Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5656 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – entitajiet fid-dekasteru

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4322 u jagħti l-lista sħiħa ta’ dipartimenti, entitajiet, units, fondazzjonijiet, aġenziji, kumitati, kunsilli, working groups u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull waħda jgħid min hu l-persuna li jmexxihom u kemm hemm impjegati fihom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5657 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tal-IVF – public-private partnership

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-għażla tal-public-private partnership għas-servizz tal-IVF?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5658 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Professjonisti – ħlas ta’ taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi arranġamenti jew prattiċi speċjali marbutin mal-mod kif professjonisti (eż. avukati, tobba, konsulenti tas-saħħa, eċċ.) jikkomputaw it-taxxa dovuta minnhom u jgħid jekk teżistix xi forma ta’ differenza bejn it-trattament tat-taxxa tagħhom u ta’ taxpayers oħra in ġenerali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma teżisti l-ebda distinzjoni kif professjonisti jikkomputaw it-taxxa dovuta minnhom paragunat ma’ taxpayers oħra. Teżisti distinzjoni ta’ kif professjonisti li huma self-employed jikkalkulaw il-qligħ tagħhom fejn dawn jistgħu jagħżlu li jikkalkulaw il-profitti tagħhom fuq cash basis minflok fuq accruals basis. Professjonisti li huma f’impjieg jiġu ntaxxati fuq id-dħul bħal kull impjegat ieħor. Dan fil-fatt huwa deduċibbli billi l-liġi tesiġi li kumpaniji jżommu l-kotba tan-negozju tagħhom skont prinċipji internazzjonalment aċċettati tal-kontabilità u konsegwentament dawn iridu jinżammu fuq accruals basis . Rigward professjonisti m’hemmx dan ir-rekwisit.
Leg 12 PQ #5659 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Sistema ta’ e-procurement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti u entitajiet li jużaw is-sistema ta’ e-procurement u għal kull dipartiment/entità jagħti dawn id-dettalji: meta beda juża din is-sistema; kemm ħareġ sejħiet b’din is-sistema; kemm aġġudika sejħiet b’din is-sistema; u x’inhu l-valur kumplessiv tas-sejħiet aġġudikati permezz ta’ din is-sistema?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-involviment tal-Gvern Malti (u l-konsulenti tiegħu, inkluż ex-konsulenti) fl-organizzazzjoni tal-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Malti kien mistieden għal din il-Konferenza.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun is-sehem tal-Gvern Malti fil-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 5696 u 5698.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jkun is-sehem tal-konsulenti (inkluż ex konsulenti) fil- konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5693.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — programm

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed kopja tal-programm tal-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant biex jagħmel it-talba tiegħu lill-Organizzaturi tal-Konferenza.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 – uffiċjali tal-Gvern Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret li fiha kienu involuti uffiċjali tal-Gvern Malti, uffiċjali ta’ enti tal-Gvern Malti u konsulenti (inkluż ex konsulenti) saret in preparazzjoni għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 li se jisponsorja l-Gvern Malti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Malti ma kienx involut fil-preparazzjoni tal-konferenza.

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — konkorrenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-konkorrenza għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Id-dettalji li qed jitlob l-Onor. Interpellant jistgħu jinkisbu minn għand l-organizzaturi tal-konferenza nnifisha.

Biċċerija – veterinarji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jagħtu s-servizz ta’ veterinarji fil-biċċerija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li normalment ikun hemm minn tnejn sa tliet veterinarji li jagħtu servizz fil-biċċerija tal-Marsa u x-Xewkija.

Biċċerija tal-Gvern — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar investiment fil-biċċerija tal-Gvern fil-Marsa? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol li għalih sar l-investiment? Kemm kienet in-nefqa li saret?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-aħħar xogħol li qed isir bħalissa fil-biċċerija huwa dak tal-bini ta’ faċilitajiet fejn ibiddlu u jieklu l-ħaddiema tal-biċċerija, għax sal-lum l-ħaddiema l-anqas biss kellhom dawn il-faċilitajiet bażiċi. Meta jitlesta dan ix-xogħol inkun nista’ ninforma l-Onor. Interpellant kemm kienet in-nefqa.

Bormla/Il-Birgu – tħawwil ta’ siġar fuq il-front

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, jew xi dipartiment li jaqa’ taħtu kienx ikkonsultat qabel ma tħawlu s-siġar fuq il-front, fl-inħawi ta’ Bormla/il-Birgu? Jekk iva, x’kienu r-rakkomandazzjonijiet li taw dawn id-dipartimenti?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li r-risposta hija fin-negattiv.

Bdiewa/raħħala – extension services

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ żjarat qed isiru minn uffiċjali tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu għal dak li jikkonċerna l-extension services li permezz tagħhom il-bdiewa/raħħala jkunu infurmati aħjar bl-aħħar żviluppi li jkunu qed iseħħu fl-oqsma tagħhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-extension services li għalihom qed jirreferi ġew xolti minn amministrazzjoni preċedenti fl-2007.

Tkabbir ta’ ħut fil-gaġeġ — regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru imponiex xi regolamenti ġodda għal dak li hu tkabbir tal-ħut fil-gaġeġ (fish farming) matul din is-sena? Jekk kien hemm impożizzjoni ta’ regolamenti ġodda, jista’ jagħti tagħrif dwar x’kienu dawn ir-regolamenti u meta daħlu fis-seħħ?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li din is-sena daħlet fis-seħħ ir-Rakkmandazzjoni Nru. 12-03 tal-ICCAT, f’konformita’ mat-Trattati tal-Unjoni Ewropea li tirregola ż-żamma tal-Bluefin fil-gaġeġ.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – job placements ta’ persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm job placements li saru tramite l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-persuni b'diżabilità matul din l-aħħar sena xahar b'xahar f'Għawdex u Malta separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – korsijiet lil persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'diżabilità li ġew offruti kors mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u kemm minnhom effettivament attendew kors matul din l-aħħar sena? X’inhu l-kors, kemm dam, fejn sar u jista’ jagħti l-informazzjoni kemm għal Għawdex kif ukoll għal Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli kif se nsemmi:- Tabella 'A' turi n-numru ta' persuni b'diżabilità li ġew offruti kors mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, filwaqt li Tabella 'B' turi kemm minnhom effettivament attendew kors matul din l-aħħar sena, x'kien il-kors, kemm dam u fejn sar, maqsumin f'Malta u f'Għawdex separatament.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex f’din l-aħħar sena? X’kien il-kors? Fejn sar? Kemm attendew? Jekk kien bi ħlas, kemm kien il-ħlas?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru kemm saru korsijiet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex f'din l-aħħar sena 2013, x'kien il-kors, fejn sar u kemm attendew. Rigward ħlas, l-ebda kors offrut din is-sena ma kien bi ħlas.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – skemi – parteċipanti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-iskemi kollha in place tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul din l-aħħar sena? Kemm ipparteċipaw? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel skont l-età? Kemm minnhom kienu minn Għawdex u kemm minnhom kienu minn Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.