Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149, tista’ l-Ministru tikkonferma li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ħareġ tlieta u tletin (33) deċiżjoni mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni? Tista’ allura tgħid skont liema liġi d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ħareġ dawn id-deċiżjonijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Nixtieq niċċara punt lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju fir-rapport annwali, ma użax il-kelma “deċiżjonijiet” iżda semma l-kelma “każijiet”. Illi skont l-Artiklu 19(2) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, l-Uffiċċju jista’ jippubblika deċiżjonijiet skont is-segwenti artikli biss: 12A(6), 12Ċ, 12D, 14(3), 15 u 21. Jista’ wkoll jippubblika deċiżjonijiet skont regolament 17 tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet. Illi huwa minnu, inoltre, li l-Uffiċċju rrisponda illi fil-bqija tal-każijiet, (jiġifieri t-33 każ) ma ħariġx deċiżjoni kif jikkontempla l-Att dwar il-Kompetizzjoni, madanakollu xorta waħda ġew magħluqa il-bqija tal-każijiet hekk kif se jiġi spjegat: · Tlettax il-każ taħt Artikolu 14 (2) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni billi l-Uffiċċju bagħat ittra lil min għamel l-ilment li m’hemmx raġunijiet suffiċjenti biex jaġixxi fuq l-ilment · Disa’ każijiet wara li l-Uffiċċju kien kiteb lil min għamel l-ilment jew għamel laqgħa u dan ma weriex aktar interess · Tliet każijiet għax il-kwistjoni ġiet solvuta bejn il-partijiet · Żewġ każijiet peress li l-intrapriżi li kienu qed jiġu investigati ħadu l-passi neċessarji mitluba mill-Uffiċċju · Żewġ każijiet wara li l-Uffiċċju għamel l-analiżi neċessarja u nstab li ma jaqgħux taht il-liġi tal-konċentrazzjonijiet · Każ wieħed wara li l-Ufficcju informa lil intrapriżi li l-prattiċi ikkontemplati jistgħu ikunu suġġetti minn ilmenti ta’ terzi · Każ wieħed wara li l-Uffiċċju ppubblika inkjesta settorjali taħt l-artikolu 11A fejn għamel numru ta’ rakkomandazzjonijet · Żewġ każjiet wara li l-Uffiċċju ta parir ( advocacy ) taħt l-artikolu 14 tal-Att dwar l-Awtorita ta’ Malta ghall-Kompetizzjoni u għall-affarijiet tal-Konsumatur

Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għat-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni tista’ l-Ministru tgħid liema setturi tal-ekonomija dawn kienu jikkonċernaw?

Response (DALLI, HELENA)

L-ewwelnett nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari 30451 fejn urejt li huwa zbaljat fil-konkluzjoni tiegħu li d-deċizjonijiet ma ħarġux skont il-liġi. Infurmata li l-kazijiet li ġew magħluqa skont il-liġi kienu jikkonċernaw is-setturi tal- ikel, trasport, enerġija, parkeġġ, edukazzjoni, ambjent, benessere tal-persuna, stationery, Uniformijiet tal-Iskola, Assikurazzjoni u Finanzjarju.

Santa Luċija – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Santa Luċija tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija tul is-sena 2016 inxtraw 144 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 854 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 8,831 ktieb.

Il-Fgura – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika tal-Fgura tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika tal-Fgura tul is-sena 2016 inxtraw 150 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 415-il ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 15,875 ktieb.

Il-Gudja – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika tal-Gudja tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika tal-Gudja tul is-sena 2016 inxtraw 200 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 512-il ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 9,364 ktieb.

Iż-Żejtun – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika taż-Żejtun tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016? l

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika taż-Żejtun tul is-sena 2016 inxtraw 130 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 728 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 15,379 ktieb.

Ħal Tarxien – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016 inxtraw 115-il ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 280 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 2,801 ktieb.

Il-Birgu – Librerija Pubblika — xiri u donazzjoni ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni lil-librerija pubblika tal-Birgu tul is-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija matul l-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika tal-Birgu tul is-sena 2016 inxtraw 117-il ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 403 kotba ngħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 3,196 ktieb.
Leg 12 PQ #29624 Sitting 474 2017-01-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Finanzi

Garanziji Bankarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra..

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Privat tiegħi huwa stabbilit fil-parametri li jipprovdi għalihom id-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat li kopja tiegħu diġa' tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29647 Sitting 474 2017-01-25 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29649 Sitting 474 2017-01-25 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-membri tas-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29650 Sitting 474 2017-01-25 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise – Investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid permezz tal-ħidma tal-Malta Enterprise x’investimenti barranin inġiebu f’pajjiżna fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 rispettivament? Jista’ jgħid ukoll : a) x’kien jisimhom dawn l-entitajiet kummerċjali; b) fejn ġew mogħtija s-sit minn fejn qed jaħdmu; c) kemm bdew iħaddmu persuni u kemm qed iħaddmu llum; u d) x’kienet l-għajnuna finanzjarja li tat il-Malta Enterprise biex dawn l-industrijijiftħu f’pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Belt Valletta – rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-Belt Valletta fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.

Santa Venera – Triq Adelaide Cini — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont tal-istima li ġiet maħduma għax-xogħlijiet li jridu jsiru fi Triq Adelaide Cini kantuniera ma’ Triq Vivion u Triq il-Marki¿ Scicluna, f'Santa Venera? Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu qed jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obbligi tagħhom. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq imbagħad isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.

Santa Venera – Triq Tumas Dalli — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont tal-istima li ġiet maħduma għax-xogħlijiet li jridu jsiru fi Triq Tumas Dalli kantuniera ma’ Triq il-Ferrovija f'Santa Venera? Jista' jgħid meta ser ikunu qed jitlestew dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti minn din it-triq għadha ma ġietx żviluppata. Il-parti li hija żviluppata fil-fatt diġà kienet asfaltata.

Ħamrun – ċentru — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma x-xogħlijiet maġġuri fiċ-ċentru tal-Ħamrun li saru fl-2016? Jista' jgħid ukoll x'hemm ippjanat li jsir matul din is-sena, fejn ser ikun qed isir u meta hu ppjanat li jitlesta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena 2016 saru xogħlijiet ta’ resurfacing tul il-Marsa/Ħamrun Bypass. Għal din is-sena Transport Malta se tkun qiegħda tagħmel xogħlijiet fuq il-bankini u tibdil ta’ servizzi fiċ-ċentru tal-istess lokalità.