Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5899 u jgħid kemm hemm permessi maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanart għall-billboards provizorji f’Malta u Għawdex? Jista’ jagħti lista tal-postijiet fejn jinsabu, għal kemm żmien inħareġ il-permess ta’ kull billboard u taħt liema liġi jew avviż legali inħarġu dawn il-permessi provizorji ghal dawn il-billboards?
Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5895 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5896 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tingħata f'seduta oħra.
Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5897 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'2012 kien hemm żewġ clubs Għawdxin, Għajnsielem FC u SK Victoria Wanderers li ġew imwegħda għajnuna finanzarja mill-Good Causes Fund. Dawn il-wegħdi li jammontaw għal €60,000 għadhom ma tħallsux u qed jistennew il-pagament bħal diversi oħra li ġew imwegħda flus ħafna aktar milli jista’ jiddisponi l-fond.
Il-Mellieħa – xogħlijiet fuq triq li tagħti mill-Għadira għaċ-Ċirkewwa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq ir-roundabouts li hemm ħdejn it-Torri l-Aħmar u ħdejn l-entratura għar-Riviera Hotel fit-triq li twassal mill-Għadira għaċ-Ċirkewwa u dan in vista tal-fatt li madwar sitt xhur ilu għall-mistoqsija parlamentari li saritlu kien indika li dan ix-xogħol se jsir fi żmien qasir iżda sal-lum għadu ma bediex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li fix-xhur li għaddew Transport Malta talbet diversi drabi lill-ELC biex tlesti x-xogħol miftihem fuq is-soft areas, l-ELC infurmat lill-Awtorità li sabet diffikulta tlesti x-xogħol minħabba raġunijiet tekniċi. Għaldaqstant l-ELC ġiet mitluba tippreżenta pjan alternattiv.
Malli dan il-pjan ikun ikkunsidrat sodisfaċenti minn Transport Malta, ikun jista’ jitlesta x-xogħol neċessarju.
In-Nadur (Għawdex) — Skola tad-Drama – kwalifiki tal-għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-għalliema kollha tal-ballet fl-iskola tad-Drama tan-Nadur, Għawdex għandhomx il-kwalifiki meħtieġa sabiex iressqu lill-istudenti li huma jgħallmu għall-eżami tar-Royal Academy of Dance? Jekk le x’inhi r-raġuni?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskola sekondarja tar-Rabat (Malta) kantuniera ma Triq il-Kulleġġ hux se tingħalaq? Jekk fl-affermattiv, meta se tingħalaq?
Jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tieħu azzjoni kontra azzjoni abbużiva ta' bdil ta' użu minn għalqa għall-scrapyard kif jidher is-site plan li qed tingħata separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ilment gie mgħoddi għall-investigazzjoni sabiex l-Awtorità tieħu l-passi meħtiega.
L-Infurzar inħareg fuq binja eżistenti. Huwa parti mill-proċess normali li d-dipartimenti kkonċernati jigu kkonsultati sabiex jittieħdu l-passi kollha neċessarji.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5258, jista' l-Ministru jgħid jekk il-biljetti tal-ajru li nxtraw għas-safar imsemmi fl-istess mistoqsija, inxtrawx b'direct order jew wara sejħa għall-offerti u jagħtini risposti għal kull safra u kemm swew kull biljett tal-ajru, għal kull passiġġier, għal kull safra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra kemm ġew allokati fondi għall-process tal-konsolidament ta’ laboratorji għaliex dawn huma ineżistenti fl-estimi tal-baġit 2014?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi jiġu allokati meta l-pjan ikun iffinaliżżat.
National Centre for Quality and Scientific Affairs
Question
B'relazzjoni għall-inizjattiva ġdida tan-National Centre for Quality and Scientific Affairs (NCQSA) dwar il-konsolidament ta' laboratorji, tista’ l-Ministru tgħid meta huwa ppjanat li jintemm dan il-proċess? Tista’ l-Ministru telenka l-laboratorji involuti? Min qiegħed jieħu ħsieb dan il-proċess? Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-ħaddiema involuti humiex se jkunu mogħtija l-għażla li ma jmorrux fis-set up il-ġdid?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin naħdmu biex il-proċess isir fi żmien raġonevoli, inħela biżżejjed żmien tul dawn l-aħħar għoxrin sena. Ninformaha li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili qed jamministra dan il-proċess u iva l-ħaddiema se jingħataw l-għażla li ma jmorrux fis-set up il-ġdid.
Tista’ l-Ministru tgħid x’rwol għandhom il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament fil-proċess tal-konsolidament ta’ laboratorji u fis-set up li qed jiġi mfassal?
Malta Enterprise/Malta Industrial Parks – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-kariga tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fil-Malta Enterprise jew fil-Malta Industrial Parks? Jista’ l-Ministru jgħid kif din il-persuna ġiet ingaġġata, jekk hux b’għażla diretta, b’sejħa pubblika jew b’xi mod ieħor? Jista’ jagħti l-pakkett sħiħ ta’ ħlas u perkaċċi oħra li għandha din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-kariga tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fil-Malta Enterprise jew f’xi kumpanija, aġenzija jew entità oħra li tifforma parti minn Malta Enterprise? Jista’ l-Ministru jgħid kif din il-persuna ġiet ingaġġata jekk hux b’għażla diretta, b’sejħa pubblika jew b’xi mod ieħor? Jista’ l-Ministru jagħti l-pakkett sħiħ ta’ ħlas u perkaċċi oħra li għandha din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li huma reġistrati bħala ċittadini Maltin? Kemm minn dawn għandhom id-dritt għall-vot? Hawn minnhom li mhumiex reġistrati fuq indirizz f'Malta u jekk fl-affermattiv, kemm hemm minn dawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 2599. L-Onorevoli Interpellant mitlub jirreferi it-tieni parti tal-mistoqsija lil Ministeru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qrati tal-Maġistrati f'Malta u Għawdex? Kemm ingħalqu kumpilazzjonijiet mis-sena 2010 sal-lum minn kull maġistrat? Jista' jagħti l-ammont ta' kumpilazzjonijiet pendneti li għandu kull maġistrat u kell ilhom pendneti sena b'sena? Jista' jagħt lista tal-kumpilazzjonijiet kollha li saru mill-2010 sal-lum fejn jindika min kien il-maġistart in kwestjoni f'kull kumpilazzjoni u liema esperti tqabbdu f'kull każ mill-imsemmi maġistrat? Kemm tħallsu flejjes lill-esperti nominati f'kull kumpilazzjoni wieħed wieħed mill-2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont kumulattiv ta' ħlas għall-kumpilazzjonijiet vis-à-vis kull espert minn kull maġistrat individwali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) kemm hemm inkjesti pendenti quddiem il-Qrati tal-Maġistrat (Malta) u Għawdex;
b) kemm ingħalqu inkjesti mis-sena 2010 sal-lum minn kull maġistrat;
ċ) l-ammont ta' inkjesti pendenti li għandu kull maġistrat u kemm ilhom pendenti sena b'sena;
d) jagħmel lista tal-inkjesti kollha li saru mill-2010 sal-lum fejn jindika min kien il-maġistrat li ordna l-inkjesti u liema esperti tqabbdu f'kull każ mill-imsemmi maġistrat;
e) jgħid kemm tħallsu flejjes lill-esperti nominati, wieħed wieħed mill-2010 sal-lum; u
f) jgħid kemm kien l-ammont kumulattiv ta' ħlas għall-inkjesti vis à vis kull espert minn kull maġistrat individwali?
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra, jekk mis-sena 1993 sal-lum sarux il-ħlasijiet tal-performance bonus lill-uffiċjali għolja tal-Korp tal-Pulizija u dan skont il-ftehim ta' Ġunju 1993? Jekk saru tali ħlasijiet, ta' performance bonus, f'liema perċentwali saru tali ħlasijiet u lil min saru sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li mir-records miżmuma jirriżulta illi l-ħlasijiet ta’ Performance Bonus bdew isiru, skont kif ipprovdut mid-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija ta’ Ġunju 1993, mill-1995, bl-ewwel pagament ikopri l-perjodu Ġunju 1993 - Diċembru 1994.
Il-bonus ingħata lill-fizzjali kollha fil-grad ta’ Supretendent jew ogħla, skont l-imsemmi Dokument. L-aħħar pagament li sar kien ikopri is-sena 2012. Il-bqija tal-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kunfidenzjali.