Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta – permessi għall-bankini u toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk minn Jannar 2012 sal-lum, Transport Malta tatx xi permessi partikolari għal dak li jikkonċerna alignments ta’ bankini, jew konfigurazzjoni ta’ toroq fl-inħawi tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jekk ingħataw tali permessi, jista’ jagħti tagħrif dwar liema kienu dawn il-permessi u fejn jolqtu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permessi li nħarġu għal twessiegħ ta’ partijiet ta’ bankini f’San Pawl il-Baħar huma kif ġej: Data tat-talba Talba Isem tat-Triq / Dettalji 23/05/2013 Changes in footpath alignments Triq L-Erba Mwiezeb as part of Traffic Management Scheme 12/06/2013 Build-out Triq it-Turisti off c/w Triq Merluzz as part of plan by LC to implement a Zebra Crossing 29/08/2013 Build-out Dawret il-Qawra between Triq ir-Rizzi & Triq L-Arznell for Zebra Crossing 27/08/2013 Chamfer of build-out Triq ix-Xitwa c/w Triq San Xmun for chamfer of parking bays 15/07/2013 Build-out Triq it-Turisti as per of improvement of existing Zebra Crossing located at c/w Triq Ghawdex

San Pawl il-Baħar – permessi għall-bidliet fil-one ways

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tatx permessi partikolari għall-bidliet li jikkonċernaw id-direzzjonijiet tat-traffiku f’toroq fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar li saru jew permezz ta’ bidliet fil-one ways jew inkella minħabba permessi għal xogħol strutturali, matul l-aħħar 12-il xahar? Jekk tat tali permessi, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk wara li joħorġu l-permessi neċessarji, Transport Malta tagħmilx spezzjonijiet biex tara li x-xogħlijiet awtorizzati jkunu twettqu? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk fil-każ ta’ San Pawl il-Baħar sarux dawn l-ispezzjonijiet u jekk iva, x’irriżulta minnhom?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li Transport Malta approvat tliet toroq sabiex isiru f’direzzjoni waħda tat-traffiku. L-approvazzjonijiet jiġu implimentati mill-kunsilli lokali u dawn jiġu implimentati mill-istess kunsill bil-moniteraġġ tal-perit tal-kunsill. L-Awtorità ma ġiet mitluba fl-ebda każ biex tipprovdi xi għajnuna lill-kunsill u lill-perit tal-kunsill fil-fażi ta’ implimentazzjoni. Hija r-responsabbiltà tal-kunsill lokali u tal-perit tal-kunsill li l-implimentazzjoni ssir skont dak li jkun ġie approvat. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi diffikultà dwar xi miżuri li ġew implimentati mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar huwa mitlub jipprovdi dettalji ċari.

Traffic lights — spezzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5538, billi jirriżulta li hemm numru sostanzjali ta’ traffic/pelican lights li huma mifruxa madwar Malta kollha, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li dawn il-lights kollha fil-fatt qed jagħtu s-servizz ta’ kontroll tat-traffiku li għalihom kienu ddisinjati? Jista’ jagħti tagħrif dwar kull kemm żmien isiru spezzjonijiet ta’ rutina fuq dawn l-istess lights?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Trasport Malta tiċċekja traffic lights/pelican lights fil-junctions kull sitt xhur għal dak li jirrigwarda t-timings biex jiġi assigurat li dawn qed jagħtu s-servizz ta’ kontroll li għalihom kienu ddisinjati. Isiru wkoll spezzjonijiet ta’ rutina kull xahar mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fuq il-lights kollha ta’ Malta u Għawdex. Il-lights fit-toroq arterjali u distributorji jiġu wkoll iċċekjati minn Transport Malta kull ħmistax bħala parti mill-ispezzjonijiet li jsiru bil-lejl. Fl-aħħar ta’ min wiehed iżid li ħafna mit-tiswijiet isiru wara telefonati tal-pubbliku u kunsilli lokali li jkunu pronti jirraportaw il-ħsarat. Fil-ġimgħat li ġejjin Transport Malta ser tkun qegħda tippromwovi dawn l-inizjattivi tal-pubbliku bit-twaħħil ta’ numri tat-telephone u r-riferenza tal-arbli fuq l-l-istess arbli tal-imsemmija lights. Kif diġà ntqal pubblikament parti sostanzjali mis-sistema tat-traffic lights hija out dated u għalhekk qed jagħtu ħafna problemi. Din il-problema ilha tippersisti għal ħafna snin u għaldaqstant tlabt lit-tekniċi biex iħejju programm ta’ manutenzjoni u upgrading tas-sistema inġenerali.

Biċċeriji privati — Kontroll

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ kontroll qed isir mid-Dipartiment ikkonċernat fil-Ministeru biex jassigura li l-biċċeriji li jaħdmu fil-privat ikunu qed jaħdmu skont il-kriterji meħtieġa mis-sanità?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-biċċeriji li jaħdmu fil-privat jiġu spezzjonati biex jiġi żgurat li qegħdin iżommu ma’ l-istandards ta’ iġene, bio-sigurta’ u testjar tal-materja prima u prodotti skont ir-regolamenti imposti mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – registered disabled persons

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala registered disabled persons mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Jista’ jgħid dawn il-persuni kemm ilhom fuq dan ir-reġistru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rmiġġ għal Dgħajjes tas-sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi trid tagħmel persuna li trid irmiġġ għad-dgħajsa tas-sajd?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li jkollha dgħajsa tas-sajd full-time tista’ tapplika għal irmiġġ għand Transport Malta.

Skejjel — Tqassim ta' Frott

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx moniteraġġ fuq il-frott li jingħataw lit-tfal fl-iskejjel, kemm dawk privati kif ukoll dawk tal-Gvern għax ġieli jirriżulta li t-tfal qed jingħataw frott skadut?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li, minn żmien għal ieħor, il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima jibgħat rappreżentanti biex jaraw li l-frott li jingħata lit-tfal ma jkunx skadut.

Korp tal-Pulizija – policy dwar studju

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'inhi l-policy addatata fil-Korp tal-Pulizija, sabiex membri tal-Korp ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw, sew fl-akkademja tal-Pulizija, kif ukoll f’istituzzjonijiet oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra t-taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija, l-Korp tal-Pulizija qed jagħti l-fakultà ta’ flexi time, lil dawk il-membri tal-Korp li jixtiequ jkomplu bl-istudji tagħhom f’istutuzzjonijiet edukattivi barra l-Korp. Dawk kollha li jkunu qed jattendu jew ser jattendu kors ta’ studju jinformaw li-dipartiment tar-riżorsi umani bid-dettalji tal-kors kif ukoll fuq il-livell li jkunu waslu fieh, fil-każ ta’ uffiċjali li jkunu bdew il-kors. Dan jsir billi jimlew subject form. L-applikazzjoni tingħata lil Kummissarju tal-Pulizija għal approvazzjoni. Hekk kif l-applikazzjoni tiġi approvata, id-dipartiment tar-riżorsi umani jinforma l-applikant biex jiffirma dikjarazzjoni. It-Taħriġ ta’ l-akkademja jinsab sospiż minħabba li ma kienx qed jgħati riżultati mixtieqa flimkien mal-bini tal-akkademja il-ġdida, l-amministrazzjoni tal-Pulizijaqed tħejji ukoll programm ġdid ta’ taħriġ għal Pulizija. Għal dak li jirrigwardja l-Università, għandu jingħad illi l-Ispetturi tal-Pulizija maħtura bi prova, jattendu kors part-time sponsorjat mill-Korp u organizzat mill-Universita’ ta’ Malta li jwassal għal Baċellerat bl-Unuri fix-Xogħol tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija – membri gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm membri tal-Korp tal-Pulizija iggradwaw mill-Università ta' Malta mis-sena 2000 sal-lum, u kif dawn iggradwaw sena b'sena? Kemm minn dawn li ggradwaw għadhom fil-fatt iservu fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2000 sal-lum, kien hemm 144 membru tal-Korp tal-Pulizija li gradwa mill-Università ta' Malta. Infurmat ukoll illi 131 minn dawn għadhom qed iservu fil-Korp. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant

Korp tal-Pulizija – membri bir-reduced hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li qed jaħdmu bir-reduced hours fil-preżent? Fejn huma stazzjonati dawn il-membri tal-Korp tal-Pulizija nisa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 69 membru tal-Korp tal-Pulizija, wieħed minnhom raġel, li qed jaħdmu bir-reduced hours. Dawn kollha jaħdmu f’uffiċċju fid-diversi Taqsimiet tal-Korp, minbarra 3 li jaħdmu fuq il-beat.

Korp tal-Pulizija – cadets gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Korp tal-Pulizija kemm irnexxielu jattira gradwati fir-rank ta' cadet minn barra l-Korp sena b'sena mill-2003 sas-sena 2012? Jista' jgħid kemm minn dawn għadhom iservu fl-istess Korp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2003 u s-sena 2012 kien hemm żewġ sejħiet għall-applikazjjonijiet għal post ta’ Spettur tal-Pulizija. Waħda kienet fl-2007 u l-oħra fl-2010. F’ta’ l-ewwel kien hemm 4 gradwati u fit-tieni kien hemm 9 gradwati li daħlu fil-Korp bħala Spetturi. Dawn kollha għadhom iservu fil-Korp.

Korp tal-Pulizija – studju full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-Pulizija li ntbagħtu jistudjaw full-time mill-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar 15-il sena? X'kienu l-korsijiet li ġew segwiti b'suċċess minn dawn il-membri tal-Korp? Kemm minn dawn għadhom fil-fatt iservu fil-Korp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1998 sal-lum kien hemm 93 membru li kienu ntbagħtu mill-Korp tal-Pulizija jistudjaw full-time. Minn dawn 46 għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi l-korsijiet li ġew segwiti kienu s-segwenti: Certificate in Policing Bachelor of Arts in Legal and Humanistic Studies Bachelor of Commerce Bachelor of Psychology Doctor of Laws (LL. D)

Korp tal-Pulizija — banda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tifforma l-banda tal-Pulizija fil-preżent? Kemm hemm persuni fid-Drill Team? Kemm hemm persuni fil-Guard of Honour?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 55 membru tal-Korp li jieħdu sehem fil-banda tal-pulizija, filwaqt li 25 oħra jieħdu sehem fil-precision drill team u 73 fil-gwardja tal-unur. Ta’ min jgħid illi dawn il-membri tal-Korp, jagħmlu xogħol normali ta’ pulizija meta ma jkunux meħtieġa biex jieħdu sehem f’dawn l-iskwadri.
Leg 12 PQ #4589 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva –konsulenti legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern għandu konsulent wieħed, Dr Stefano Filletti, li jagħti konsulenza legali lid-Dipartiment. Dan il-konsulent jitħallas an all inclusive retainer ta’ €2500 (inclusive of VAT) kull 4 ġimgħat, għal xogħol ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa. Dan il-kuntratt ġie ffirmat fil-15 ta’ Frar 2013 b’effett mill-25 ta’ Jannar 2013. L-Awtorita` tal-Ambjent u l-Ippjanar għandhom konsulenza waħda ma’ Abela Advocates sa mill-2001, bi ħlas annwali ta’ €30,300.50 (inclusive of VAT).
Leg 12 PQ #4590 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja – konsulenti legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija: Isem Data tal-Kuntratt Tip ta’ Kuntratt Remunerazzjoni kull erba’ ġimgħat Segretarjat Parlamentari ghall-Gustizzja NIL NIL NIL Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja *Dr. Noel Bartolo LL.D 07.5.2012 For Service €466 (exclusive of VAT) *Dr. Marion Camilleri LL.D 27.8.2012 For Service €466 (exclusive of VAT) *Dr. Marie Eugenie Formosa LL.D 21.10.2013 On Trust Basis on EU Affairs € 932 Ufficcju tal-Avukat Generali: NIL NIL NIL Il-Justice Unit *Dr Vanni Bruno LL.D *Dr Antoine Barbara 21.3.2012 26.5.2010 On TrustBasis Adviser €2,866 €1,076 Nutar tal-Gvern: NIL NIL NIL Ċentru dwar l-Arbitragg ta’ Malta NIL NIL NIL Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta NIL NIL NIL Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni NIL NIL NIL Qrati u Tribunali (Għawdex ) *Dr Joseph Ellis 13.7.2000 Indefinit 232.92 (Kull xahar) *Il-kuntratti kurrenti ta’ dawn il-konsulenti legali mhux se jkunu mehmuża ma’ din ir-risposta minhabba l-att dwar il-protezzjoni u l-privatezza tad-data.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda konsulent legali fil-Ministeru, fid-dipartimenti w fl-entitatjiet konċernati.

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda konsulent legali fl-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, fid-dipartimenti u l-entitajiet konċernati.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għandu kuntratt wieħed ma' ditta ta' konsulenti legali. Qed inpoġġi kopja ta' dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4594 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiuuju tal-Ministeru għat-Turiżmu, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kontravenzjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kontravenzjoni tat-traffiku saru f’Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti tabella ta’ dan għal kull sena? Kemm minnhom inħarġu mill-pulizija u kemm inħarġu mill-gwardjani lokali, kif ukoll f’liema lokalitajiet kull sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjoni tat-traffiku irrapurtati mill-Pulizija bejn l-ewwel ta’ Jannar 2009 u l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena huwa kif gej: 2009 2010 2011 2012 2013 68,017 90,605 102,446 97,353 66,796 Infurmat ukoll, ma tinżammx statistika bil-lokalità, filwaqt għal dak li jikkonċerna lill-Gwardjani Lokali, ġentilment nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi lill Ministru kkonċernat.