Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 – uffiċjali tal-Gvern Malti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret li fiha kienu involuti uffiċjali tal-Gvern Malti, uffiċjali ta’ enti tal-Gvern Malti u konsulenti (inkluż ex konsulenti) in preparazzjoni għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 li se jisponsorja l-Gvern Malti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-Gvern Malti ma kienx involut fl-organizzazzjoni ta' din il-laqgħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-allokazzjoni finanzjarja għall-Aġenzija Żgħażagħ għas-sena 2014 u jekk din hix se tkun inqas minn dik li kienet allokata għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Estimi Finanzjarji 2014 li għadhom kif ġew imressqa mad-diskors tal-Baġit tal-04 ta' Novembru 2013.
Qorti t’Għawdex – każijiet dwar bejgħ ta’ xorb lil minorenni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li tressqu l-Qorti t’Għawdex u ta’ Malta separatament matul dawn l-aħħar sitt xhur dwar bejgħ ta’ xorb lil minorenni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija;
Ninforma lill-Onor Interpellata kif ġej:
Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja
Fid-direttorat tal-Qrati u Tribunali Kriminali (Malta) tali nformazzjoni ma tinżammx iżda l-istess informazzjoni tista’ tinkiseb mid-dipartiment tal-Pulizija.
Qrati u Tribunali (Ghawdex)
Fil-Qorti ta’ Għawdex, matul dawn l-aħħar sitt xhur (sal-aħħar ta’ Ottubru), ma kellna ebda każ dwar bejgħ ta’ xorb lil minorenni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien każijiet li tressqu l-Qorti t’Għawdex u ta’ Malta separatament matul dawn l-aħħar sitt xhur minn minorenni fuq minorenni oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija;
Ninforma lill-Onor. Interpellata kif gej:
Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja
Fid-direttorat tal-Qrati u Tribunali Kriminali (Malta) tali nformazzjoni ma tinżammx iżda l-istess informazzjoni tista’ tinkiseb mid-dipartiment tal-Pulizija.
Qrati u Tribunali (Ghawdex)
Fil-Qorti ta’Għawdex, f’dawn l-aħħar sitt xhur, tressqu tliet minorenni dwar każijiet fuq minorenni li, pero’, jirrigwardaw l-istess inċident/każ.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni Għawdxin li ġew riferuti lill-Aġenzija Appoġġ abbażi tal-protokoll li kien ġie ffirmat bejn il-Ministeru għal Għawdex taħt l-amministrazzjoni preċedenti u l-FSWS? Tista’ tgħid għal liema servizz ġew riferuti?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li kien hemm żewġ każijiet ta’ persuni Għawdxin li ġew riferuti lill-Intake and Family Support Services, u ħames każijiet ta’persuni Għawdxin li ġew riferuti lill-Child Protection Services minn Marzu 2013.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni Għawdxin u/jew residenti f’Għawdex li qed jiffosterjaw tfal u tagħti l-informazzjoni skont it-tip ta’ fostering? Tista’ tagħti ukoll kemm ilu jsir il-fostering għal kull tifel u tifla?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — Lukandi li se jagħlqu għax-xitwa
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5371, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk minbarra l-lukandi li hemm imsemmija f'din il-lista tar-risposta, fil-fatt hemmx lukandi oħra li minflok avżaw li se jagħlqu għall-perijodu speċifiku, avżaw li se jagħlqu definittivament? Jekk iva, kemm kienu u liema kienu?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm żewġ lukandi fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar li avżaw lill-Awtoritá tat-Turiżmu li se jagħlqu għal perijodu indefinit.
Dawn huma:
Mediterranea Hotel u Topaz Hotel.
Il-proprjetari tal-Lukanda Topaz, avżaw illi qegħdin iffittxu operaturi oħrajn sabiex possibiliment terġa’ tiftaħ f’Mejju li ġej.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jinħadem il-ħlas tad-dawl, fil-parti tal-kont li jikkonċerna l-konsum, meta l-kontijiet jintbagħtu wara numru kbir ta' xhur, minflok kull xahrejn kif suppost li jiġri? Kif qed jiġi garantit li t-traħħis dovut skont in-numru ta' persuni fil-familja jasal għand l-istess familja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontijiet jiġu riveduti skont il-qari li jiġi rreġistrat fil-meters meta dawn jinqraw.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi ħadet Transport Malta jew il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, jew it-tnejn flimkien biex il-parti tat-triq prinċipali ta' Burmarrad, fl-inħawi tal-bidu tat-telgħa tal-Wardija, tiġi rranġata? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq tkun waħda ta' livell tajjeb, iktar u iktar meta wieħed iqis li din triq li minnha jgħaddu eluf ta' vetturi kuljum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija hija fuq il-lista ta’ toroq li għandhom bżonn ta’ intervent .
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5369, li qed tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 3822, billi jirriżulta li hemm differenza bejn in-numri fir-risposta taż-żewġ domandi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx zebra crossings li t-talbiet għalihom għad iridu jiġu deċiżi skont il-kriterji ta' Transport Malta? Fejn jinsabu dawn it-talbiet li għad iridu jiġu deċiżi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames talbiet għal zebra crossings li għad iridu jiġu deċiżi minħabba li Transport Malta għadha qed tistenna informazzjoni addizzjonali mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn il-każijiet huma kif ġej:
San Pawl il-Baħar – approvazzjoni ta’ traffic/pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-traffic jew pelican lights li ġew approvati minn Transport Malta għal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, minn Marzu ta' din is-sena s’issa? Meta ġew approvati? F'liema partijiet ta' San Pawl il-Baħar jinsabu dawn l-istess lights li ġew approvati? Jista' jagħti tagħrif dwar fejn jinsabu l-lights li għalkemm ġew approvati għadhom ma twaħħlux fuq il-post?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika talbiet li Transport Malta rċeviet mill-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar huma għal zebra crossings u mhux għal traffic jew pelican lights. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirrreferi wkoll għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5812.
Ix-Xemxija u l-Mellieħa – proġett Ten T – konsultazzjonijiet
Question
Billi fil-ġurnali ta' kuljum qed jiġi rrapurtat li Transport Malta qed tagħti konsiderazzjoni għall-possibblità li bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa ssir it-triq li kienet imsemmija bħala parti mill-proġett tat-TEN T's, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema konsultazzjonijiet saru dwar dan il-proġett matul dawn l-aħħar tmien xhur? Jista' jagħti tagħrif dwar ma’ min saru dawn l-istess konsultazzjonijiet, meta nżammu, u min kien mistieden jattendi għal dawn il-laqgħat?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5641.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas għat-tinda li ntramat fi Pjazza San Ġorġ u li minnha saret il-konferenza tal-aħbarijiet mill-Gvern hekk kif intemm id-diskors tal-Baġit nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru? Jista’ jgħid liema kumpanija pprovdiet din it-tinda u l-armar tagħha, u jekk ħarġitx sejħa għall-kwotazzjonijiet jew tender biex inxtara dan is-servizz?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija trid tingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kirja tal-billboards u l-posters li twaħħlu fuqhom li kellhom messaġġi marbutin mal-Baġit 2014? Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kumpanija pprovdiet din it-tinda u l-armar tagħha u jekk ħarġitx sejħa għall-kwotazzjonijiet jew tender biex inxtara dan is-servizz?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija ser tingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-iSport Promotion Unit għadhiex tipprovdi lezzjonijiet tal-ġinnastika lill-istudenti tat-tielet sena tal-iskejjel primarji tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, minn min qed isiru dawn il-lezzjonijiet u xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni bħala għalliema tal-edukazzjoni fiżika u/jew bħala kwalifiki fil-ġinnastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-iSport Promotion Unit għadha qed tipprovdi l-lezzjonijiet li kienu jingħataw fis-snin ta’ qabel. Anzi, il-lezzjonijiet tal-Ġinnastika fil-Primarja ġew estiżi wkoll għall-istudenti tal-ewwel u t-tieni sena sabiex dan is-servizz jilħaq lil numru akbar ta’studenti.
Dawn il-lezzjonijiet qegħdin jingħataw bl-istess persuni li kienu jagħtu dawn il-lezzjonijiet fis-snin ta’ qabel.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad statistika maħruġa mill-Birdlife li turi li mill-15 ta' Settembru 2013 'l hawn 70% tal-għasafar protetti li sfaw fil-mira tal-kaċċa illegali intlaqtu fil-ħin ta' wara nofsinhar li sas-sena li għaddiet kien kopert mill-curfew?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li peress li ma ġiex ipprovdut l-ebda dokument li jissustanza l-allegazzjonijiet in kwistjoni, inħoss li wieħed ikun iktar korrett jekk jgħid li statistika uffiċċjali ippublikata mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fl-10 ta’ Ottubru 2013 turi li l-Gvern irdoppja l-infurzar f’dan il-qasam. Dan wassal għal tnaqqis qawwi fl-ammont ta’ rapporti dwar inċidenti li jinvolvu għasafar protetti matul il-perjodu 15 ta’ Settembru sas-7 ta’ Ottubru tal-2013 u dan meta kkumparat mal-istess perjodu s-sena l-oħra.