Legislature:
Category:
Reset
Active:

Households u ażjendi bil-pannelli fotovoltajiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn households privati, ażjendi privati u stabbilimenti jew proprjetà tal-Gvern li għandhom pannelli fotovoltajiċi? Xi kwantità ta’ megawatts jipproduċu kull sena (lista għal kull sena)? X’inhu l-perċentwali li qed jiġi ġġenerat vis-à-vis il-bżonn annwali ta’ megawatts fil-pajjiż?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ħal Far – bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jara illi jsir bus shelter fuq il-bus stops li hemm Ħal Far faċċata tad-dħul tal-Forzi Armati ta' Malta, fil-viċinanzi tal-Laboratorju tal-Paċi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġà applikat mal-MEPA sabiex jiġi stallat bus shelter fil-post imsemmi.

Iż-Żurrieq – Triq Ħal Far — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Ħal Far, iż-Żurrieq, hix inkluża fil-programm ta' resurfacing ta' Transport Malta peress illi din it-triq hija kkunsidrata bħala main road għall-fatt li jekk jiġri xi aċċident taħt il-mini ta' Ħal Kirkop, din it-triq hija l-uniku ħruġ minn wara l-mini, apparti li tintuża regolarment min dawk il-ħaddiema li jaħdmu l-Freeport u ġo bosta fabbriki li jinsabu Ħal Far?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ma taqax taħt ir-reponsabbiltà ta’ Transport Malta minħabba l-fatt li din hija triq rurali barra mill-iskema tal-bini. Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati.
Leg 12 PQ #5048 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — estensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm il-permessi kollha meħtieġa għall-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni msemmija tinsab xolta (withdrawn) minħabba li rirekwiżiti mitluba mill-MEPA ma ġewx sottomessi fil-ħin mogħti mill-Fondazzjoni għas-Servizz Mediċi ( FMS).
Leg 12 PQ #5049 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — proċess tal-konvenji fuq xiri tal-oqbra

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proċess tal-konvenji fuq xiri tal-oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata ġiex sospiż? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-process tal-konvenji fuq ix-xiri ta l-oqbra fiċ-ċimiterju tal-Addolorata huwa temporanjament sospiz, u dan sar sakemm ikun hemm il-permessi kollha meħtiega. Ninsab infurmat ukoll li permess bin-numru PA 0556/02 għall-istess estenzzjoni fiċ-ċimiterju tal Addolorata kien diġà maħrug mill-MEPA fis-26 ta Ġunju 2006 imma sfortunatament dan kellu jiġi mwaqqa minħabba li ma kienx inbeda x-xogħol fiż-żmien ħames snin kif tgħid il-liġi, u għalhekk kien qed jinbiegħu oqbra mingħajr permess u mingħajr ma ġie adġudikat offerta biex jingħażel kuntrattur biex issir ix-xogħol.
Leg 12 PQ #5050 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — konvenji fuq xiri ta' oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu saru konvenji fuq xiri tal-oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata qabel Marzu 2013? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-ħlas fuq dawn il-konvenji?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-proċess tal-konvenji fuq ix-xiri tal-oqbra nbeda fi Frar tal-2013. In-numru ta’ applikanti li ntbagħtu l-appuntament sabiex jattendu għall-konvenju sal-aħħar ta’ Marzu kienu 87 u li minnhom dehru għall-konvenju 41. Il-ħlas kien ta’ €2500 hekk kif stabbilit fl-Avviz Legali 327 tal-2012 - Ordni tal-2012 li jemenda l-Ordni dwar il-Prezz li għandu jitħallas għall-Akkwist ta’ Oqbra u Siti għal Oqbra.
Leg 12 PQ #5203 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Cancer carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn cancer carers f'Malta u Għawdex u xi kwalità ta' taħriġ qed jingħataw? Jeżisti xi tip ta' reġistru uffiċjali ta' dawn il-cancer carers?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li jekk bil-kelma cancer carers qed infisru ( infermiera), ġo l-Isptar Boffa hemm 63. Dawn qed jingħataw taħriġ dwar: Training in palliative Care, Chemotherapy Training, Breaking Bad News, Line Management, Post-Grad with Diploma in Oncology, Oncology certification from the faculty of Health Science, Radio therapy in Cancer Care. Infurmat ukoll li ma’ jezisti l-ebda reġistru uffiċjali ta’ dawn il- cancer carers
Leg 12 PQ #5505 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kanċer tal-musrana — screening

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn meta beda, kemm ġew mistiedna persuni għall-iscreening għall-kanċer tal-musrana l-kbira u kemm minn dawn għamlu l-iscreening? Kemm minn dawn irriżultaw pozittiv?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn meta beda dan l-iscreening ġew mistiedna 16,017 il-persuna b’kollox. Minn dawn kien hemm 213 il-persuna li rriżultaw pożittiv fejn instab felul, jew kanċer bikri u li kellhom bżon ta’ colonoscopy. L-informazzjoni kollha xahar b’xahar hija kif misjuba fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5506 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Embryo Protection Authority — protokoll

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-protokoll maħruġ mill-Embryo Protection Authority?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kopja tal-Protokoll kif ukoll tal-Fertility Guidelines kif maħruġa mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra qabel saret din il-mistoqsija. Dawn tpoġġew nhar it-Tlieta, 22 t'Ottubru 2013.
Leg 12 PQ #5507 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Councillors in infertility

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn qualified and registered councillors in infertility reġistrati f’Malta u Għawdex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru tas-Saħħa m’hawnx infertility counsellors, u għalhekk inħarġet Espressjoni ta’ Interess għall-Psikologi, Psikoterapisti u professjonisti oħra biċ-ċertifikat tal-Counselling fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, li huma nteressati jaħdmu bħala Infertility Counsellor fis-servizz tal-konċepiment assistit. L-intervisti ingħataw minn Selection Board appuntat u il-kanditati li ġew magħżula se jingħataw taħriġ mill-BICA ( British Infertility Counsellors Association ), sabiex ikunu ċċertifikati mill-BICA nnifisha bħala Infertility Counsellors .
Leg 12 PQ #5508 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Embryo Protection Authority — independent infertility experts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma u xi kwalifiki għandhom l-independent infertility experts li qed jagħtu pariri lill-Embryo Protection Authority?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skont l-Artiklu 6 tal-Embryo Protection Act 2012, l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun qed tikkunsulta mal-assoċjazzjonijiet li skont il-liġi msemmija, jirrapreżentaw il-medical practitioners li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fil-pedjatrija u ostetriċja. Għalhekk l-Awtorità kitbet lill-Malta College of Gynaecologists and Obstetricians u lill-Association of Paediatrics ħalli jinnominaw rappreżentanti biex jattendu laqgħat speċifiċi tal-Awtorità. Kull assoċjazzjoni appuntat żewġ rappresentanti.
Leg 12 PQ #5509 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF/ICSI cycles — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fee ta’ €90 li qed titlob l-Embryo Protection Authority għal kull proċedura fl-IVF/ICSI cycles tapplikax għal kull proċedura kemm fil-privat kif ukoll fl-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’paġna 1 tal-Protokoll hemm miktub: regulatory principles for licensed centres whether private or public. Għalhekk din it-tariffa tapplika għal kull proċedura kemm fil-privat kif ukoll fl-Isptar Mater Dei. Dan huwa spjegat ukoll fid-dettal f'paġna 90 tal-Protokoll.
Leg 12 PQ #5510 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Implimentazzjoni ta’ tracking fuq mediċini

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4321, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-budget marbut ma' din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-sistema qiegħda tiġi analizzata u għal daqstant il-budget marbut ma' din is-sistema għadu qed jiġi determinat.

Ħal Qormi – preżenza ta’ pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex pulizija li kien ikun duty mar-roundabout ta' fejn il-Pavi, Ħal Qormi f'ħinijiet peak tat-traffiku m'għadux ikun stazzjonat hemm?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korp tal-Pulizija qiegħed f’eżerċizzju kontinwu biex jagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi tiegħu għal dak li huwa mmaniġjar tat-traffiku speċjalment waqt ir-rush hours. Għaldaqstant dak il-pulizija tat-traffiku li normalment kien ikun wieqaf fil-post imsemmi mill-Onor. Interpellant, issa qed ikun jissorvelja ukoll iż-żewġ roundabouts oħra li hemm viċin dik imsemmija.

Transport Malta – Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu illi l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament qed tagħti servizzi ta' konsulenza lil Transport Malta? X' inhuma l-kondizzjonijiet fuqha miftehma kif wkoll ir-remunerazzjoni involuta? Inħarġet sejħa pubblika għal dan is-servizz?

Response (MIZZI, JOE)

Nikkonferma li l-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant ġie ingaġġat direttament minn Transport Malta u mill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura b’urġenza sabiex jipprovdi konsulenza legali b’mod speċifiku dak li jirrigwarda t-trasport pubbliku. Skont il-prassi mdaħħla mill-Gvern preċedenti, mhux opportun li tingħata informazzjoni rigward kundizzjonjiet u remunarazzjoni minħabba li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva.

L-Imġarr (Malta) – tiswija ta’ lanterni

Question

Jista’ l-Ministru jara illi jissewwew il-lanterni tad-dawl li jinsabu fit-triq li minn Wied il-Qlejja tagħti għall-Imġarr bejn ir-roundabout sal-lights ta’ ħdejn l-Iskola San Andrea?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq li qed jirreferi għaliha taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta.

Transport Malta – użu ta’ mobile phones, tablets u karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ibbenefika mill-għoti ta' mobile phones, tablets u karozzi fi Transport Malta u x' ihnu l-grad tiegħu? X'inhuma l-proċeduri li qed jintużaw biex impjegat u mhux ieħor jibbenefika minn dan l-apparat/vetturi? Min qed japprovahom? Jekk dan l-apparat/vetturi qed jintużaw wara l-ħin tax-xogħol, qegħdin jitħallsu l-fringe benefits fuqhom? Liema proċedura ntużat biex inxtara/inkera dan l-apparat/vetturi, b'direct order jew inkella b'tender? Kemm hu l-valur ta' dan l-apparat u xiri/kera ta' dawn il-vetturi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed nimxu fuq l-istess policies li kien hemm qabel f’dan ir-rigward.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-involviment tal-Gvern Malti (u l-konsulenti tiegħu, inkluż ex konsulenti) fl-organizzazzjoni tal-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Mhux infurmat li kien hemm konsulenti mill-Ministeru tiegħi.