Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma – konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulent legali tal-MECW huwa Dr Aron Mifsud Bonnici.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għas-Saħħa, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tip ta’ ftehim bejn il-Partit Laburista u l-Gvern Ċiniż u/jew entitajiet oħra Ċiniżi fuq il-Korporazzjoni Enemalta qabel l-Elezzjoni Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ l-Prim Ministru jistqarr bla ebda ekwivoku li dak li ġie ffirmat mill-Gvern Malti fiċ-Ċina f’Settembru 2013 m’għandu l-ebda rabta maż-żjarat li hu u/jew rappreżentanti oħra tal-Partit Laburista għamlu fiċ-Ċina meta fl-Oppożizzjoni (fl-2010 u fl-2012)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ma kien hemm ebda ftehim bejn il-Partit Laburista u l-Gvern Ċiniż u/jew entitajiet oħra Ċiniżi fuq il-Korporazzjoni Enemalta qabel l-Elezzjoni Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2013. Fl-istess hin iva nistqarr bla ebda ekwivoku li dak li ġie ffirmat mill-Gvern Malti fiċ-Ċina f’Settembru 2013 m’għandu l-ebda rabta maż-żjarat li jien u/jew rappreżentanti oħra tal-Partit Laburista għamilna fiċ-Ċina mill-Oppożizzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) meta saru l-ewwel kuntatti maċ-Ċina, kif saru, ma’ min u minn min?
b) meta saret l-ewwel laqgħa, min kien preżenti għal-dawn il-laqgħat u f’liema kariga kienu?
ċ) id-data eżatta ta’ meta fetħu n-negozjati; u
d) jekk kienx hemm sensar jew medjatur involut? Jekk iva, min kien u x’tip ta’ ftehim sar miegħu jew magħha? Kemm se jieħu jew tieħu flus wara li jsir dan il-ftehim?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn studenti universitarji li daħlu l-kors universitarju bħala mature students? Kemm hemm studenti li qed jagħmlu kors universitarju fuq bażi part-time u f’liema korsijiet? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' studenti part-time f'kull kors u x'perċentwal huma mal-istudenti full-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li 495 student daħlu f'kors universitarju bħala mature students.
Infurmat ukoll li 2743 student qed jagħmlu kors universitarju fuq bażi part-time u t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi f'liema korsijiet qegħdin.
Il-perċentwal tat-total ta' studenti li qed jattendu fuq bażi part-time hu ta' 23.2% meta mqabbel mat-total ta' studenti fl-Università ta' Malta.
Wieħed irrid jirrimarka li n-numru ta' studenti part-time li jidhru fit-tabella jinkludu dawk l-istudenti kurrenti kollha li jinsabu fid-database tal-Università ta' Malta sal-25 ta' Ottubru 2013. Din id-database tista' tiġi aġġornata kemm-il darba jkun hemm tibdiliet żgħar fin-numru ta' studenti li qed jattendu.
proġett tal-flood relief – fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm mistenni jdum il-proġett tal-flood relief fit-toroq u f’liema lokalitajiet qiegħed isir dan il-proġett? Kemm hija l-ispiża ta' dan il-proġett u kemm minnha ġiet iffinanzjata mill-unjoni Ewropea permezz tal-project funds?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm ma jinqalgħux problemi mhux mistenijja li jistgħu jtawwlu iż-żmien, il-proġett tal-flood relief hu mistenni li jitlesta sa Diċembru 2014.
Il-lokalitajiet li fihom qiegħed isir dan il-proġett huma il-Mosta, Ħal-Lija, B’Kara, Attard, Balzan, Iklin, Msida, Gzira, Ta’ Xbiex, Ħal-Qormi, il-Marsa, Ħaż-Żebbug (Malta), Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn.
L-ispiża tal-proġett mistennija li tleħħaq il- €50,509,784 inkluż il-VAT li minnha l-EU ser tiffinanzja € 36,384,167.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa f’dawn l-aħħar ħames snin li ġew diagnosed b'kanċer tas-sider (breast cancer) u b’kanċer fl-ovarji? Kemm mietu nisa f'dawn l-aħħar ħames snin bil-kanċer tas-sider u kemm mietu bil-kanċer fl-ovarji? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir genetic screening għal nisa li għandhom family history tal-kanċer tas-sider u tal-kanċer fl-ovarji? Jekk iva, qed jiġu offruti mastectomy jew oophoerctomy bħala prevenzjoni? Jekk iva, kemm kien hemm nisa li għażlu li jagħmlu dawn l-operazzjonijiet ta' prevenzjoni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, in-numru ta’ każijiet ta’ mwiet li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba l-kanċer tas-sider fin-nisa residenti Maltin matul l-2008 sal-2012 kien ta’ 403.
In-numru ta’ każijiet ta’ mwiet li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba l-kanċer tal-ovarji fin-nisa residenti Maltin matul l-2008 sal-2012 kien ta’ 170. L-informazzjoni hija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sena b’sena.
Iż-Żejtun — Triq Alfred Cachia Zammit u Triq taċ-Ċawsli - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' resurfacing ta' Triq Alfred Cachia Zammit u Triq taċ-Ċawsli fiż-Żejtun hux imdaħħal fil-programm ta' xogħlijiet ta' Transport Malta? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabbilta` ta’ Transport Malta. Madanakollu bħal ma jsir f’ kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' resurfacing ta' Triq l-Iskola fix-Xgħajra hux imdaħħal fil-programm ta' xogħlijiet ta' Transport Malta? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabbilta` ta’ Transport Malta. Madanakollu bħal ma jsir f’ kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati.
Ħaż-Żabbar — Triq il-Mina ta' Hompesch - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' resurfacing ta' Triq il-Mina ta' Hompesch, Ħaż-Żabbar, hux imdaħħal fil-programm ta' xogħlijiet ta' Transport Malta? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet interventi ta’ xogħlijiet maġġuri is-sena li għaddiet fit-triq imsemmija.
Ħaż-Żabbar — Triq is-Santwarju u Triq l-Inkurunazzjoni – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' resurfacing ta' Triq is-Santwarju, Triq l-Inkurunazzjoni u l-isqaqien tal-biswit hux imdaħħal fil-programm ta' xogħlijiet tal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar li x-xogħol ta’ resurfacing fi Triq l-Inkurunazzjoni f’Ħaż-Żabbar mistenni jinbeda hekk kif il-korporazzjoni Enemalta tlesti x-xogħol li se tagħmel f’din it-triq, liema xogħol ilu pendenti għal snin twal. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali diġà ħareġ sejħa għall-offerti għal resurfacing ta’ Triq l-Inkurunazzjoni. Ix-xogħol f’din it-triq mistenni jiswa madwar €50,663.
Infurmat ukoll li f’Lulju ta’ l-2011 kien sar xogħol ta’ patching estensiv fi Triq is-Santwarju. Fl-eventwalità li jkun hemm bżonn ta’ xi manutenzjoni f’din it-triq dan isir f’qasir żmien skont id-disponibiltà tal-fondi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4625, jista’ l-Ministru jivverifika l-informazzjoni li tani għax minn tagħrif li għandi, minn meta għamilt il-mistoqsija parlamentari 503, kemm il-pjanti kif wkoll l-istimi qatt ma nbidlu u mhux kif qiegħed jagħtini l-informazzjoni il-Ministru fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4625?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mogħtija hija vverifikata u korretta u għaldaqstant nikkonferma illi kien hemm bdil fl-ippjanar tal-proġett. Fost affarijiet oħra insemmi illi minn sistema ta’ pelican lights waħda nbidlet għal sistema sħiħa ta’ tliet pelican lights
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-persuni li huma kkwalifikati fl-accounting, fl-auditing jew fil-business management fid-dekasteru tiegħu? F’kull każ jista’ jgħid:
meta ġiet impjegata l-persuna;
ġiet impjegata fuq bażi ta’ position of trust jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet; u
x’inhi l-kariga tal-persuna llum?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din l-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4671, jista’ l- Ministru jgħid, b’mod dettaljat, kif wasal għall-average cost per bed f’kull qasam? B’mod speċifiku jista’ jipprovdi l-elementi u l-kalkoli ta’ spiża kollha li ttieħdu in konsiderazzjoni biex wasal għall-imsemmi average cost per bed f’kull qasam?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-average cost per bed tiġi ikkalkulata billi wieħed jidividi l-ispiża tal-operat fis-swali differenti bl-ammont ta soddod użati (għal dik is-sala partikolari) matul is-sena.
L-elementi prinċipali fl-ispiża ta l-operat fis-swali jinkludu pagi tat-tobba u infermiera, spiża ta’ mediċina u ikel lill-pazjenti rikoverati fis-swali, diprezzament ta’ tagħmir mediku u għamara użati speċifikament fis-swali. L- Overheads amministrativi oħra relatati ma l-attività tal-operat tas-swali jiġu magħduda biex wieħed jasal għall-average cost per bed.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4205, jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ kull ftehim kollettiv, side-letter, side agreement jew xi ftehim ieħor simili li hemm in vigore fid-dekasteru tiegħu? Għal kull wieħed jista’ jgħid:
liema gradi ta’ ħaddiema jkopri l-ftehim;
meta ġie ffirmat;
x’perijodu jkopri;
in-numru totali ta’ ħaddiema li jkopri; u
liema hi l-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema rispettivi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minħabba l-volum kbir ta' ftehim kollettiv għal kull kateġorija ta' ħaddiema, qiegħed jiġi propost li ssir kommunikażżjoni mal-Onor. Membru biex b’hekk jiġi stabbiliet l-aħjar mod kif din l-informażżjoni tiġi provduta.
Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013
Question
Jista’ l- Prim Ministru jgħid liema konsulenti (inkluż ex-konsulenti) tal-Gvern jew enti tiegħu kienu jew huma involuti fil-konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — rakkomandazzjoni
Question
Jista’ l- Prim Ministru jgħid min irrakkomanda sponsorship mill-Gvern Malti għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013? Meta saret tali rakkomandazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.