Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' kaċċa illegali (fuq tajr tal-priza) mill-15 ta' Settembru 2013 'il hawn? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji tal-każijiet rrapurtati, bil-ħin u l-post ta' fejn seħħew?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm swiet il-kampanja pubbliċitarja marbuta mal- baġit 2014? Lil min ingħata dan ix-xogħol? Kif intgħażel? Ħarġet expression of interest? Jista’ jagħti breakdown ta’ din l-ispiża, jiġifieri kemm kien hemm infiq fuq press conferences, reklami fuq ir-radju, reklami fuq it-TV, reklami fuq il-gazzetti, reklami on-line, billboards, eċċ.? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk din il-kampanja ngħatatx lil xi kumpanija jew persuna? Jekk iva, min hi din il-persuna jew kumpanija? Kif intgħażlet din il-kumpanija?
Baġit 2014 — Billboards – spiża fuq stampar, kiri u armar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-billboards dwar il-Baġit 2014 humiex tal-Gvern jew tal-Partit Laburista? Jekk tal-Gvern, kemm hi l-ispiża tal-istampar, il-kiri u l-armar tagħhom? Lil min qed titħallas u b’liema mod ġie magħżul il-kuntratt?
Għawdex — Ħaddiema taċ-Ċivil - xogħol ta’ back office
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm ħaddiema taċ-Ċivil jaħdmu f’dak li jissejjaħ back office f’Għawdex? Liema xogħol qed isir minn dawn il-ħaddiema? Xi gradi għandhom dawn il-ħaddiema u meta bdew jagħmlu dan ix-xogħol ġewwa Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 91 ħaddiem taċ-Ċivil li qegħdin jaħdmu xoghol ta' back office li jaqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Dawn il-ħaddiema qegħdin jagħmlu xogħol f'dawn is-sezzjonijiet li ġew trasferiti lejn Għawdex kif imsemmi hawn taħt:
Education Salaries Ottubru 2001
MTI Salaries Marzu 2003
Central Salaries Jannar 2008
Treasury Pensions Jannar 2008
Health Salaries Jannar 2008
Consumer Affairs Jannar 2008
Government Information Services Jannar 2008
Civil Registry Data Inputting Jannar 2008
Dipartiment tas-Citizenship u Expatriates Affairs Novembru 2013
Il-gradi ta' dawn l-impjegati huma ta' Assistent Direttur, Senior Principal, Principal, Assistant Principal, Executive Officer, Senior Clerk, Clerk, General Hand, Charwoman u Health Attendant.
Għawdex — Ħaddiema taċ-Ċivil - xogħol ta’ back office
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sal-aħħar ta’ din is-sena kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil Għawdxi se jiġi ttrasferit lejn Għawdex biex jaħdem fuq back office work ġdid li se jittieħed Għawdex? Liema xogħol ġdid se jibda jsir minn Għawdex għal dan l-iskop sal-aħħar ta’ din is-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ħadmitx fis-segretarjat tiegħu għal xi żmien? Jekk iva xi rwol kellha u f’liema żmien kienet fis-segretarjat? Għaliex m’għadhiex fis-segretarjat u issa qed taħdem fis-sezzjoni tal-elderly care? Peress li din il-persuna hija ECG technician għaliex mhux qed tagħmel dan ix-xogħol fl-Isptar Ġenerali ta’Għawdex meta hemm nuqqas serju u s-servizz tal-ECG tnaqqas b’ numru ta’ sigħat kuljum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija qatt ma kienet tifforma parti mis-Segretarjat Privat tiegħi.
Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problemi fir-residenza tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-ħsarat imsemmija fil-komun tal-blokka, ix-xogħlijiet qegħdin inklużi f’tender li ngħatat riċentament u għaldaqstant ix-xogħlijiet mistennija jibdew f’qasir żmien. Dwar ħsarat strutturali ġewwa l-appartament imsemmi, li kienu ġew irrapurtati separatament, ix-xogħlijiet ser jiġu nklużi f’tender oħra aktar ‘il quddiem filwaqt li dwar il-kamra tal banju, ma jirriżultax li l-Awtorita tad-Djar għandha applikazzjoni pendenti f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija kienu jiffurmaw is-segwenti sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija fit-8 ta’ Marzu 2013 u fit-3 ta’ Ġunju 2013:-
a) sezzjoni tal-IT;
b) l-Administrative Law Enforcement;
ċ) il-
mobile squad
;
d) id-DIK (CID);
e) l-ECU;
f) id-
drug squad
;
g) il-
vice squad
;
h) garaxx;
i)
trade;
j) P.C.O.; u
k) M.S.S.?
Kemm minn dawn il-membri tal-korp huma nisa f'dawn is-sezzjonijiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija siefer fuq korsijiet barra mill-pajjiż fis-sena 2011, 2012, 2013? Minn liema sezzjonijiet kienu dawn il-membri tal-Korp u xi gradi kellhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 48 membru tal-Korp tal-Pulizija li siefru fuq korsijiet barra mill-pajjiż fis-sena 2011, filwaqt li s-sena l-oħra kien hemm 55 u din is-sena kien hemm 69. Dawn kienu mit-Taqsimiet tad-Droga; tal-Frodi; tal-Vizzji; tal-Klieb; Amministrazzjoni; C.I.D.; Immigrazzjoni; Special Branch; Forensika; Cyber Crime; I.T.S.; I.R.U.; u Distrett. Fost il-gradi ta’ dawk li attendew kien hemm Assistent Kummissarju; Supretendent; Spettur; Maġġur; Surġent u Kuntistabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fis-sena 2011, 2012, 2013 fuq l-akkużi ta':
a) serq aggravat;
b) stupru;
ċ) ħsara volontarja;
d) feriment gravi;
e) attentat ta' omiċidju; u
f) omiċidju?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għal din is-sena għadu qed jinġabar, filwaqt dak għas-snin 2011 u 2012 huwa kif ġej:
Persun mressqa l-Qorti
Sena
Serq
Stupru
Ħsara volontarja
Feriti gravi
Attentat omiċidju
Omiċidju
2011
700
9
170
164
13
1
2012
893
10
289
210
14
5
Jista' l-Ministru jgħid kemm twettqu match and grabs u hold ups fl-2011, 2012, u fl-2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Ottubru din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 432 każ ta’ snatch & grab u 90 każ ta’ hold up.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-flotta tal-Pulizija bejn karozzi, muturi u vetturi oħra u kif hi fil-fatt imqassma din il-flotta ta' vetturi li għandha l-Pulizija? Kif qegħdin imqassmin dawn il-karozzi, muturi u vetturi oħra fid-diversi sezzjonijiet tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minn 269 vettura u 72 mutur. Dawn jiġu assenjati skont il-ħtiġijiet li jkollhom id-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, minn żmien għal żmien.
Korp tal-Pulizija – memorandum mal-Università ta’ Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra bil-kontenut tal-memorandum iffirmat mill-Korp tal-Pulizija mal-Università ta' Malta fl-2011 u kemm ibbenefikaw membri tal-Korp tal-Pulizija minn dan il-memorandum bħala taħriġ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Memorandum iffirmat mill-Korp tal-Pulzija mal-Università ta’ Malta f’Diċembru 2010 ikopri fost affarijiet oħra, it-titjib fit-taħriġ u l-prattika tal-membri tal-Korp fejn tidhol ir-riċerka u t-tixrid tal-għerf. Dan il-memorandum, jinkludi wkoll titjib fil-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fejn jidħlu implementazzjonijiet u żviluppi ta’ programmi akkademiċi tal-Pulizija. Il-ftehim jintroduċi wkoll kors li jwassal għall-Baċellerat bl-Unuri fix-Xogħol tal-Pulizija. Kien hemm 29 Spettur tal-Pulizija li attendew dan il-kors fuq bazi part time u li se jiggradwaw b’Diploma in Policing fil-gradwazzjoni li jmiss.
Jista’ l-Ministru jgħid min fil-Ministeru għas-Saħħa se jkun qed jagħżel l-ispeċjalisti biex jaħdmu fil-qasam tal-IVF offrut mill-Gvern?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hekk kif stabilit bħala proċedura, il Ministeru għas-Saħħa ħattar selection board bie jintgħażlu il profesjonisti minn ħdan id-dipartiment tas-saħħa li applikaw wara is-sejħa ta’espressjoni ( Expression of Interest) għal l-ispeċjalisti biex jaħdmu fil-qasam tal-IVF offrut mill-Gvern, u li din is-sejħa ħarġet f’Settembru 2013.
Servizz tal-IVF – iffriżar ta’ embrijuni u oocytes
Question
Peress li lejn l-aħħar tat-tender document tal-IVF hemm referenza għall-oocytes u għall-cryopreservation ta’ embrijuni, jista’ l-Ministru jagħmel il-pożizzjoni tiegħu ċara fuq aspett daqstant delikat f’dan il-qasam? Se jkun hemm iffriżar ta’ embrijuni jew le? Se tintuża t-teknika tal-oocyte vitrification jew le?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għal Kap 483 sezzjoni 7, tal-ATT Nru. XXI tal-2012.
(ATT sabiex jipprovdi protezzjoni għal embrijuni umani u materji anċillari oħra).
Ninsab infurmat Skond Artiklu 7 ta' dan l-Att li kull forma ta’preservazzjoni, inkluż il-krijopreservazzjoni ta’embrijuni, hija projbita u kull min jikser xi dispożizzjoni ta’ dan l-artiklu ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa ta’ mhux anqas minn ħamest elef ewro ( 5,000) u mhux aktar minn ħmistax-il elf ewro( 15,000) jew priġunerija ta’ mhux aktar minn tliet snin jew dik il-multa u l-priġunerija flimkien.
Iżda meta t-tresferiment fil-ġuf tal-embrijun fertiliżżat ma jkunx possibli minħabba forza maġġuri gravi u ppruvata li ma tkunx preveduta fil-mument tal-fertiliżżazzjoni, dawn l-embrijuni jistgħu jiġu preservati sad-data ta’ dak it-trasferiment liema trasferiment għandu jsir mill-aktar fis possibli. Ukoll meta jsir xi ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan l-ATT, l-Awtorita tista’ tordna l-iffriżar ta’ xi embrijuni sabiex tiġi preservata l-ħajja tiegħu. Artklu 4 tal-Istess Att jagħti setgħa lill- l-Awtorità biex tagħti għal adozzjoni ċelloli tal-bajd fertilizzati, fil-każ meta, wara li ssir il-fertilizzazzjoni taċ-ċelloli tal-bajd iżda qabel ma ssir l-impjantazzjoni tal-embrijuni fil-ġuf, tmut il-mara jew fil-każ meta għal xi raġuni oħra, dik l-impjantazzjoni ma tistax issir.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw infermiera, wara s-sejħa għall-impjieg immedjat ta’ infermiera li ħarġet fit-13 ta’ Settembru 2013? Kemm ġew ingaġġati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fit-13 ta' Settembru ma ħarget l-ebda sejħa għall-infermiera.
Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta’ kontroll u verifika qed isir fit-tlugħ tal-Lotterija tal-VAT peress li fix-xahar ta’ Mejju 2013 persuna telgħulha żewġ biljetti għal rebħ totali ta’ €23,294 u fix-xahar ta’ Ġunju 2013 persuna oħra telgħulha żewġ biljetti wkoll b’rebħ totali ta’ €828?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li voluntiera Maltin li qed jaħdmu mat-tfal tal-immigranti f’Ħal Far mhux qed jitħallew ikomplu bil-ħidma tagħhom? Minnu li f’att ta’ vandaliżmu saret ħsara f’apparat biex jilagħbu t-tfal? Minnu li dawn il-voluntiera tteħdilhom spazju li kienu qed jużaw bħala store għall-materjal li ġie permezz ta’ donazzjonijiet mill-poplu Malti? X’qed jagħmel il-Gvern biex jipproteġi tfal li jinsabu fl-open centres f’pajjiżna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab informat li mhuwiex minnu illi il-grupp imsemmi ma tħalliex ikompli l-operat biex iqassam donazzjonijiet miġbura. Li ġara biss huwa li t-tmexxija taċ-ċentri esiġiet li l-operat tal-volontarji isir fil-qafas tal-operat taċ-ċentru. Għal dan il-għan kienet saret laqgħa mal-volontiera bl-iskop li t-tajjeb ikompli jsir, imma f'kuntest li jirrispetta l-għanijiet tac-centri miftuħa.
Ninsab informat ukoll li ma ttieħed l-ebda store tal-volontiera, għax il-volontiera qatt ma kellhom store tagħhom, imma kienu juzaw dak taċ-ċentru.
Kull att ta' vandalizmu jiġi rappurtat lill-Pulizija; jekk l-Onor. Interpellant waslitilha xi informazzjoni rilevanti hija mħegga tgħaddiha lill-Pulizija.
Il-minuri mhux akkumpanjati fl-open centres huma protetti permezz ta' Ordni ta' Ħarsien, filwaqt li nappoġġjaw lill-ġenituri tat-tfal biex dawn ukoll imorru l-iskola u japprofittaw minn opportuntajiet oħra ta' zvilupp olistiku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4051 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġie esportat deheb u fidda minn Malta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport bi spjegazzjoni f’ammont u valur bejn l-2009 sal-2012?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.