Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5713 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — programm

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed kopja tal-programm tal-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5714 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 – uffiċjali tal-Gvern Malti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret li fiha kienu involuti uffiċjali tal-Gvern Malti, uffiċjali ta’ enti tal-Gvern Malti u konsulenti (inkluż ex konsulenti) saret in preparazzjoni għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 li se jisponsorja l-Gvern Malti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5715 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013 — konkorrenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet il-konkorrenza għall-Konferenza Italy and Malta Oil and Gas Summit 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5737 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tal-Emerġenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4173, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-attendenzi kollha li huma mmarkati ‘GP Referral’ u ‘Self-Referral’ kienu kategorizzati bħala priority 3 fil-perijodu inkwistjoni? Jista’ jgħid kemm minn dawn iż-żewġ kategoriji ddaħħlu l-isptar fl-istess perijodu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-attendenzi mmarkati taħt ‘GP Referrral’ u ‘Self-Referral’ flimkien ma liema kategorija ddaħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza u kemm minnhom iddaħħlu l-isptar jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5738 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

sistema myHealth — użu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika dettaljata, xahar b’xahar, dwar l-użu tas-sistema myHealth minn meta ġiet introdotta sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-istatistika dettaljata, xahar b’xahar, dwar l-użu tas-sistema myHealth minn meta ġiet introdotta fil-31 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013, hi kif tidher fit-tabella dettaljata li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5739 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Reġistru tat-tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tobba reġistrati f’Malta? Jista’ jgħid tinżammx statistika ta’ fejn dawn ikunu qed jipprattikaw? Jekk iva, jista’ jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 2126 tabib reġistrati mal-Kunsill Mediku. L-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinżammx.
Leg 12 PQ #5740 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’: a) Mediċini (f’kull forma u/jew doża); b) Prodotti farmaċewtici (f’kull forma u/jew doża); ċ) Apparat mediku; u d) Disposables jew consumables li huma out-of-stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżeriji tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC)? X’inhi r-raġuni li huma out-of-stock, kemm ilhom out-of-stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5741 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2013? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta’ ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5742 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-‘Management Accounts’ tal-Isptar Mater Dei qegħdin jiġu ffinaliżżati.
Leg 12 PQ #5876 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

kanċer tal-għonq tal-utru — każijiet

Question

Jista’’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’’ kanċer tal-għonq tal-utru kellna f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm-il vaċċin tal-HPV ingħata s’issa, liema tip ta’ vaċċin u kemm swiet s’issa din il-proċedura? Kemm-il persuna irrifjutat li tieħu dan il-vaċċin u x’perċentwal jiġi dan l-ammont mill-ammont totali li ngħata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li min informazzjoni miġbura għall-aħħar ħames snin (2007-2011), mir–Reġistru Nazzjonali tal Kanċer, kien hemm irrapurtati tnejn u sittin (62) każ ta’ kanċer tal-għonq ta’ l-utru. Dawn qegħdin maqsumin kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Prodotti argikoli — esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema prodotti agrikoli jiġu esportati minn Malta u Għawdex? Kemm kienet il-kwantità kull sena ta’ kull prodott li ġie esportat f’dawn l-aħħar ħames snin? X’tip ta’u kemm-il sussidju qed tieħu Malta mill-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

hacking u online fraud – każijiet il-qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fil-qrati ta’ Malta relatati mal-hacking u l-online fraud f’dawn l-aħħar tmien snin? X’inhuma l-pieni massimi relatati ma’ dan ir-reat? Liema setturi ta’’ xogħol jew servizzi relatati ġew attakkati minn hacking online jew proċeduri simili?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tmien snin kien hemm sittax (16) il-każ ta’ aċċess mhux leġittimu għall-informazzjoni jew użu tagħha (computer misuse-hacking) bi ksur tal-Artiklu 337Ċ tal-Kodiċi Kriminali, u 4 każijiet ta’ frodi b’egħmil qarrieqi jew qliegħ b’qerq (online fraud) bi ksur tal-Artikli 308 u 309 tal-Kodiċi Kriminali, li tresqu quddiem il-Qorti ta’ Malta, kif jidher hawn taħt: 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 Ottubru Hacking nil 6 (private) 1 (private) 1 (private) 1 (private) 2 (private) 4 (private) 1 (private) On-line Fraud nil 1 (San Antonio Hotel network) nil nil nil nil nil 3 (private) Il-piena massima relatata ma dawn ir-reati hija kif ġej: Aċċess mhux leġittimu għall-informazzjoni jew użu tagħha (computer misuse - hacking) Min jinstab ħati ta’ dan ir-reat jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn tlieta u għoxrin elf mitejn u tlieta u disgħin euro u tlieta u sebħin ċenteżmu (23,293.73) jew priġunerija għal żmien mhux iktar minn erba’ snin, jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien. Meta dan ir-reat ikun jikkonstitwixxi att li b’xi mod ikun ta’ ħsara għal xi funzjoni jew attivita’ tal-Gvern, il-penali għandha tiżdied għal multa ta’ mhux inqas minn mitejn u tnejn u tletin euro u erbgħa u disgħin ċenteżmu (232.94) u mhux iktar minn mija u sittax-il elf erba’ mija u tmienja u sittin euro u sebgħa u sittin ċenteżmu (116,468.67) jew għal priġunerija għal żmien minn tliet xhur sa għaxar snin, jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien. Dan skond kif provdut fl-Artiklu 337F (1)(2) tal-Kodiċi Kriminali. Frodi b’egħmil qarrieqi jew qliegħ b’qerq (online fraud) Meta l-ammont tal-ħsara magħmula mill-ħati huwa aktar minn elfejn tliet mija u disgħa u għoxrin euro u sebgħa u tletin ċenteżmu (2329.37), il-piena tkun ta’ priġunerija minn tlettax-il xahar sa seba’ snin. Dan kif provdut fl-Artiklu 310 (1)(a) tal-Kodiċi Kriminali. Attakkati minn hacking online jew proċeduri simili Fil-parti l-kbira, kienu persuni privati li ġew attakkati b’dawn ir-reati, iżda kif jidher mit-tabella hawn fuq, kien hemm każ fejn ġiet attakkata s-sistema komputerizzata ta’ lukanda f’Malta.
Leg 12 PQ #5879 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

kura mill-kanċer – pazjenti Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni minn Għawdex li kellhom jattendu għal sezzjonijiet ta' kura mill-kanċer f'Malta, kull xahar, matul l-2013? Kemm minn dawn il-pazjenti kienu taħt l-10 snin, kemm kienu bejn 10 u 18-il sena u kemm kienu ta’ età ta' iktar minn 18-il sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

kontijiet tad-dawl u tal-ilma – ekoriduzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm bidliet f'dik li hi l-ekoriduzzjoni fil-kontijiet tad-dawl u ta l-ilma? Kif inhu mistenni li tinbidel din l-istess riduzzjoni, matul iż-żmien li ġej?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bir-roħs fit-tariffi tad-dawl u ilma, il-konsumaturi xorta se jibqgħu jibbenefikaw mill-ekoriduzzjoni.

Sa Maison – ilment rigward irwejjaħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi ħadet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minħabba l-irwejjaħ esaġerati li qed ikun hemm f'Sa Maison? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti formali dwar dan, kemm minn individwi, kif ukoll minn entitajiet governattivi? Fil-każ tal-entitajiet governattivi, jista' jagħti tagħrif dwar liema kienu dawn l-entitajiet u meta saru r-rapporti li għamlu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel l-investigazzjoni meħtieġa biex tasal għal kawża propja ta' dawn l-irwejjaħ.

Kunsilli taż-Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet li fihom hemm kunsill taż-żgħażagħ din is-sena? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta, f’kull lokalità kien hemm kunsill taż-żgħażagħ, minn mindu bdew jitwaqqfu dawn l-istess kunsilli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ bdew fis-sena 2009-2010 u sa issa kien hemm erba` edizzjonijiet. Għal din is-sena diġà ġiet imnedija l-ħames edizzjoni (2013-2014) u bdew jidħlu l-applikazzjonijiet mingħand il-Kunsilli Lokali a) Fis-sena 2009-2010 ipparteċipaw 15-il kunsill lokali taż-żgħażagħ. b) Fis-sena 2010-2011 ipparteċipaw 27 kunsill lokali taż-żgħażagħ ċ) Fis-sena 2011-2012 ipparteċipaw 24 kunsill lokali taż-żgħażagħ d) Fis-sena 2012-2013 ipparteċipaw 25 kunsill lokali taż-żgħażagħ Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji tal-lokalitajiet kollha li ħadu sehem.
Leg 12 PQ #5883 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – Laqgħat – live streaming

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw biex ikunu jistgħu jibdew il-live streaming tal-laqgħat tal-kunsill? Liema huma l-kunsilli lokali li għadhom ma bdewx jagħmlu live streaming? Meta hu maħsub li dawn il-laqgħat se jkun live streamed b’mod permanenti?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li l-laqgħat tal-Kunsilli Lokali jkunu live streamed sa tmiem din is-sena. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4907 għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Kunsilli Lokali li bbenefikaw mill-iskema li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

In-Naxxar – Reserved Parking Bays approvati

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5630, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-ħames bays li ġew approvati? F’liema toroq jinsabu? Minbarra hekk, billi fir-risposta jirriżulta li kien hemm ilment dwar waħda minnhom tant li ċċaqalqet minn fejn oriġinarjament saret, jista’ jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm ilmenti dwar din il-bay meta saret l-ewwel darba u kemm saru ilmenti wara li saret it-tieni darba, jekk kien hemm?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li l-ħames kaxxi riservati għall-persuni b’diżabbiltà ġew approvati fi Triq il-Mosta, Triq Nutar E. Debono, Triq Ħal Dgħejf, Triq il-Lanġas u Triq Mezzi. Fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 5630 m’għamilt l-ebda referenza għal ilmenti.

Il-Mosta — manutenzjoni ta' blokka

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5845 u tara li jsir manutenzjoni fir-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li mill-aperturi jidħol ħafna ilma tax-xita bil-konsegwenza li l-aperturi tal-injam qed jiterrew?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tagħmilx tiswijiet f’ appartamenti individwali, iżda tista’ tipprovdi għajnuna finanzjarja għal dan ix-xogħol taħt l-iskema tagħha msejħa ‘Sussidju fuq xogħlijiet ta’ Irranġar u Titjib f’Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini’. Se tintbagħat l-applikazzjoni lil persuna kkoncernata.
Leg 12 PQ #5991 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Applikazzjoni għal qabar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għal qabar u għadu mingħajr risposta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Dipartiment tal-Customer Care