; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA għall-permessi meħtieġa kif ukoll jitlestew it- tenders li jinħargu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett. Huwa stmat li l-proġett kollu ser jiswa madwar ħmistax-il miljun Ewro f’nefqa kapitali.
Leg 12 PQ #5500 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġiljan – ċentru reġjonali għall-kura primarja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4201, jista’ l-Ministru jagħti budgets u timeframes ta’ kif se jkun qed jitwettaq il-proġett taċ-ċentru reġjonali ġdid ta’ kura primarja f’San Ġiljan?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kura Primarja bħalissa għaddej bil-preparamenti meħtiega għat-tfassil ta’ Proġett li għandu jwassal għal Ċentru Regjonali Ġdid f’San Ġiljan. Il-ħsieb tal-Gvern huwa dan il-proġett ikun ko iffinanzjat minn fondi Ewropej. Madanakollu rrid infakkar li (a) Malta u l-Kumissjoni Ewropea għadhom iridu jikkonkludu l- Partnership Agreement bejniethom; (b) Malta trid tikkonkludi l-Operational Programme rispettiv u mbagħad jinħargu s-sejħiet għall-proposti ta’ proġetti ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea fiċ-ċiklu l-ġdid tal-2014-2020. Il-Ministeru għas-Saħħa huwa determinat li jara dan il-proġett meħtieg jitwettaq. Id-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l-Project Brief; il-Cost Benefit Analysis; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA ghall-permessi meħtieġa kif ukoll jitlestew it-tenders li jinħargu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett. Huwa stmat li l-proġett kollu ser jiswa madwar ħmistax-il miljun Ewro f’nefqa kapitali.
Leg 12 PQ #5501 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Implimentazzjoni ta’ tracking fuq mediċini

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4321, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ żvilupp fuq din is-sistema bediex? Jekk iva, min qed jiżviluppa din is-sistema u kif tqabbad?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ żvilupp fuq din is-sistema għadha ma bdietx.
Leg 12 PQ #5502 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Obeżità fost it-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir fl-iskejjel biex tiġi indirizzata l-obeżità fost it-tfal?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li din il-mistoqsija għanda tiġi mwieġba mill-Ministru tal-Edukazzjoni.
Leg 12 PQ #5503 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — PET scanner

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jopera l-PET scanner fl-Isptar Mater Dei u x’se tkun l-istrateġija tal-gvern biex dan jintuża bl-aktar mod effettiv?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li din il-facilità ġiet inawgurata fis-6 ta' Frar 2013. Din bdiet tintuża bħala 64- Slice CT scanner kemm għal każijiet ta' rutina kif ukoll għal każijiet oħrajn. Nhar 18 t' Ottubru waslet l-ewwel konsenja ta' 18F-FDG għal użu kliniku u għall-ewwel darba intuża bħala PET Scanner. Infurmat ukoll li l-apparat jintuża bħala PET Scan, qatt ma’ kienet intużata. Il-pazjenti ta’MDH kienu jiġu organizzati fi gruppi u mogħbija bħala forma ta’ PPP lil entita privata. Għall-ewwel darba l-MDH ta’ f’idejħ it-trasportazzjoni tal-kimika (18F-FDG) neċessarja biex il-grupp miġbur minflok jintbagħad PPP jsiru fl-isptar Mater Dei, biex b’hekk frankajna l-flus u użajna l-apparat kif suppost. F'kull sessjoni naraw 5 pazjenti u jittieħdu 5 PET Scans. In-numru ta' sessjonijiet kull ġimgħa jiġi determinat skond il-ħtieġa. Preżentement ukoll qed nagħmlu 3 sessjonijiet f'ġimgħa. Waqt li jkunu qed isiru s-sessjonijiet bil-PET scan, ma jsirx xogħol bis- CT scnner. B'dan il-mod jiġi żgurat li x-xogħol qed isir b'mod effiċjenti u bl-aħjar użu tar-riżorsi.
Leg 12 PQ #5504 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

tilqim kontra l-infezzjoni tal-HPV

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar f’dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew mistiedna tfajliet sabiex jattendu għat-tilqim kontra l-infezzjoni tal-HPV u kemm minn dawn attendew għat-tilqima?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li t-tilqim kontra il-Human Papilloma Virus (HPV) beda fis-16 ta’ Frar 2013. Ġew mistiedna biex jieħdu din it-tilqima tfajliet li twieldu fis-sena 2000 u oħrajn hekk kif għalqu t-tnax il-sena, iġifieri dawk li twieldu fis-sena 2001. In-numru ta’ stedin u ta’ dawk li attendew sa Settembru 2013 hu ta’kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar – talbiet għal zebra crossings

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5369, jista' l-Ministru jgħid fejn huma ż-zebra crossings li ġew approvati u fejn qiegħda ż-zebra crossing li ma ġietx qpprovata?

Response (MIZZI, JOE)

No response available.

kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk min għandu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol) neqsin għas-snin 1981, 1982, 1984, 1985, 1986 u 1997 hux se jkun possibbli li jħallashom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum mhux permess li jitħallsu arretrati ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jmorru lura b’aktar minn ħames snin.

Skema Master It

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema Master It li hi ffinanzjata b'fondi Ewropej, tapplikax għal persuni li jkunu se jagħmlu l-kors ta' masters fl-Università ta' Malta jew tapplikax biss għal min se jagħmel kors barra minn Malta? L-iskema hija marbuta ma' data sa meta l-kors tal-masters irid jitlesta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-iskema ta’ Boroż ta’ Studju “MASTER it!” tapplika għall-persuni li jkunu qed isegwu jew li se jibdew isegwu kors kemm mal-Universita` ta’ Malta kif ukoll għal dawk li qed isegwu jew jixtiequ jsegwu kors ma' Universitajiet barra minn Malta. Ir-riżultat tad- Degree jrid jiġi ppubblikat sa Ottubru 2015.