Transport Malta – parteċipazzjoni f’konferenzi/seminars
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba Transport Malta ġiet rappreżentata f'konferenza/seminars organizzati mill-Kummissjoni Ewropea mit-12 ta' Marzu 2013? Min attenda għal dawn il-konferenzi/seminars, min ħallas għalihom, Transport Malta jew il-Kummissjoni Ewropea? X'inhuma l-proċeduri li qed jintużaw biex jintgħażel impjegat u mhux ieħor biex jattendi għal dawn il-konferenzi/seminars barra minn Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Spejjeż relatati ma’ dawn il-konferenzi/seminars jiġu mħallsa minn Transport Malta u eventwalment jiġu rifonduti mill-Kummissjoni Ewropea. L-għażla tal-impjegati li jattendu għal dawn il-konferenzi/seminars ħafna drabi tkun determinata skont is-suġġett tal-konferenza/seminar u l-ispeċjalizazzjoni fil-qasam tax-xogħol ta’ dawn l-impjegati. L- attendenza għal dawn il-konferenzi/seminars tiġi wkoll approvata mic-Chief Officer ta’ kull direttorat rispettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol proprju tax-xufier tal-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta li għalkemm xogħlu suppost hu ta' xufier, iqatta’ l-ġurnata fl-uffiċċju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-rwol prinċipali tax-xufier tal-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta huwa dak li hu, jiġifieri xufier tal-istess Kap Eżekuttiv. Għaldaqstant, hija ħaġa normali li din il-persuna tkun ġewwa l-uffiċċju meta l-Kap Eżekuttiv ma jkollux impenji oħra barra l-uffiċċju.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk grad ta' xufier fi Transport Malta hux intitolat għal computer/laptop u uffiċċju fil-bini tal-istess Awtorità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xufiera fi Transport Malta jgawdu minn spazju ta’ uffiċċju fil-ħinijiet li ma jkunux xogħol fuq barra. Ninfurmah ukoll li jekk impjegat, bħalma hu xufier, jintalab jagħmel ċertu xogħol li jista’ jirrikjedi l-użu ta’ apparat elettroniku, bħalma huwa computer/laptop, dan se jingħata aċċess jagħmel użu minn dawn il-mezzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-televisions li hemm kemm fl-uffiċċju taċ-chairman ta' Transport Malta kif ukoll fir-reception area inxtrawx b'direct order jew jekk ħarġitx tender? Kemm inxtraw dawn it-televisions? Mingħand min inxtraw? X'inhu l-użu ta' dawn it-televisions?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 945, ninfurmah ukoll li dawn it-televisions inxtraw biex jaqdu l-funzjoni speċifika tagħhom.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4329, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni appuntati fuq it-Treatment Abroad Committee u x’inhi r-remunerazzjoni u l-benefiċċji li jieħdu kull wieħed?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-persuni appuntati fuq it-Treatment Abroad Committee huma kif imniżżlin hawn taħt.
· Dr Natasha Azzopardi Muscat, Chairperson
· Dr Josanne Aquilina, Membru
· Mr Raymond Gatt, Membru
· Dr Paul Soler, Membru
· Mr Chris Fearne, Membru
· Prof Stephen Fava, Membru
· Dr David Gatt, Membru
· Ms Angela Sultana, Membru
· Mr Joseph Caruana, Membru jirrapprezenta lil pubbliku
· Ms Charlene Fenech/ Dr. Noel Fenech / Segretarja/u
L-ebda membru ta’ dan il-bord ma jirċievi remunerazzjoni jew benefiċju.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4331, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li, minkejja li r-riżultat tal-interviews ilu li ħareġ aktar minn tmien xhur, il-ħatriet għadhom ma ġewx approvati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Wara li ħareġ ir-riżultat, xi applikanti ippreżentaw oġġezzjonijiet dwar ir-riżultat quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, skont kif tipprovdi t-taqsima 1.1.17 tal-Public Service Management Code. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku issospendiet il-ħatriet sakemm tikkunsidra dawn l-oġġezzjonijiet. Jiena infurmat li l-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar dawn l-oġġezzjonijiet fil-futur qrib.
Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — sponsorship
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern sponsorja l-konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013? X’kien l-isponsorship?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura ma ta l-ebda sponsorship għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit. Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura ħa sehem permess tal-Continental Shelf Department li għamel preżentazzjoni rigward l-potenzjal li Malta għandha fil-qasam għat-tiftix taż-żejt.
Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema konsulenti (inkluż ex konsulenti) tal-Gvern jew enti tiegħu kienu jew huma involuti fil-konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Dr John Blair għamel preżentazzjoni dwar il-ġeoloġija reġjonali. Dr Blair kien konsulent mqabbad mill-Gvern preċedenti.
Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — rakkomandazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min irrakkomanda sponsorship mill-Gvern Malti għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013? Meta saret tali rakkomandazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda sponsorship.
Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 – background checks
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’background checks saru dwar l-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013? Min għamilhom? X’kien ir-riżultat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’isem il-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura, id-Direttur Ġeneral tal-Continental Shelf ħass li għandha issir preżentazzjoni rigward il-potenzjal li Malta għandha fil-qasam għat-tiftix taż-żejt ġa la darba din il-konferenza kellha l-isem ta’ Malta. Id-Direttur Ġenerali ħass li għalhekk il-parteċipazzjoni permess ta’ preżentazzjoni kienet importanti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha care orders in vigore, kemm minnhom ta’ bniet u kemm ta’ subien, skont l-età u kemm ilhom in vigore?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment hemm 436 Ordnijiet ta’ Ħarsien in vigore li minnhom 268 huma subien filwaqt li 168 minnhom huma bniet.
L-informazzjoni ta’ kemm ilhom
in vigore
u l-eta’ tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew allokati akkomodazzjonijiet mill-Awtorità tad-Djar f’Għawdex bejn Novembru 2012 u s-7 ta’ Marzu 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Novembru 2012 u s-7 ta’ Marzu 2013 l-Awtorità tad-Djar ffirmat sebgħa u għoxrin (27) kuntratt ta’ għall-allokazzjoni u kuntratt wieħed (1) ta’ rikonoxximent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm helpers impjegati mal-home help services fit-8 ta’ Marzu 2013 u jgħid kemm hemm helpers illum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li f'Marzu 2013 kien hemm 83 Assistenti Soċjali jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Anzjani. Illum hemm 82 Assistenti Soċjali jagħtu s-servizz. Barra minn hekk il-Ministeru għal Għawdex daħal f'kuntratt mal-kumpanija Support Services Ltd biex tintlaħaq id-domanda li hemm għal dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal home help f’Marzu 2013 u jgħid kemm minnhom ġew milqugħa wara l-elezzjoni ġenerali u jindika l-lokalitajiet ta’ fejn ġiet allokata l-għajnuna fid-dar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-talbiet għall-Home Helpf'Marzu 2013 kienu jammontaw għal 10. Minn dawn, disgħa ngħataw servizz u jinsabu f'dawn il-lokalitajiet:
4 in-Nadur
2 ir-Rabat
2 Għajnsielem
1 ix-Xagħra.
Każ ieħor li jinsab Marsalforn ma ngħatax servizz skont id-deċiżjoni tal-Bord.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fit-12-il distrett elettorali li ġie deċiż li għandhom jiġu mogħtija t-tarmac għall-ewwel darba, matul is-sena li ġejja, issa li hu magħruf il-budget għas-sena d-dieħla?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li se jingħataw it-tarmac għall-ewwel darba matul is-sena li ġejja huma dawn:
LOKALITÀ TRIQ
L-Imġarr p/o Sant’Anna
In-Naxxar Rixtellu
In-Naxxar Milizzja
In-Naxxar Inkwina
San Pawl p/o Annetto Caruana
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta awtorizzatx bidliet partikulari għal dak li jikkonċerna r-rotta u l-pick up points li għandha l-fun train li taħdem fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, u dan wara li l-istess train bdiet taħdem? Jekk saru tali awtorizzazzjonijiet fuq dan, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-bidliet li ġew approvati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li minn meta bdiet titħaddem ir-rotta għall-ferroviji mingħajr binarji (trackless train route) f’San Pawl il-Baħar, Transport Malta din is-sena awtorizzat żewġ tibdiliet fuq din ir-rotta wara konsultazzjoni mall-Kunsill Lokali, hekk kif ġej:
1. Rilokazzjoni tal-post permanenti minn fejn tibda u titlaq ir-rotta
(standing point)
minn Dawret il-Gżejjer (ħdejn il-Moll) għal Triq it-Turisti; u
2. L-istallazzjoni ta’ post fejn jitilgħu u jinżlu l-passiġġieri (pick-up and drop-off point) f’Dawret il-Gżejjer (ħdejn McDonalds).