Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għal Għawdex, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili –konsulenti legali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Rigward il-kuntratti u l-ħlas tal-persuni li qed jagħtu konsulena legali, ma nħossx li dawn għandhom jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba n-natura kummerċjali tagħhom.
Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku – konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – konsulenti legali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva –konsulenti legali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn koppji miżżewġin li jaħdmu t-tnejn? Kemm minn dawn il-koppji għandhom tfal taħt is-16-il sena? Kemm hawn tfal taħt is-16-il sena li l-ġenituri tagħhom jaħdmu t-tnejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ iżżomm tagħrif dwar persuni mpjegati, ma jistax jittieħed li persuni li għandhom l-istess indirizz residenzjali bilfors huma koppja miżżewġa.
Infurmat ukoll li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni dwar tfal taħt is-16-il sena li l-ġenituri tagħhom qed jaħdmu t-tnejn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa l-Qorti nies b'konnessjoni ma' traffikar ta’ persuni dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom nstabu ħatja u x'pieni rċevew?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li fis-snin 2009 u l-2010 ma kienx hemm każijiet ta’ traffikar ta’ persuni li tressqu quddiem.
Matul is-sena 2011 kien hemm erba' persuni, filwaqt li s-sena l-oħra, 2012, kien hemm persuna waħda. Din is-sena tressqu żewġ persuni. Dawn kollha għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fish farms f’pajjiżna? Kemm-il kwalità ta' ħut huma mrobbija f’dawn l-imsemmija fish farms? Kemm hija l-produzzjoni annwali ta' dan il-ħut? Kemm jiġi kkunsmat ħut f’Malta? Xi kwalità u xi kwantità ta' ħut jiġi mrobbi li mhux għall-konsum uman?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f'pajjiżna qed joperaw 7 fish farms li flimkien irabbu t-tonn, l-awrat, l-ispnott u l-gurbell fuq bażi kummerċjali. Qed isir ukoll tkabbir ta’ aċċjol fuq bażi sperimentali.
Ninsab infurmat ukoll li skont l-aħħar ċifri uffiċjali ippublikati fl-2012, għas-sena 2011 il-produzzjoni tal-ħut kienet kif ġej –
Tonn 1,759 tunnellata,
Awrat 1,082 tunnellata,
Spnott 14-il tunnellata,
ħut oħrajn 100 tunnellata.
Skont statistika tal-FAO tal-2011 il-konsum ta' ħut u seafood f'Malta matul is-sena 2004 kien ta’ 2,651 tunnellata, ekwivalenti għal 6.58kg "per capita" (FAO, 2011).
Ma jsir l-ebda trobbija ta’ ħut fuq skala kummerċjali li mhuwiex għall-konsum uman.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sorveljanza jew protocols jeżistu rigward l-użu, l-istallar, il-manutenzjoni u l-exposure hazard għall-pubbliku inġenerali vis-à-vis apparat elettromanjetiku?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li din l-Awtorita’ implimentat programm ta' moniteraġġ ta' emissjonijiet elettromanjetiċi li jiġi esegwit matul is-sena kollha. Dan tagħmlu sabiex taċċerta ruħha li l-emissjonijiet minn apparat tat-telekomunikazzjoni huma dejjem taħt il-limitu stabbilit fil-liġi. Dan il-limitu huwa dak hekk kif ġie ippublikat mill-''International Commission on Non-Ionising Radiation Protection'' (ICNIRP). Is-sena l-oħra biss, din l-Awtorita’ għamlet 276 EMF audit madwar Malta u Għawdex, li kienu jinkludu fost l-oħrajn; kejl ta' emissjonijiet minn apparat tat-telefonija ċellulari, minn apparat ta' stazzjonijiet tar-radju, kif ukoll minn apparat ta' stazzjonijiet tat-televiżjoni. Mit-total ta' 276 EMF audit, 241 minnhom saru minn postijiet pubbliċi li huma aċċessibli għal pubbliku in ġenerali, filwaqt li 35 oħra saru minn postijiet privati wara t-talba minn sid il-propjeta biex issir EMF audit mill-proprjeta privata tiegħu. Din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru, diġa’ saru aktar minn 250 EMF audit, u l-ebda riżultat ma' qabeż il-limitu hekk kif stabbilit fil-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jattendu l-pacemaker clinic fl-Isptar Mater Dei? Liema tipi ta' pacemakers jintużaw u x’inhu n-numru ta’ pazjenti għal kull tip different ta’ pacemaker?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 1,774 pazjent li jattendu l-Pacemaker Clinic fl-Isptar Mater Dei.
Tlett tipi ta’
pacemakers
jintużaw:
single chamber
,
dual chamber
u
triple chamber
.
Single chamber pacemakers
: 65% tal-pazjenti
Dual chamber pacemakers: 34% tal-pazjenti
Triple chamber pacemakers: 1% tal-pazjenti
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jattendu l-anti coagulant clinic fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fil-polikliniċi? Jinżamm reġistru ta’ dawk li jsofru minn side effects tal-warfarina u tal-fatalitajiet b' konsegwenza tal-warfarina?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-preżent madwar 600 pazjent jattendu kull ġimgħa fl-Anticoagulant Clinic fl-Isptar Mater Dei. Barra minn hekk hemm ukoll madwar 650 pazjent ieħor li jiġi ittetjat l-INR tagħhom fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat, Raħal Ġdid, Furjana, Bormla, Birkirkara, il-Gżira u l-Mosta. F’dan il-proċess iċ-ċentri tas-saħħa jiġbru l-kampjuni mingħand il-pazjenti nvoluti li mbgħad jintbgħatu fl-Isptar Mater Dei biex jiġu proċessati.
Infurmat ukoll li fiċ-Ċentri tas-saħħa bħallissa ma teżistiex
ACC Clinic
. Dini l-klinika tal-
ACC
ser tinbeda fis-sena 2014 bħala
outreach clinic
.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-użu tal-uffiċċju li kellu l-ex chairman ta' Transport Malta wara t-12 ta' Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk ġiex stallat xi apparat f'dan l-uffiċċju? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-użu ta' dan l-apparat? Kif inxtara dan l-apparat, b'direct order jew b' tender? Min ħa d-direct order/tender biex inxtara dan l-apparat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċju li kellu l-ex chairman ta' Transport Malta qabel it-12 ta’ Marzu 2013 preżentament qed jintuża bħala board room / meeting room.
Nikkonferma li kien istallat apparat ta’ komunikazzjoni li sewa €106.39 u nxtara skont il- Procurement Regulations tal-Gvern.
Apparti minn hekk ġie wkoll istallat 32” LCD monitor li kien diġà fil-pussess tal-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta din il-ġimgħa ta ordni lill-maid tiegħu biex ma tidħolx fl-uffiċini ta' Transport Malta fil-Marsa għax m’għadhiex fdata peress illi din il-persuna tkellem lil impjegati sħabha, huma ta' liema kulur politiku huma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu informazzjoni żbaljata għax il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta ma ta l-ebda ordni lill-ebda maid kif qed ikun allegat minnu. Il-persuna msemmija għandha aċċess għall-uffiċini kollha li fihom tkun assenjata x-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu illi, fuq ordni tal-Kap Eżekuttiv, Transport Malta qiegħda tuża s-server tad-Dropbox minflok is-servers interni ta’ Transport Malta biex tistorja u tagħmel skambju ta' data klassifikata tal-Gvern ta' Malta? Jekk dan hu minnu:
(a) jaf il-Ministru illi biex tikkrea account fid-Dropbox trid tiffirma agreement illi kull data li tgħaddi mid-Dropbox issir proprjetà tal-management tad-Dropbox u għalhekk il-management tad-Dropbox ikun jistgħu jaċċessaw din id-data u jagħmlu użu minnha kif jixtiequ huma, fosthom ibigħuha lil individwi u/jew kumpaniji u/jew pajjiżi oħra;
(b) jista’ jgħid għaliex mhux jintużaw servers interni ta' Transport Malta li jkunu jistgħu jiġu aċċessati minn virtual private network (VPN) li hu ħafna aktar secure u d-data traffic ikun encrypted minflok kif qed isir issa, fejn qed jintuża d-Dropbox fejn id-data traffic hu clear text;
(ċ) ma jħossx il-Ministru illi b'din il-manuvra qiegħed ipoġġi s-sigurtà tal-pajjiż f'riskju;
(d) min ta l-awtorizzazzjoni lill-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta li data tal-Gvern ta' Malta iperriċha mal-erbat'irjieh tad-dinja; u
(e) X'assigurazzjoni u serħan il-moħħ se jagħti l-Ministru lil din il-Kamra kif ukoll lill-poplu Malti u Għawdxi illi dan it-tperriċ ta' data li tikkonsisti f'informazzjoni klassifikata tal-Gvern ta' Malta jieqaf b'mod immedjat u jittieħdu dawk l-azzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi assigurat illi kull data li diġà għaddiet mid-Dropbox ma tinbiegħx/tintuża minn terzi?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant qed joqgħod fuq l-għidut aktar milli fuq il-fatti. L-informazzjoni klassifikata tal-Gvern Malti m’hijiex imperrċa kif qed jallega iżda ninforma lill-istess Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta ma ta l-ebda ordni biex jintuża s-server tad-Dropbox minflok is-servers interni ta’ Transport Malta biex tistorja u tagħmel skambju ta' data klassifikata tal-Gvern ta' Malta. Huwa minnu li, wara talba li saret lid-Direttorat tal-ICT sabiex tinstab soluzzjoni għall-iskambju ta’ data li riedet tiġi aċċessata b’mod remot u sikur, ġie wkoll ssuġġerit li jiġu kkreajati numru żgħir ta’ Dropbox accounts, fejn l-istess Direttorat ikkonferma li dan seta’ jsir. Għaldaqstant dawn ġew ikkreajati sabiex ikun hemm skambju ta’ ritratti u progress reports fuq xogħlijiet kurrenti ta toroq bejn uffiċċjali/periti fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura, il-Kap Eżekuttiv u d-Deputy Chairman tal-Awtorità, liema informazzjoni hija limitata biss għal dawn it-tip ta’ files li ma titqisx bħala data klassifikata.
Mhux infurmat li biex tikkrea account fid-Dropbox trid tiffirma agreement li kull data li tgħaddi mid-Dropbox issir proprjetà tal-management tad-Dropbox u għalkekk jingħataw id-dritt sabiex jaċċessaw din id-data u jagħmlu użu minnha kif jixtiequ huma. Fil-fatt infurmat li, skont it-termini u kundizzjonijiet li huma ppublikati fuq il-websajt tad-Dropbox: “Dropbox employees are prohibited from viewing the content of files you store in your Dropbox account...” u li “You retain full ownership to your stuff. We don’t claim any ownserhip to any of it.” Infurmat ukoll li kull data li tittella fuq id-Dropbox tiġi encrypted bit-tip ta’ encryption AES-256 li huwa l-istess standard ta’ sigurtà li jintużaw minn banek. Inżid ukoll li d-Dropbox huwa servizz utilizzat minn miljuni ta’ persuni, kemm fuq bażi personali u anki fuq xogħol (business users).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għall-informazzjoni saret mill-Monitoring Unit tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali lil diversi kunsilli lokali, mit-12 ta' Marzu 2013 ’l hawn kunsill b'kunsill u xahar b' xahar? Barra minn hekk:
a) Fiex kienet tikkonsisti kull talba magħmula;
b) Meta saret kull talba;
ċ) Lil liema kunsilli intalbet;
d) Mingħand min oriġinat it-talba għall-informazzjoni;
e) X’kienet ir-raġuni għalfejn intalbet din l-informazzjoni;
f) Mingħand min ġiet it-talba oriġinali għal tali informazzjoni; u
g) Fejn qed tintuża din l-informazzjoni?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress illi qabel l-elezzjoni ta’ Marzu 2103 kien attenda konferenza stampa fejn fiha ġew ikkundannati l-ħsejjes mill-Freeport bil-lejl, u fejn saħansitra sar aċċenn illi l-Freeport għandu jieqaf jopera bil-lejl, jista’ l-Ministru jgħid jekk illum għadux tal-istess ħsieb? Jekk le, x’inhi r-raġuni li bidel fehmtu?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Iva għadni tal-istess fehma, li l-ħsejjes mill-Freeport bil-lejl huma ta’ fastidju għan-nies ta’ Birżebbuġa. L-aċċenn ma kienx li l-freeport tieqaf topera bil-lejl imma li topera bil-lejl bl-anqas ħsejjes possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rikostruzzjoni ta' parti min Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa hix imdaħħla fil-programm ta' xogħlijiet ta' Transport Malta? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diversi partijiet minn Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa se jiġu asfaltati minn Transport Malta matul is-sena 2014. Bħalissa Transport Malta qiegħda tidentifika l-partijiet li huma lesti għall-intervent fuqhom.
Peress li f’gazzetta lokali ġie rappurtat minn konsulent tal-Gvern li fl-Isptar Mater Dei ma teżistix policy tal-procurement, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ix-xiri tal-Isptar Mater Dei hux regolat mill-Public Contract Regulations?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xiri tal-Isptar Mater Dei huwa regolat mill-Public Procurement Regulations. Wieħed irid jiddistingwi bejn il-metodoloġija ta’ xiri u l-politika ta’ x’jinxtara u meta. Tal-ewwel hi stabbilità mir-Regolamenti waqt li tat-tieni tiġi stabbilità mill-amministrazzjoni tal-Isptar.
Peress li f’gazzetta lokali ġie rappurtat minn konsulent tal-Gvern li fl-Isptar Mater Dei ma teżistix policy tal-procurement, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ix-xiri tal-Isptar Mater Dei hux regolat mill-Public Contract Regulations?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li kull xiri li jsir mid-Dipartiment tal-Procurement ta’ Central Procurement & Supplies Unit għall-Isptar Mater Dei jsir skont ir-regolamenti tal-Public Procurement Regulations Legal Notice 296/2010.