B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29356, jista’ l-Ministru jgħid il-persuni li jidhru fil-lista tal-impjegati li hemm illum, f’liema lokalitajiet għandhom ir-residenza ordinarja tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada – CEO — applikazzjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29388, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx il-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) li kien iddeċieda li ma tinħariġx sejħa pubblika għall-pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv tal-FTS? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa tal-Bord ġie deċiż hekk u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parti relevanti tal-minuti ta’ tali laqgħa tal-Bord fejn ġiet rikordjata din id-deċiżjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ingaġġ tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv sar skont il-proċeduri kif stabbiliti f'"Directive no. 7 - Delegation of Authority to Recruit in Public Sector Entities", u speċifikament skont il-proċeduri stabbiliti fis-sezzjoni numru 5 tal-"Manual for Public Sector Entities: Delegation of Recruitment Approval" li hu anness mal-istess "Directive 7".
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement, wara l-estensjonijiet li saru fil-lukandi, u stabbilimenti oħra ta' residenza għat-turisti, in-numru ta' sodod li huma liċenzjati f'kull lokalità f'Malta, skont il-kategoriji tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu, lokalità lokalità? X'żieda hi mistennija li sseħħ, skont l-applikazzjonijiet approvati mill-istess Malta Tourism Authority (MTA), wara li jinbnew il-faċilitajiet approvati mill-MTA, u li għadhom mhux qed jintużaw bħalissa, lokalità lokalità?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha total ta’ sebgħa u tletin elf, tlett mija u sittin (37,360) sodda liċenzjati magħha fil-kategoriji ta’ Lukandi, Villaġġi Turistiċi, Guest Houses u Hostels.
Addizzjonalment, l-Awtorità approvat numru ta’ applikazzjonijiet fl-istess kategoriji li jammontaw għal total ta’ sitt elef u ħames mija u ħamsa u disgħin (6,595) sodda oħra f’ dawn l-aħħar sentejn li għadhom f’diversi stadji tal-proċess qabel ma jiġu illiċenzjati biex jintużaw.
L-informazzjoni, lokalità bl-lokalità, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi fil-ġurnali lokali ntqal li l-Ministeru ser ikun qed jgħin biex matul din is-sena jiġu stallati numru ta’ CCTV Cameras fl-inħawi tas-Swieqi, bl-għajnuna tal-Malta Tourism Authority (MTA), jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan hux ser isir bħala parti minn xi skema nazzjonali, jew jekk dan hux każ uniku? Jekk hu mistenni li jkun hemm lokalitajiet oħra fejn ser jiġu stallati dawn il-cameras, jista’ jagħti tagħrif dwar fejn fil-fatt hu mistenni li jiġu stallati iktar cameras? Jekk għad ma hemmx pjan sħiħ dwar dan, jista’ jikkunsidra li tali cameras jiġu wkoll stallati f’diversi nħawi ta’ San Pawl il-Baħar, meta hu magħruf li din il-lokalità għandha l-ikbar numru ta’ sodod ta’ lukandi u stabbilimenti turistiċi oħra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien primarjament dan il-Gvern li sema’ l-ilmenti tar-residenti tas-Swieqi u ħa azzjoni fuq l-installazzjoni ta’ CCTV cameras għalkemm din iż-żona ilha iġġorr l-effett dirett mit-turiżmu għal dawn l-aħħar għexieren tas-snin.
M’hemmx dubju li din l-inizjattiva, wara li wieħed jara l-andament tagħha, tiġi estiża għal żoni oħra fejn għandek residenti f’lokalitajiet differenti li jħossu l-effetti tas-settur fuq iż-żona fejn jgħixu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li fil-fatt tiġi ppublikata l-iskema, u l-applikazzjoni għaliha, li permezz tagħha jkun jista' jsir xogħol fuq it-toroq fil-kampanja? Meta hu mistenni li fil-fatt tagħlaq l-istess skema, biex permezz ta' hekk numru ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol estensiv fuqhom, ikunu jistgħu jsiru għall-benefiċċju ta' dawk kollha li jużawhom?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif imħabbar fl-14 ta’ Diċembru 2016, il-miżura 4.3 iffinazjata mill-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 ser tiġi ppublikata fl-14 ta’ Frar 2017.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema partijiet tat-toroq arterjali li kienu inklużi bħala parti mix-xogħol li kellu jsir mit-Trans-European Transport Network (TEN-T) fil-fatt saru? Liema partijiet mill-istess toroq għadhom ma sarux, u meta mistenni li jinbeda x-xogħol fuqhom? Liema xogħol preparatorju għal partijiet li għadhom ma’ sarux, fil-fatt diġà tlestew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Transport Master Plan 2025 tinkludi l-lista ta’ proġetti taħt it-Ten-T road network li għandhom jiġu mplimentati sas-sena 2025. Dawn jinkludu sezzjonijiet tat-Ten-T core network fiż-żona tal-Marsa Addolorata, liema proġett jinsab fil-fażi avvanzata ta’ippjanar, kif ukoll il-proġett tal-Kappara, li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuqu. Il-kumplament tal-proġetti, kif ukoll dawk ta’ wara s-sena 2025, huma mniżżla fit-Transport Master Plan 2025 li mistennija tiġi ppublikata fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol marbut mal-ġbir ta' informazzjoni dwar vetturi barranin li jkunu ġew Malta, u li sa issa għad m'humiex fuq xi sistema li permezz tagħha jkunu jistgħu jittieħdu passi kontra dawn il-karozzi jekk kemm-il darba jkunu qed jinkisru xi regolamenti tat-traffiku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta, permezz tad-Direttiva 2015/413 ta’ l-Unjoni Ewropeja, bdiet tiġbor informazzjoni mingħand l-Awtoritajiet kompetenti dwar il-kontravenzjonijiet li twettqu minn vetturi bi pjanċi barranin dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza, li permezz tagħha jkunu jistgħu jiġu traċċati vetturi ta' sidien barranin li jwettqu kontravenzjonijiet f'Malta. Is-sistema bdiet taħdem mill-1 ta’ Awwissu 2016.
Inċidenti ta’ natura serja fejn fihom ikunu involuti karozzi b’numru ta’ reġistrazzjoni barrani
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' inċidenti ta' natura serja, li fihom kienu mdaħħla vetturi, b'numru ta' reġistrazzjoni barrani? Kemm kien hemm minn dawn il-vetturi li kienu mdaħħla f'inċidenti fejn kien hemm ukoll korrimenti, jew imwiet ta' persuni, matul l-2016? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm minn dawn il-vetturi li la kellhom liċenzja mħallsa u lanqas kellhom insurance valida?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tkun verifikata u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29554, jista’ l-Ministru jispjega xi jrid ifisser b’żmien opportun u jista’ jispjega kif jista’ jkun li pożizzjoni hekk importanti f’Heritage Malta tibqa’ battala?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-sejħa għal din il-kariga tinħareġ skont l-esiġenzi u fl-aħjar interess tal-aġenzija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa tal-Fgura tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa tal-Fgura kien ta’ 101, minn dawn kien hemm 93 każ ta’ serq u 8 każi ta’ frodi.
Wied il-Għajn – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn kien ta’ 159, minn dawn kien hemm 142 każ ta’ serq u 17 il-każ ta’ frodi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Ħal Għaxaq kien ta’ 30, minn dawn kien hemm 27 każ ta’ serq u 3 każi ta’ frodi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Ħal Tarxien kien ta’ 58, minn dawn kien hemm 53 każ ta’ serq u 5 każi ta’ frodi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Santa Luċija tul is-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Santa Luċija kien ta’ 19, minn dawn kien hemm 18 il-każ ta’ serq u każ wieħed ta’ frodi.
Wied il-Għajn – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2016 inxtraw 136 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 698 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 21,499 ktieb.
Xiri ta’ proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar proprjetajiet privati li ġew akkwistati mill-Gvern għall-skopijiet pubbliċi minn Marzu 2013 sa Diċembru 2013 u fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Kemm ħallas il-Gvern għal dawn il-proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliku? Lil min ħallas għal dawn il-proprjetajiet privati?
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – persuni ta’ fiduċja impjegati fl-entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata bħala person of trust ma’ entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Jista’ jgħid ma’ liema entitajiet ġew impjegati dawn il-persuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 ġew impjegati fl-entitajiet bħala persons of trust 11, 13, 3 u 4 persuni rispettivament. L-entitajiet li ġew impjegati magħhom kienu:
MCAST, MCST, FTS, il-Libreriji Nazzjonali, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ktieb, NCFHE, l-Istitut għall-Edukazzjoni (mill-2016 ‘l quddiem), EUPA, JobsPlus u SportsMalta.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers' Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, għalkemm għad m'hemmx il-full complement.
Ministeru għat-Turiżmu — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.