Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġitx is-sejħa għall-offerti sabiex issir Triq il-Qortin fil-Mellieħa? Jekk iva meta għandu ppjanat il-Gvern li x-xogħol fuq din it-triq jitlesta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti sabiex issir Triq il-Qortin fil-Mellieħa għadha ma ġietx ippublikata. Transport Malta, bl-għajnuna tal-entitajiet, bħalissa qed tipprepara stimi dettaljati. Minħabba il-valur, u n-natura estensiva tax-xogħol, is-sejħa għandha tgħaddi mid-Dipartument tal-Kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit kemm se jkun il-ħlas għal kull membru tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport li tinkludi wkoll dak tas-segretarju tal-istess Kummissjoni? Jista' jgħid jekk din il-Kummissjoni ippreżentatx xi rapporti sa issa dwar il-ħidma tagħha sa minn meta twaqqfet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4293. Għadu ma ġiex stabbilit ħlas lis-Segretarju tal-Kummissjoni.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, s'issa għadu ma ġie ppreżentat ebda rapport tal-Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' sa issa l-Bord tal-Kawżi Ġusti tul din il-leġiżlatura? Jista' jgħid kemm kien l-ammont li tqassam mill-istess fond lill-organizzazzjonijiet/għaqdiet/soċjetajiet sa issa tul din il-leġiżlatura u jelenka wkoll liema kienu dawk l-organizzazzjonijiet/għaqdiet/soċjetajiet li ngħataw għajnuna sa issa f'din il-leġiżlatura?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema toroq f’Għawdex se jsiru x-xogħlijiet mill-Ministeru għal Għawdex sal-aħħar tas-sena 2013? X’tip ta’ xogħlijiet se jsiru fuq kull triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fit-toroq li huma ppjanati li jsiru mill-Ministeru għal Għawdex sal-aħħar tas-sena 2013 huma;
Triq San Lawrenz – San Lawrenz – Tkomplija ta’ rikostruzzjoni tat-triq
Triq Sdieri – Għarb – Asfaltar
Triq Għar Ilma – Santa Luċija – Asfaltar
Parti minn Triq Għajn Qatet – Victoria – Asfaltar
Parti minn Triq it-Tiġrija – Nadur – Asfaltar
Triq Daħlet Qorrot – Nadur – Tisħieħ tal-Pont
Parti minn Triq Bullara – Xagħra – Asfaltar
Triq is-Salini – Marsalforn – Asfaltar
Triq Tempju tal-Imramma – Sannat – Asfaltar
Triq ta’ Gorf – Xagħra – Bini ta’ kanal għall-ilma tax-xita
Triq l-Ispiera – Xagħra - Bini ta’ kanal għall-ilma tax-xita
Triq Bardan – Sannat – Xogħol tad-drenaġġ
Junction fi Triq Għajn Qatet u Triq Għajn Qatet – Victoria – Xogħol tad-drenaġġ.
Isir patching ta' toroq, xogħlijiet fuq bankini u tiswijiet oħra skont il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu ppjanat li jintnefqu l-flus tal-Unjoni Ewropea taħt il-Vot Nru 7801 tal-Ministeru għal Għawdex? Liema huma l-proġetti u inizjattivi li se jsiru b’dawn il-fondi matul is-sena 2014?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus tal-Unjoni Ewropea taħt il-vot Nru 7801 tal-Ministeru għal Għawdex se jintnefqu fuq it-tinda tad-Dgħajsa tal-Latini li hi parti mill-proġett ta' Rijabilitazzjoni taż-Żewwieqa u fuq il-proġett ta' Implementazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella.
Baġit 2014 – Għawdex — Vot għall-bini ta’ Qorti ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema vot wieħed jista’ jsib it-€12-il miljun msemmija mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit għas-sena 2014 li se jintużaw għall-bini tal-Qorti ġdid f’Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Jiena nfurmat li qiegħed isir ix-xogħol preparatorju sabiex jinġiebu l-permessi mill-MEPA. Jekk ikun hemm bżonn, wara jinħarġu t-tenders għax-xogħol li hemm bżonn. F’dak il-każ, imbilli l-fażi tal-ippjanar u tat-tendering tieħu numru ta’ xhur, mhux previst li se jsiru xi ħlasijiet sostanzjali fuq dawn il-proġetti qabel il-bidu tal-2015. Jekk ikun il-każ, il-flus meħtieġa jiġu pprovduti fil-baġit tal-2015.
Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema vot wieħed jista’ jsib il-€1,100,000 imsemmija mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Budget għas-sena 2014 li se jintużaw għad-djar tal-anzjani f’Għajnsielem?
Response (REFALO, ANTON)
Jiena nfurmat li qiegħed isir ix-xogħol preparatorju sabiex jinġiebu l-permessi mill-MEPA. Jekk ikun hemm bżonn, wara jinħargu t-tenders għax-xogħol li hemm bżonn. F’dak il-każ, imbilli l-fażi tal-ippjanar u tat-tendering tieħu numru ta’ xhur, mhux previst li se jsiru xi ħlasijiet sostanzjali fuq dawn il-proġetti qabel il-bidu tal-2015. Jekk ikun il-każ, il-flus meħtieġa jiġu pprovduti fil-baġit tal-2015.
Residenza San Vinċenz de Paul – rapporti dwar abbuż fuq anzjani
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5135 u tgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani tul din is-sena xahar b’xahar fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Fiex kien jikkonsisti l-abbuż? X'passi ttieħdu f'kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba. Informata li numru ta’ każijiet ġew investigati internament waqt li oħrajn ġiet involuta fihom il-Pulizija.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha allegat każ ta’ diskriminazzjoni fuq il-pensjoni tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-ħlas dovut (anki jekk għadu mhux imħallas) ta' sodod għall-anzjani mixtrija bl-iskema ta' public private partnership bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012 u l-ħlas dovut (anki jekk mhux imħallas) bejn Jannar 2013 u Ottubru 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas bejn Jannar u Ottubru 2012 kien jammonta għal €4,122,135.23 waqt li l-ħlas dovut bejn Jannar u Ottubru 2013 kien jammonta għal €4,874,996.75. Dan l-ammont ma jinkludix il-pagamenti ta’ tlett idjar għax-xahar ta’ Ottubru peress li l-invoices għadhom ma ntbagħtux.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward il-pensjoni minħabba nuqqas ta’ bolol?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba problema rigward l-iskema biex tirranġa ħsarat fid-dar tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jixtieq jidħol fir-residenza San Vinċenz de Paul minħabba li jgħix id-dar hi problema?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata saret fit-30 ta’ Ottubru 2013. L-applikazzjoni tiegħu qiegħda fil-proċess li tiġi assessjata minn tim multi-dixxiplinarju fl-Isptar Karin Grech.
Jista' l-Ministru jghid kemm infetħu nail parlours dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-Leġislazzjoni Sussidjarja 441.07 Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ ma tikklassifikax il-nail parlours f’Kodiċi tat-Tip separata. Normalment dawn ikunu klassifikati taħt il-Kodiċi tat-Tip 93.022 (Tip ta’ Liċenza - Attivitajiet ta’ trattament tas-sbuħija).
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar għaxar snin id-Dipartiment tal-Kummerċ ħareġ 490 liċenzja ta’ postijiet kummerċjali taħt din il-Kodiċi tat-Tip 93.022, kif ġej:
2004 – 38
2005 – 40
2006 – 55
2007 – 41
2008 – 42
2009 – 49
2010 – 41
2011 – 66
2012 – 59
2013 – 59
Total – 490
Minn dawn, 41 kienu ddikjaraw fl-applikazzjoni li kienu ser iwettqu xogħol ta’ nail technician/nail artist kif ġej:
2004 – 0
2005 – 2
2006 – 7
2007 – 2
2008 – 3
2009 – 3
2010 – 2
2011 – 8
2012 – 4
2013 – 10
Total – 41
Jista' l-Ministru jara li titġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha ilment rigward sistema tad-drenaġġ mhux kompluta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata.
Jista' l-Ministru jindika jekk il-każijiet li hemm quddiem il-Qorti, appuntu fuq stimi ta' periti mhux aċċettati, se jkollhom il-każijiet tagħhom mneħħija, ġaladarba din hija budget proposal?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent klieb fis-sezzjoni tal-klieb tal-Korp tal-Pulizija? Għal liema xogħol huma mħarrġa dawn il-klieb?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li fil-preżent it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija għandha 16-il kelb. Minn dawn hemm dawk li huma mħarrġa fuq tfittix ta’ splussiv, oħrajn armi, oħrajn droga u oħrajn fuq xogħol ta’ protezzjoni. Hemm ukoll 3 li jintużaw għall-wirjiet wara li ma baqgħux tajbin għal xogħol polizjesk, 11 li għadhom fil-fażi ta’ taħriġ u 2 li huma rtirati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu spetturi ġodda fis-sena 2011, 2012 u 2013? Kemm minn dawn l-ispetturi l-ġodda laħqu minn barra l-Korp u kemm laħqu internament minn ġol-Korp stess? Fejn ġew imqassma dawn l-ispetturi ġodda?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninform lill-Onor. Interpellant matul il-perjodu imsemmi mill-Onor. Interpellant kien hemm 31 Spettur li kienu ġew appuntanti fis-27 ta’ Settembru 2011, 8 kienu minn barra l-Korp u 23 kienu membri tal-Korp. Dawn kienu ġew stazzjonati hekk:
Msida 1
Sliema 2
Rabat 1
Hamrun 1
San Giljan 2
Qawra 1
Bormla 1
M’scala 1
Valletta 1
Zurrieq 1
Rahal Gdid 1
San Gwann 1
Mosta 1
Balzan 1
Haz Zebbug 1
Mellieha 1
B’Kara 1
Zabbar 1
Qormi 1
CID 1
I.T. 1
Drugs 1
Cyber Crime 1
Mobile 1
Economic Crime 2
Special Branch 1
SAG 1
Quartermaster 1
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma’ kien hemm l-ebda ‘Call for Applications’ matul is-sena 2012. Għal ‘Call for Application’ li ħarġet f’Awwissu ta’ 2013, ninsab infurmat li dawn għadhom fil-proċess sabiex jintgħażlu.