Legislature:
Category:
Reset
Active:

għaqdiet mhux governattivi – għajnuna finanzjarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk il-unions u għaqdiet mhux governattivi li se jingħataw għajnuna finanzjarja mill-MEUSAC? Kemm hu l-ammont eżatt li se tingħata lil kull union u għaqda mhux governattiva din is-sena u kemm kien l-ammont li kienu qed jingħataw l-istess unions u għaqdiet mhux governattivi fl-2009, 2010, 2011 u 2012?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti għas-sena 2013 għadhom ma nħarġux u bħalissa l-MEUSAC qed jilqa’ applikazzjonijiet biex jingħataw il-fondi għas-sena 2013. Ninformha wkoll li qed inpoġġi lista fuq il-mejda tal-kamra bid-dettalji l-oħra mitluba.

Ħatra ta’ Ambaxxaturi ġodda

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 3902, 3903 u 3904, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi li d-diplomazija hija l-professjoni tagħhom u liema huma dawn l-ambaxxaturi?

Response (VELLA, GEORGE)

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 3902, 3903, 3904, l-Ambaxxaturi li d-diplomazija hija l-professjoni tagħhom huma dawn :- Pierre Clive Agius Career Diplomat Stephen Borġ Career Diplomat Theresa Cutajar Career Diplomat
Leg 12 PQ #4784 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – rwol ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3906, jista’ l-Ministru jgħid, ladarba l-persuna, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mhux impjegat tal-Isptar Mater Dei, xi rwol għandu fl-istess Sptar? B’liema awtorità qed ikun preżenti fl-Out Patients tal-istess Sptar? Għax-xogħol li qed jagħmel qed jitħallas jew qed jaħdem b’mod volontarju? Dan il-persuna qed jinvolvi ruħu f’investigazzjonijiet mediċi fuq pazjenti jew qed jagħmel xogħol ta’ osservatur? F’isem min qed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-peruna li hemm referenza għaliha, mhux impjegat tal-Isptar Mater Dei iżda għandu rwol ta’ għalliem.

Pixxina Nazzjonali – temperatura tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-ilma tal-Pixxina Nazzjonali f’tal-Qroqq mhux qed jissaħħan? Jekk beda jissaħħan, meta beda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ilma tal-pixxina nazzjonali kien u għadu qed jissaħħan. L-ilma beda jissaħħan mill-Ġimgħa 11 ta' Ottubru, meta beda jiksaħ l-ilma.
Leg 12 PQ #5469 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Communication Co-Ordinators — korsijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Communication Co-ordinators li siefru Londra nhar il-Ħadd 27 t’Ottubru 2013 kinux fuq żjara uffiċjali jew privata? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li siefru flimkien u min kienu? X’tip ta’ kors qed jattendu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Dan il-Gvern qed jadotta politika ċara favur taħriġ u żvilupp tal-ħaddiema tiegħu, bl-istess mod kif qed jinċentiva t-taħriġ għall-ħaddiema fil-privat b’diversi skemi li tħabbru, fost l-oħrajn, fil-Budget 2014. Il-Communications Coordinators f’kull Ministeru rċevew email fis-6 ta’ Awwissu 2013 mic-Centre for Development, Research and Training (CDRT) li fiha kien hemm stedina għal min ried jattendi programm ta’ taħriġ bit-titlu “Government: Image and Communication – the UK Experience”. Tnax-il persuna wieġbet biex tattendi għal dan il-kors. Kull Communications Coordinator għamel request speċifika u b’mod indipendenti minn xulxin lis-Segretarju Permanenti fil-ministeri rispettivi tagħhom. Il-kors sar minn Public Administration International li hija kumpanija bbażata f’Londra. Id-deskrizzjoni tal-kors hekk kif ingħata mill-PAI hija din: “The study programme is designed for government press, communication and information officers, political and general editors from national newspapers, broadcasting organisations and news agencies as well as spokesmen/women from political parties and non-governmental organisations. The programme will also benefit others responsible for communicating with the public. The programme is designed to help those in public communication and information roles understand and make use of the complex range of modern media, both in your country and internationally. A combination of visits and discussions with experts will enable you to understand the strategic basis of good communication and the UK’s experience in seeking to apply it. Mill-2001 lil hawn taħt amministrazzjonijiet differenti kien hemm 17-il persuna li attendiet għal korsijiet tal-PAI.

Transport Malta – ingaġġ ta’ konsulenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4618, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha jingħata separatament, hija l-mara ta' uffiċjal għoli fi ħdan il-Partit Laburista? Jista’ jgħid jekk din il-konsulenta intgħażlitx wara sejħa pubblika jew inkella hux b'direct order? Jekk b'direct order, x' kienet ir-raġuni li din il-konsulenza ngħatat b'direct order? Jista’ jgħid kemm se jiswew fis-sena lil Transport Malta s-servizzi ta' din il-konsulenta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta u l-Ministeru jingaġġaw persuni skont il-ħila tagħhom, irrispettivament lil min huma miżżewga jew x’parentela jkollhom. Ninfurmah ukoll li l-persuna msemmija ġiet ingaġġata direttament minn Transport Malta minħabba l-esperjenza vasta u speċjalizzata li din għandha fil-qasam tax-xogħol li dwaru qed tagħti konsulenza. Mhux opportun li tingħata informazzjoni rigward remunarazzjoni minħabba li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva.

Boat Show ta’ Monaco

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4620, jista’ l-Ministru jispeċifika liema delegazzjoni ministerjali Maltija attendiet għall-boat show ta’ Monaco qabel id-9 ta’ Marzu 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4620, nikkonferma li l-attendenza għall-konferenzi bħal dawn hija importanti ħafna fl-Industrija tal- Yachting. Bl-attendenza għal dawn l-avvenimenti tkun qed turi l-impenn li għandu il-Gvern lejn dan is-settur. Għaldaqstant jien nikkonferma li kien hemm okkażjonijiet fejn delegazzjonijiet ministerjali minn Gvernijiet preċedenti, attendew u għamlu sew, għal esebizzjonijiet u konferenzi simili fosthom dawk tal-Posidonia fl-2004, 2006 u fl-2008.

Grand Harbour Regeneration Committee – membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman u l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Committee? Xi kwalifiki għandha kull persuna li tifforma parti minn dan il-kumitat? X'remunerazzjoni qed jieħu kull membru ta' dan il-kumitat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li taħt id-dekasteru tiegħi ma jeżisti ebda kumitat bl-isem ta’ “Grand Harbour Rehabilitation Committee”.

Grand Harbour Regeneration Committee — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat li jsiru proġetti mill-Gran Harbour Regeneration Committee? Kemm hu stmat li se jiswa’ dan ix-xogħol? Meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 5600.

Transport Malta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x-xogħol qed tagħmel il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għal Transport Malta, taħt liema kundizzjonijiet finanzjarji qed jagħmel dan ix-xogħol u jekk inħarġitx sejħa pubblika għall-istess servizz?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5571.

kumitat tal-Kordin Grain Terminal — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman u l-membri tal-kumitat tal-Kordin Grain Terminal? Xi kwalifiki għandha kull persuna li tifforma parti minn dan il-kumitat? X'remunerazzjoni qed jieħu kull membru ta' dan il-kumitat?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5743 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru.
Leg 12 PQ #5744 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għax- xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5745 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Foundation for Medical Service — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Service għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Fondazzjoni għas-Servizz Mediku toħroġ il-management accounts tagħha kull kwart tas-sena u mhux kull xahar. Għaldaqstant għandek issib mehmuż il-management accounts għall-perjodu sal-aħħar ta' Settembru 2013.
Leg 12 PQ #5746 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità dwar il-Mediċini — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Awtorità dwar il-Mediċini għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-mistoqsija dwar l-Awtorità dwar il-Mediċini għandha ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5747 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement and Supplies Unit — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts ta’ tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru.
Leg 12 PQ #5748 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operat tal-POYC — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal- Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru.

Enemalta — communications manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa interna għal post ta’ communications manager tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista’ jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li jidher li qed jokkupa din il-pożizzjoni hux impjegat mal-Korporazzjoni Enemalta? Jekk mhux impjegat, kif ġie magħżul? Xi kwalifiki għandu? Jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija huwa impjegat mal-Korporazzjoni. Il-persuna huwa kkwalifikat f’Baċellerat fil-Komunikazzjoni u għandu 13-il sena esperjenza fil-ġurnaliżmu, komunikazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi. Għal dawn l-aħħar tliet snin, il-persuna msemmija kienet qed taħdem fi rwol simili, ma’ entità governattiva oħra.

Enemalta – testijiet ta’ kwalità tal-fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kull meta jsiru tests fuq il-kwalità tal-fuel li tqassam il-Korporazzjoni Enemalta fil-petrol stations? Peress li fil-ġurnali ġie rrappurtat li fil-11 t’Ottubru saru tests fuq il-kwalità tad-diesel, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sample ttieħed dakinhar u minn kemm-il bowser? Jista’ jgħid liema kumpanija għamlet dawn it-testijiet u f’liema laboratorju/i ttieħdu dawn is-samples? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta’ dawn is-samples?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta tagħmel testijiet fuq kwalità kull meta jirċievu kunsinna ta’ fuel ġdida. Barra minn hekk isiru testijiet kull meta tinħass il-ħtieġa li jsir dan. Fil-11 t’Ottubru saru testijiet fuq kampjun ta’ dies el meħud minn Tank Numru 1, liema tank kien qiegħed jintuża biex jgħabbi l-bowsers kollha. Ir-riżultat ikkonferma li d-diesel kien skont l-ispeċifikazzjonjiet Ewropej. Dawn it-testijiet saru mill-Kumpanija Inspectorate fil-laboratorju tagħha.

MRA – testijiet fuq il-kwalità tad-diesel

Question

Peress li fil-ġurnali ġie rrappurtat li l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi għamlet fuq il-kwalità tad-diesel li jitqassam fil-petrol stations, jista’ jgħid kemm-il sample ttieħed u meta ttieħdu? Jista’ jgħid liema kumpanija għamlet dawn it-tests u f’liema laboratorju/i ttieħdu dawn is-samples? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ir-riżultati ta’ dawn is-samples?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tests saru mill-kumpaniji Inspectorate Malta Ltd u Saybolt Malta Ltd.