Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – fixed point duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il fixed point duty qiegħda tagħmel fil-preżent il-Pulizija? Kemm minn dawn isiru matul il-ġurnata kollha? Kemm minn dawn isiru bil-lejl biss?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 26 il-point fejn issir għassa statika mill-Pulizija. Minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, ma nħossx li tagħrif aktar dettaljat għandu jkun ippublikat.

Każijiet ta’ prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet imressqa l-qorti b'akkuża ta' prostituzzjoni matul l-2011, 2012 u sal-lum fl-2013? Kif kienu mqassma dawn xahar b'xahar? Minn liema lokalitajiet kienu ġejjin il-persuni akkużati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Sena Numru ta’ persuni imressqa l-Qorti Numru ta’ kazi 2011 92 634 2012 74 718 2013 (sa 31 Ottubru) 62 279 Dawn kienu minn dawn il-lokalitajiet: Birgu Kalkara Naxxar St.Paul's Bay Birkirkara Kirkop Paola Sta Venera Birzebbugia Luqa Qormi Ta’ Xbiex Bormla Marsa Safi Valletta Fgura Marsakala San Gwann Zabbar Floriana Marsaxlokk Santa Lucia Zebbug Gzira Mellieha Siggiewi Zejtun Hamrun Msida Sliema Zurrieq Isla Nadur St Julian's

Korp tal-Pulizija — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ordnati vetturi għall-Korp tal-Pulizija mill-2011 sal-lum? Kemm minn dawn il-vetturi kienu ġodda u kemm minn dawn kienu second hand? Kif ġew imqassma dawn il-vetturi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-lum il-Korp tal-Pulizija xtara 56 vettura, kollha ġodda, u 15 il-mutur, 5 minnhom ġodda. Dawn jiġu assenjati skont il-ħtiġijiet li jkollhom id-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, minn żmien għall żmien.
Leg 12 PQ #4595 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari ghall-Kultura u l-Gvern Lokali, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuni/kumpaniji li qed jagħtu konsulenza legali fid-dekasteru tiegħi, kif ġej:- Dok. 'A' - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Dok. 'B' - Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ Dok. 'C' - Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) Fir-rigward ta' Dok. 'C', fin-nuqqas ta' kuntratt qed inpoġġi kopja tal-Letter of Acceptance. Rigward il-Kunsill Malti għall-Isport u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, it-tagħrif mitlub qed jingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4597.

Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna jew kumpanija li qed jagħtu konsulenza legali f'żewġ entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, kif ġej:- Dok. 'A' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Dok. 'B' - Kunsill Malti għall-iSport Fir-rigward ta' Dok. 'B', fin-nuqqas ta' kuntratt qed inpoġġi kopja tal-Letter of Acceptance.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li lista ta’ persuni u kumpaniji li qed jipprovdu servizzi ta’ konsulenza lill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Skont il-prassi imdaħħla mill-Gvern preċedenti, mhux opportun li tingħata informazzjoni rigward kundizzjonijiet u remunerazzjonijiet minħabba li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva.

skola tal-mużika Johann Strauss – studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti li qed jattendu l-iskola tal-mużika Johann Strauss u x'inhi l-età tagħhom? Liema strumenti qed jiġu mgħallma, u kemm hemm studenti li qed jitgħallmu kull strument, u sa liema grad jistgħu jaslu? Jista' jgħid jekk studenti ta' din l-iskola jingħatawx preferenza jekk ikunu se jdoqqu fl-Orkestra Filarmonika ta' Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa qed jiġu offruti 26 kors bil-parteċipazzjoni ta’ 1,410 student. Dan jinkludi 414-il student li jattendu l-kors tat-Teorija, li 377 student minnhom jattendu wkoll kors ieħor fil-prattika. Il-lista sħiħa tal-korsijiet, bin-numru ta’ studenti li qed jattendu kull kors, l-etajiet tagħhom u l-għola grad li qed jiġi mgħallem f’kull kors, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru għat-Turiżmu.

Barrieri tal-ġebel tal-franka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn barrieri tal-ġebel tal-franka li għadhom qed jiffunzjonaw? Kemm kienet il-produzzjoni annwali tal-ġebla tal-franka tul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm-il barriera waqfet tiffunzjona dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' barrieri li kellhom liċenzja tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi fis-sena 2013 kien ta' 56, filwaqt li fis-sena 2009 l-ammont kien ta' 57. L-Awtorità m'għandiex informazzjoni fuq il-produzzjoni annwali tal-ġebla tal-franka.

Il-Pietà/Gwardamanġa — zuntier

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq iz-zuntier tal-Pietà/Gwardamanġa li kien maqbul mal-amministrazzjoni l-oħra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol indikat se jinbeda fil-bidu tas-sena d-dieħla.

servizz tat-telefown — premium numbers attivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn premium numbers attivi (numri speċjali li jintbagħtu b'SMS jew b'telefonata) għal skop ta' donazzjoni jew skop kummerċjali? Kemm minnhom jintużaw għal skopijiet kummerċjali kif ukoll għal donazzjonijiet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li l-figuri approssimattivi għan-numri “ premium ” li kienu attivi sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, kienu madwar 125 numru utiliżżati għal skopijiet ta’ natura kummerċjali, u madwar 150 numru li kienu qegħdin jiġu utiliżżati għal skopijiet ta’ donazzjonijiet. L-operat ta’ dan is-servizz ma jippermettix li l-istess numru jiġi ntużat fl-istess ħin għal skopijiet kummerċjali kif ukoll għal donazzjonijiet. Il-figuri msemmija hawn fuq huma approssimattivi minħabba n-natura u l-operat tas-servizz "premium" fih innifsu. Hemm bosta fatturi li jaffettwaw l-użu u d-domanda għal dan is-servizz fosthom; il-perijodu tas-sena, attivitajiet kummerċjali u promozzjonali u avvenimenti lokali kif ukoll internazzjonali. Għaldaqstant, il-figuri dejjem jinbidlu minn xahar għal xahar.

servizz tat-televiżjoni — subscribers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il klijent hawn li huwa subscriber tas-servizz tat-televiżjoni? Jista’ jagħti lista ta' subscribers għal kull sena bejn 2008 -20131 sa Ġunju 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ subscribers għal servizz ta’ televiżjoni fl-aħħar ħames snin huwa kif rapportat fit-tabella segwenti: 2009 2010 2011 2012 2013 139,336 143,752 149,727 147,896 149,049

kumpaniji diġitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji diġitali li qed jagħmlu użu mill-hosting, server farms u co-locations ġewwa pajjiżna? Kemm minn dawn huma reġistrati mal-Awtorità tal-Logħob u l-Lotteriji (LGA)? Minħabba n-natura ta' data protection u sigurtà ta' dan it-tip ta’ hosting u servizz, mhux qed nistaqsi min huma il-kumpaniji jew ma' liema operatur huma klijenti.

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA) għandha 229 kumpaniji diġitali reġistrati li qed jagħmlu użu mill-hosting, server farms u co-locations ġewwa pajjiżna.
Leg 12 PQ #5511 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF/ICSI cycles — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-taxxa ta’ €90 hux se titħallas mill-pazjent jew mid-dipartiment tas-saħħa jew mill-isptar privat fejn issir il-proċedura tal- IVF/ICSI? Jista’ jgħid ukoll kif se tinġabar din it-taxxa? Mill-pazjent lid-dipartiment tas-saħħa jew jiġborha l-isptar għan-nom tal-Embryo Protection Authority?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li it-tariffa tal-liċenzjar u tal-proċedura għandhom jiġu mħallsin minn min qed jipprovdi s-servizz tal-IVF/ICSI. Kif speċifikata fl-iskeda tat-tariffi li tidher fil-Protokoll, din it-tariffa u mhux taxxa , għandha titħallas mill-proveditur tas-servizz, sptar jew klinika, meta jissottomettu l-formuli neċessarji lill-Awtorita. F’paġna 90 tal-Protokoll hemm miktub: The EPA does not charge individual patients for fertility treatment. Service Providers of Centres both public and private, pay a FEE to the EPA towards the costs of being regulated and inspected .
Leg 12 PQ #5512 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Embryo Protection Authority

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kif se topera l-Embryo Protection Authority biex tkun taf u tikkontrolla ċ-ċentri fejn isiru trattamenti tal-IUI? Jista’ jgħid jekk dan ifissirx li kull fejn isiru dawn it-trattamenti jridu jkunu reġistrati mal-Awtorità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm żewġ Awtoritajiet involuti, li huma l-Awtorità tal-Liċenzjar fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun. Kull tip ta’ liċenzjar huwa kompitu tal-Awtorità tal-Liċenzjar fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun tirregola dawk il-kliniċi/ċentri li jkunu muniti b'liċenzja mogħtija mill-Awtorità tal-Liċenzjar.
Leg 12 PQ #5513 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diretturi — Linji gwida għall-ħatriet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida li japplikaw għall-ħatriet ta’ diretturi fuq bordijiet, entitajiet, awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-dokumenti mitluba mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta – direttur tal-Human Resources

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-individwu li ismu qed jintbagħat separatament (immarkat b' ittra 'A') hux se jieħu post l-individwu li ismu qed jingħata separatament (immarkat b' l-ittra 'B') wara li dan tal-aħħar tkeċċa mill-kariga ta' direttur tal-Human Resources ta' Transport Malta? Jaf il-Ministru illi l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament (immarkata b' ittra 'A') hija l-uffiċjali legali eżekuttiv ta' waħda mill-unions prinċipali li hawn f' pajjiżna u għalhekk jista’ jkollha kunflitt ta' interess fl-eżekuzzjoni ta' dmirijietha bħala direttur tal-Human Resources ma’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għal darb’oħra, għandu informazzjoni kompletament żbaljata.

Transport Malta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament twaqqfet milli tkompli taqdi dmirijietha minn ma’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-persuna li qed jirreferi għaliha ma twaqqfitx milli tagħmel xogħlha imma irriżenjat.