Legislature:
Category:
Reset
Active:

Abbozz ta' Liġi dwar l-Istandards fil-Ħarsien Soċjali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 33539 tal-11-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid meta l-abbozz tal-liġi dwar l-Istandards fil-Ħarsien Soċjali se jitressaq quddiem il-Parlament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Abbozz tal-Liġi dwar l-Istandards fil-Ħarsien Soċjali fih xi punti li qeghdin jigu analizzati fil-present. Huwa ppjanat li dan l-Abbozz jitqiegħed dalwaqt fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel pubbliċi – ħalib u frott frisk

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5363, jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk l-iskejjel li mhux qed jipparteċipaw fl-iskema li l-istudenti jingħataw ħalib frisk meta jmorru l-iskola? X’inhi r-raġuni li dawn il-kapijiet tal-iskola ma jridux li jipparteċipaw f’din l-iskema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi kif se nsemmi:- Lista 'A' Skejjel pubbliċi li mhux qed jipparteċipaw fl-iskema tal-ħalib issussidjat mill-UE. Lista 'B' Skejjel li għalkemm ma jipparteċipawx fl-iskema xorta jagħtu ħalib lill-istudenti. L-iskema ta' ħalib issussidjat hija volontarja. Kull skola li tipparteċipa trid tħallas 80% tal-kont u għalhekk xi skejjel ma jieħdux sehem fl-iskema.
Leg 12 PQ #6091 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

imwiet traġiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew imwiet traġiċi matul is-sena l-oħra? Fejn saru? X’tip ta’ imwiet kienu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jispecifika ghal liema tip ta’ mwiet tragiċi qed jirreferi.

Reġistru Elettorali – votanti reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom 'il fuq minn 18-il sena u li għandhom ċittadinanza Maltija? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' votanti reġistrati fir-reġistru elettorali ta' Malta u Għawdex?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ebda awtorità Maltija qatt ma kellha rekord ta’ kemm hemm persuni li għandhom ċittadinanza Maltija. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija l-Electoral Office.

Elezzjoni Ġenerali – persuni barranin – dritt għal vot

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn barranin li matul is-snin 2011, 2012 u 2013 (sal-ġurnata li titwieġeb din il-misoqsija) ġabu d-dritt li jivvutaw mhux biss għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali imma ukoll għal dik tal-elezzjoni ġenerali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Persuni li ngħataw ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-2010, 2011, 2012 u 2013? Jista' jagħti wkoll breakdown ta' kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Liema nazzjonalità rrinunzjaw?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li ġew mogħtija ċ-ċittadinanza Maltija fis-snin imsemmija minnu huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Sena Total ta' persuni li ngħataw ċittadinanza Nisa Rġiel 2010 944 474 470 2011 1081 579 502 2012 1142 649 493 2013 961 500 461 Skond l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) ninforma ukoll li persuni li jingħataw iċ-Ċittadinanza Maltija m’humiex meħtieġa li jirrinunzjaw iċ-ċittadinanza (jew ċittadinanzi ) tagħhom sabiex jibqgħu iżommu il-Maltija.

Applikazzjoni ta’ uniform residence permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandu l-Gvern għall-applikazzjoni ta' uniform residence permit għal persuni barranin residenti f’Malta u li għall-fini tal-ivvjaġġar tagħhom fl-Unjoni Ewropea jeħtieġu dan il-permess għall-fatt li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex stati fl-Unjoni Ewropea?

Response (MALLIA, EMANUEL)

In-numru ta’ persuni li huma ċittadini ta’ pajjiż terz (Third Country Nationals) li għandhom applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta’ permess ta’ residenza huwa 3,645.

Divorzji reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji minn barra minn Malta fir-reġistru pubbliku f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament, u minn liema pajjiż? Jista' jgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx barrani u jekk iva, minn liema pajjiż?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-aħħar mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx statistika dwar in-nazzjonalita tal-partijiet fiż-żwieġ.

Ċittadinanza Maltija – applikazzjonijiet approvati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew approvati/mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Liema ċittadinanza irrinunzjaw? Kemm minnhom kienu ġuvintur u xebbiet, u kemm minnhom kienu miżżewġa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Matul l-ewwel ħames xhur tal-2013 in-numru ta’ persuni li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta’ Malta huwa 541 u 74 rispettivament. Minn dawn 192 huma miżżewġin Maltin filwaqt li 275 huma rġiel u 340 huma nisa. Skond l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija m’humiex meħtieġa li jirrinunzjaw iċ-ċittadinanza Maltija (jew ċittadinanzi oħra) li għandhom biex iżommu il-Maltija.

suġġetti vokazzjonali – allokazzjoni ta’ riżorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’riżorsi se jintużaw u jekk hemmx flus allokati għat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali? Jista’ jagħti d-dettalji dwar l-ispejjeż kapitali fl-iskejjel għall-bini ta’ laboratorji jew workshops għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti? X’għajnuna se tingħata lill-iskejjel tal-Knisja u indipendenti biex ikunu jistgħu jinvestu fit-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li għall-implimentazzjoni tal-proġett pilota tal-erba’ suġġetti vokazzjonali tal-BTEC, intefqet s’issa is-somma ta’ madwar €115,140. Din is-somma tkopri, fost l-oħrajn, l-ispejjeż tat-taħrig tal-għalliema kollha mill-Edexcel; il-kotba tal-istudenti kollha; il-kotba u materjal pedagoġiku ieħor għall-għalliema kollha – tal-Istat, tal-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti – mdaħħlin fit-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali; iż-żjarat ta’ kull sena mill-uffiċjali tal-Edexcel biex jassessjaw ix-xogħol tal-għalliema u tal-istudenti kollha; iż-żjarat mill-uffiċjali tal-Edexcel biex jassiguraw il-kwalità tal-istandards fl-immaniġjar tat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel kollha; ħlas ta’ miżati ta’ dawn il-kwalifiċi lil dawk l-istudenti li l-familji tagħhom talbu l-għajnuna għaliex qegħdin fuq is-servizzi soċjali; u għoti ta’ fondi supplementari lill-iskejjel kollha sabiex jinxtraw riżorsi meħtieġa għat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali. S’issa ma kienx hemm bżonn ta’ spejjeż kapitali fl-iskejjel għall-bini ta’ laboratorji jew workshops għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti. Dan għaliex it-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali fil-proġett pilota qed isir fil-laboratorji tas-suġġetti tat-Teknoloġija, tal- Home Economics , tal-Ikel, u fil-klassijiet.
Leg 12 PQ #5470 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat mal-Gvern Ċiniż fuq il-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tip ta’ ftehim bejn il-Partit Laburista u l-Gvern Ċiniż u/jew entitajiet oħra Ċiniżi fuq l-Korporazzjoni Enemalta qabel l-Elezzjoni Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jistqarr bla ebda ekwivoku li dak li ġie ffirmat mill-Gvern Malti fiċ-Ċina f’Settembru 2013 m’għandu l-ebda rabta maż-żjarat li hu u/jew rappreżentati oħra tal-Partit Laburista għamlu fiċ-Ċina meta kienu fl-Oppożizzjoni fl-2010 u fl-2012?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4773.
Leg 12 PQ #5471 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntatti maċ-Ċina — laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid: a) Meta saru l-ewwel kuntatti maċ-Ċina? Kif saru? Ma’ min? Minn min? b) Meta saret l-ewwel laqgħa? Min kien preżenti? F’liema kariga? c) Id-data eżatta ta’ meta fetħu n-negozjati? d) Jekk kienx hemm sensar jew medjatur involut? Jekk iva, min kien u x’tip ta’ ftehim sar miegħu jew magħha? Kemm se jieħu jew tieħu flus wara li jsir dan il-ftehim?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4774.
Leg 12 PQ #5472 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-aħbarijiet dwar il-mitt jum tal-Gvern — armar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3894 u jgħid min għamel l-armar għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret dwar il-mitt jum tal-Gvern Laburista? Inħarġet tender jew saret permezz ta' quotations? Kemm-il quotation intalbet u lil min? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-quotations u r-risposti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4775
Leg 12 PQ #5473 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-aħbarijiet dwar żjara ta’ President — armar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min għamel l-armar għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret għaż-żjara tal-President Van Rompuy f’Lulju 2013? Inħarġet tender jew saret quotations? Kemm-il quotation intalbet u lil min? Jista’ jpoġġi kopja tal-quotations u r-risposti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4776
Leg 12 PQ #5474 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Advanced Pharmacy Practitioners — appointments

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3907, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se joħorġu l-appointments tal-Advanced Pharmacy Practitioners li r-riżultat tal-interviews għalihom ħareġ fit-22 ta’ Frar 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant tara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5652.
Leg 12 PQ #5475 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pożizzjoni mal-Korea ta’ Fuq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni ċara u inekwivoka tal-Gvern Malti fil-konfront tal-Korea ta’ Fuq u l-ksur fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem f’dan il-pajjiż? Peress li fit-13 t’April 2012, il-Prim Ministru (dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni) kien stqarr li “jispera li kollox ikompli miexi sewwa fil-Korea ta’ Fuq”, għadu tal-istess fehma? Jekk iva, x’hemm miexi sew fil-Korea ta’ Fuq? Kif biħsiebu jikkollabora mall-Korea ta’ Fuq u fl-istess waqt jonora l-obbligi ta’ pajjiżna fuq il-politika Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsijiet parlamentari 4778 u 4497.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — impjegati ingaġġati ma’ kuntrattur

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-diversi uffiċini u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'Għawdex li huma impjegati ma' kuntrattur? Jista’ jgħid x'inhu x-xogħol li jagħmlu u fejn, min hu l-kuntrattur, x'kuntratt hu u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jagħti d-data tal-ingaġġ ta' kull impjegat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li hemm żewġ persuni mpjegati ma' kuntrattur li jaħdmu fid-diversi uffiċini u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'Għawdex. Iż-żewġ persuni jaħdmu ma' Clentec u jipprovdu servizz ta' tindif fl-MCAST ta' Għawdex. Dawn ġew ingaġġati fid-29 ta' April u l-10 ta' Ġunju 2013 rispettivament.

servizz tat-trasport pubbliku – kuntatti ma’ kumpanija Ċiniża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat il-Ministeru jew Transport Malta jew il-Gvern kenux f’kuntatti ma’ kumpanija Ċiniża sabiex din tieħu over is-servizz tat-trasport pubbliku mill-Arriva?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda kuntatti ma’ kumpanija Ċiniża sabiex din tieħu over is-servizz tat-trasport pubbliku. Madankollu ma nafx jekk fl-aħħar ġimgħat sarux kuntatti mill-Onor. Interpellant ma’ kumpaniji Ċiniżi jew xi kumpaniji oħra barranin.

Transport Malta – kap eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu, inkluż benefiċċji, il-kap eżekuttiv ta’ Transport Malta, u jekk għandux kuntratt definit jew indefinit? Jista’ jgħid ukoll x’kundizzjonijiet għandhom il-membri tal-bord ta’ Transport Malta u jekk għandhomx ħlasijiet li qed isiru mill-Ministeru minflok minn Transport Malta? Jista’ jgħid jekk inħatrux is-supervisory boards fi ħdan Transport Malta skont il-liġi u, jekk inħatru, jgħid min huma l-membri, kemm qed jitħallsu u kemm-il darba ltaqgħu s’issa mit-12 ta’ Marzu 2013 ’l hawn, u jekk ma ġewx maħtura, jgħid għaliex le?

Response (MIZZI, JOE)

Fir-rigward tal-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3910. Rigward il-membri tal-bord ta’ Transport Malta, dawn qed jieħdu l-istess remunerazzjoni li kellhom il-membri tal-bord taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Is- Supervisory Boards fi ħdan Transport Malta li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huma dawn: Maritime Supervisory Committee Land Transport Supervisory Committee Roads and Infrastructure Supervisory Committee Sal-lum, il-Maritime Supervisory Committee ltaqa’ darba, filwaqt li l-kumitati l-oħra ser jiltaqgħu fil-ġranet li ġejjin. Il-membri ta’ dawn il-kumitati ma ħadu l-ebda ħlas.

Transport Malta – annual report

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Annual Report għas-sena 2012 ta’ Transport Malta li suppost, skont il-liġi, tlesta sal-aħħar ta’ Marzu 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li min ikun Shadow Minister ta’ Ministeru partikolari għandu isegwi bir-reqqa x-xogħol kollu li jkun għaddej f’dan il-qasam, b’mod speċjali dak li jkun għaddej fil-Parlament li jirrigwarda il-Ministeru li tiegħu jkun Shadow Minister. Meta ma jkunx qed isir dan ix-xogħol, ikun ċar li kull kritika li tkun qed issir minnu ma tkunx kritika ibbażata fuq fatti u anqas ma tkun qed issir b’intenzjoni li l-affarijiet jiġu irranġati fl-interess tal-pajjiż. Għaldaqstant ma nistax nifhem kif l-Onor. Interpellant qed jerġa jitlob biex jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport Annwali għas-sena 2012 ta’ Transport Malta meta dan l-istess rapport ilu ‘l fuq minn 5 xhur li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.