Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun qed jagħmel biex titneħħa l-anomalija li teżisti bħalissa fejn hemm persuni li qed ikunu mċaħħda mit-tag għal xufier ta' taxi u dan għaliex l-individwu jkollu kondotta ħażina, mentri l-istess persuna tista' tkun qed taħdem bħala xufier ma’ tal-linja? Jista' l-Ministru jgħid jekk b'din ir-reviżjoni, persuni li jkunu fuq probation humiex se jkunu intitolati sabiex ikollhom tag għal xufier ta' taxi? Jista' jgħid meta se jkunu qed jinbidlu dawn ir-regolamenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta qed taħdem fuq ir-reviżjoni u l-armonizzazzjoni tar-regolamenti preżenti sabiex tiġi ndirizzata din l-anomalija, li ta’ min wieħed jiċċara ma ġietx maħluqa taħt l-amministrazzjoni preżenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' bullying ġie rraportat fl-iskejjel kollha tal-Gvern fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena? Jista' jindika wkoll f'liema skejjel sar dan il-bullying kif irraportat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ każijiet ta’ bbuljar bejn studenti li ġew irrapportati lill-Anti-Bullying Services fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali mill-iskejjel tal-Gvern huma kif ġej:
Kazijiet ta’
bullying
irrapportati
Sena
2013
2014
2015
2016
Każijiet irra
pportati
212
259
273
423
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25719, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex ukoll il-kumpanija li ssewwi l-ambulanzi? Jekk iva, ma jaħsibx li din il-kumpanija jista’ jkollha kunflitt serju ta’ interess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ tiswija fuq ambulanzi mhux ta’ emerġenza isir l-aktar mill-istess aġent li mingħandu jinkrew l-ambulanzi. F’każ fejn dan ma jkunx possibbli x-xogħol isir wara sejħa għal-offerti.
Sptar San Luqa – Garaxx tal-ambulanzi – porters — overtime
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25718, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn l-overtime ma tħallasx u jekk meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija fil-fatt ikunx tħallas l-overtime kollu dovut lill-porters tal-ambulanzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-overtime jitħallas wara li jkunu saru l-verifiki neċessarji.
Dipartiment tad-Dentistrija – azzjoni industrijali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25717, jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw dentisti privati biex jagħmlu fillings fil-privat li jħallas għalih il-Gvern? Meta beda dan is-servizz u kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu minn dan is-servizz minn mindu beda sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 4 dentisti li aċċettaw li jagħmlu fillings fil-privat bi ħlas mill-Gvern u minn meta beda’ dan is-servizz saru 998 fillings.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25715, jista’ l-Ministru jgħid meta (id-data) ġie sospiż l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jikkonferma li minħabba li l-individwu kien ix-xufier personali tiegħu dan kien persuna tal-fiduċja tiegħu (person of trust)? Jista’ jgħid ukoll jekk ir-raġuni għalfejn ġie sospiż l-individwu seħħitx qabel jew wara li l-Ministru għażlu bħala x-xufier tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha kellha każ quddiem il-qrati ta’ Malta bejn l-5 t’April u t-3 ta’ Gunju tal-2016. Il-każ, li ma kienx relatat max-xogħol uffiċjali, nqata’ favur l-imsemmija persuna. Waqt li kien għaddej il-każ fil-qrati hu kien mitlub li ma jidħolx għax-xogħol.
Sptar Mater Dei – kuntratt ta’ xogħol lill-kumpanija Nexia BT’s
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 25582 u 25583, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Nexia BT fil-fatt ikkonkludietx ix-xogħol li kienet ikkuntrattata li tagħmel minn Projects Malta għall-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25568 jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija sħiħa u jagħti l-informazzjoni wkoll għall-perjodu meta hu ma kienx Ministru jew Segretarju Parlamentari għas-Saħħa? Jista’ jgħid ukoll il-valur ta’ kull item u min awtorizza x-xiri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29918 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29919 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — person of trust u position of trsut
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29920 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Enemalta – decommissioning tal-impjant standby fil-power station
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28267, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitlesta d-
decommissioning
tal-impjant li bħalissa qiegħed
standby
?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc illi d-decommissioning ta’ partijiet mill-Marsa Power Station għaddejjin. Hekk kif l-impjant il-ġdid tal-elettriku bil-gass ikun opera għal numru ta’ xhur u x-xogħlijiet relatati fis-sistema tad-distribuzzjoni fl-inħawi tal-Marsa jkunu lesti, tkun tista’ tibda d-decommissioning finali tal-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Marsa Power Station li qegħda standby.
Jista l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28391 li saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif se jiġi ffinanzjat il-proġett tar-rilokazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) lejn SmartCity?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Projects Malta li l-proġett se jkun strutturat bħala public private partnership.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28371 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk teżistix proċedura stabbilita biex persuna tkun allokata fond/proprjetà tal-Gvern biex jintuża għal operat retail?
Clubs/Assoċjazzjonijiet sportivi – għotja ta’ art pubblika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29506 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ clubs/assoċjazzjonijiet sportivi Maltin u Għawdxin li ngħatatilhom art pubblika (direttament mid-Dipartiment tal-Artijiet) biex jiżviluppaw u joperaw faċilitajiet sportivi tagħhom? Għal kull każ jista’ jgħid:
a) l-isem tal-
club
/assoċjazzjoni;
b) fejn jinsab is-sit;
c) x’daqs (f’metri kwardi) fiha l-art;
d) fiex jikkonsistu l-faċilitajiet; u
e) meta ngħatatilhom u b’liema titlu ngħatatilhom
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-bilanċ li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) kellha tagħti lill-banek fit-28 ta’ Frar 2013 (jew l-eqreb data disponibbli) u l-aħħar data li għaliha jista’ jagħti din l-informazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bilanċ li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) kellha tagħti lill-banek fil-31 ta' Marzu, 2013, kien ta' €59,982,650, filwaqt li l-bilanċ li l-FTS kellha tagħti lill-banek fil-31 ta' Diċembru, 2016, kien ta' €90,616,625.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada – Fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm gawdiet minn Fondi Ewropej, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) mill-bidu tal-eżistenza tagħha bħala fondazzjoni sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada mill-bidu tal-eżistenza tagħha irċeviet €32,823,318.64 (eskluż il-VAT) f'fondi Ewropej sal-aħħar ta' Diċembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset b’kollox il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) mill-bidu nett tal-kuntratt inkonnessjoni ma’ Tender CT 2206/2011 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija msemmija tħallset total ta' €962,733.28 inkonnessjoni ma’ Tender CT 2206/2011.