Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — Permessi għall-bidliet fil-one ways

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5828, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq indikati fir-risposta? Jista' jagħti risposta ukoll għall-aħħar żewġ domandi li hemm fid-domanda 5828?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tlett toroq li qed tirreferi għalihom il-mistoqsija parlamentari 5828 huma Triq Mons. A. Mifsud, Triq l-Erba' Mwieżeb u Triq San Ġeraldu. B’referenza għall-aħħar żewġ domandi, jien infurmat li wħud minn dawn il-permessi kienu jeħtieġu applikazzjoni u permess mill-MEPA qabel ma jsir ix-xogħol. Fl-ebda każ Transport Malta ma ġiet infurmata li x-xogħlijiet saru w allura ma kienx hemm lok ta' spezzjoni fuq il-post. Nitlob lill-Onoveroli Inperpellant sabiex jekk jixtieq xi informazzjoni dwar xi każ partikolari jgħaddi d-dettalji sabiex l-Awtorita’ tkun tista' ssegwi l-każ mill-qrib.
Leg 12 PQ #6054 Sitting 93 2013-11-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – Triq Għawdex – stallazzjoni ta’ dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar jassigura li fi Triq Għawdex, f’San Pawl il-Baħar, jinxtegħel id-dawl pubbliku fiha, minħabba n-nuqqas ta' dawl li hemm?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fit-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hemm erba’ bozoz: tlieta (3) stallati ma’ ħitan u oħra (1) ma’ arblu. Il-Kunsill Lokali ma rċieva l-ebda rapport jew ilment dwar ħsarat jew nuqqas ta’ dawl. Madankollu l-Kunsill se jara x’nuqqas jista’ jkun hemm u, jekk ikun il-każ, jara li s-sitwazzjoni titjieb.
Leg 12 PQ #2506 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Spejjeż fuq attrezzament

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi. Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji ta’ kemm kienet l-ispiża fuq attrezzament bejn Marzu u l-bidu ta’ Ġunju mis-Segretarjati tal-Prim Ministru u tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva.

Ċittadinanza Maltija — Talbiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li fil-mument għandhom talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza Maltija? Minn liema nazzjonalità huma u kemm ilha pendenti l-aktar applikazzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni Ii bħalissa għandhom applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza Maltija pendenti huwa 1,145. Ma tinżamx statistika tan-nazzjonalita ta’ dawn il-persuni. L-aktar applikazzjoni antika saret fl-14 ta’ Dicembru 2005.

Ċittadinanza doppja – talbiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-preżent hemm talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza doppja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

In-numru ta’ persuni li għandhom talba pendenti biex jiġi ikkonfermat lilhom jekk jikkwalifikawx biex ikollhom ċittadinanza doppja huwa 150.

Ċittadinanza Maltija – pajjiż tal-oriġini

Question

Jista' l-Ministru jindika l-pajjiż tal-oriġini ta' dawk il-persuni li ma twildux f'Malta u li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija matul is-snin 2011, 2012, u 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #2576 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — bordijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-bordijiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru ltaqgħu wara Marzu ta’ din is-sena.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huma tnejn. In-National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention u l-Kunsill tal-Maltin ta' Barra. In-National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention ltaqa' fit-2 t'Awissu 2013. Hemm ħsieb li l-Kunsill tal-Maltin ta' Barra ltaqa' f'Ottubru li għadda skont kif titlob il-Liġi.

Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob – chairman

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2618 u jikkonferma jekk il-Gvern ġiex uffiċjalment mgħarraf li ċ-chairman tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob ġie maħtur bħala konsulent għad-Direttur tal-Gaming Enforcement ta' New Jersey? Il-Gvern ħa parir legali jekk din il-ħatra tmurx kontra l-provvediment 9 (4) (ċ) tal-Att dwar il-Lotteriji u Logħob Ieħor? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir legali li ngħata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex rigward il-kariga ta' chairman tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u Logħob, jagħmel referenza għall-PR maħruġa mid-DOI numru PR 2455.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħol mogħti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5476 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li jgawdu minn status diplomatiku u immunità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se tgawdi minn status diplomatiku u immunità? Jekk iva, hemm ftehim mal-pajjiżi li fihom se taħdem din il-persuna? Liema eżattament huma l-pajjiżi Ażjatiċi li fihom se taħdem? Jista’ jgħid jekk dawn jinkludux il-Korea ta’ Fuq? Din il-persuna se tirrispondi għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin (bħala diplomatiku) jew għall-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar? X’se jkun ir-rwol tal-ambaxxatur Malti f’Beijing u kif se jaħdem ma’ din il-persuna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4779

Chairman tat-Tribunal Industrijali

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tneħħa minn chairman tat-Tribunal Industrijali b’effett mit-8 ta’ Lulju 2013? Jekk dan huwa veru x’inhi r-raġuni? Hija konxja li l-ħidma tat-Tribunal Industrijali waqfet ħesrem għad-detriment taċ-ċittadini li qed jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4780.

Volontarjat — żgħażagħ

Question

Peress li fit-28 ta’ Settembru 2013, waqt konferenza fuq il-Volontarjat, il-Ministru Helena Dalli qalet li “Aktar nies, speċjalment iż-żgħażagħ, għandhom jiġu mħeġġa mill-Gvern u mis-soċjetà ċivili biex jagħmlu xogħol volontarju mal-NGOs, tista’ l-Ministru tgħid kif il-Gvern jista’ jinkoraġixxi lin-nies jinvolvu ruħhom fl-NGOs meta fl-istess nifs, naqqas l-għajnuna finanzjarja lill-NGOs permezz tal-fondi tal-MEUSAC?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4781

Unions u NGOs – għajnuna finanzjarja mill-MEUSAC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk il-unions u NGOs li se jingħataw għajnuna finanzjarja mill-MEUSAC? Kemm hu l-ammont eżatt li se tingħata kull Union u NGO din is-sena u kemm kien l-ammont li kienu qed jingħataw l-istess unions u NGOs fl-2009, 2010, 2011 u l-2012?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4782

Ambaxxaturi ġodda

Question

B’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 3902, 3903 u 3904, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi li d-diplomazijai hija l-professjoni tagħhom u liema huma dawn l-ambaxxaturi?

Response (VELLA, GEORGE)

Din il-mistoqsija hija kelma b'kelma bħal mistoqsija parlamentari 4783 magħmula mill-istess Onor. Membru, li r-risposta tagħha ngħatat fit-18 ta' Novembru, 2013.

articulated buses — Rapporti tekniċi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4637, jista’ l-Ministru jgħid kif wasal għal konklużjoni illi minħabba s-sigurtà pubblika, l-imsemmija rapporti m'għandhomx jiġu ppubblikati? Fejn, f'dawn ir-rapporti, hemm stipulat illi minħabba is-sigurtà pubblika, dawn ir-rapporti jew partijiet minnhom m'għandhomx jiġu ppubblikati? X'inhi r-raġuni li l-Ministru jibqa’ jinsisti illi ma jippubblikax dawn ir-rapporti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iktar x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4637.

articulated buses — Rapporti tekniċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport tekniku ġie ppreparat u ppreżentat lilu fir-rigward tal-articulated buses fid-dawl ta' inċidenti ta' ħruq li kienu nqalgħu reċentement? Min ipprepara dawn ir-rapporti? X'inhuma r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dawn ir-rapporti? Dawn tressqu għall-attenzjoni tal-operatur? X'qed isir minn Transport Malta biex jiġi żgurat illi dawn ir-rakkomandazzjonijiet jitwettqu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju, u minħabba s-sensitivittà tas-suġġett m’għandi xejn iktar x’inżid ma dak li diġà ntqal. Aktar informazzjoni tingħata iktar 'il quddiem fil-mument opportun.

Coaches minflok articulated buses – apparat ta’ sigurtà

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4642, jista’ l-Ministru jgħid b'liema mod id-diskussjonijiet li qed isiru jiġu ppreġudikati billi jagħti l-informazzjoni mitluba, u ċjoè illi min se jħallas għall-ispejjeż biex jinkrew il-coaches li qed jissostitwixxu l-articulated buses?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju m’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4642 ħlief li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva.
Leg 12 PQ #5613 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iż-Żejtun – reviżjoni tal-pjan lokal

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4639, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif tirrelata t-tweġiba f'mistoqsija parlamentari 3657 mal-mistoqsija parlamentari 4639?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4639 tirrelata mat-tweġiba ghall-mistoqsija parlamentari numru 3567 għax peress li ż-żewġ mistoqsijiet kienu identiċi u ċ-ċirkostanzi bejn waħda u l-oħra ma nbidlux ir-risposta tkun ukoll identika.