B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6026, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzja ta' negozju marbut mal-agrituriżmu?
Response (VELLA, KARMENU)
Nifhem li l-Onor. Interpellant segwa t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6026 li hu qiegħed jirreferi għaliha. Għaldaqstant mill-ġdid nerga’ nagħmel referenza għall-istess tweġiba.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Agrituriżmu — studji
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandhomx studju/i li jindikaw ħtieġa għal operaturi ta' negozji marbuta mal-agrituriżmu f'Malta u Għawdex? Jekk dan l-istudju/dawn l-istudji jeżistu, jista' l-Ministru jpoġġih/ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern bħalissa qiegħed jaħdem sabiex jirregolarizza u jippromwovi l-Agrituriżmu bħala niċċa ġdida għas-settur turistiku Malti. F’din il-ħidma, mhux eskluż li jsiru studji lokali jew issir refenza għal studji internazzjonali relatati ma’ dan il-qasam.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6067 u jgħid kemm hemm kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qrati tal-Maġistrati f'Malta u Għawdex? Kemm ingħalqu kumpilazzjonijiet mis-sena 2010 sal-lum minn kull maġistrat? Jista' jagħti l-ammont ta' kumpilazzjonijiet pendneti li għandu kull maġistrat u kell ilhom pendneti sena b'sena? Jista' jagħt lista tal-kumpilazzjonijiet kollha li saru mill-2010 sal-lum fejn jindika min kien il-maġistart in kwestjoni f'kull kumpilazzjoni u liema esperti tqabbdu f'kull każ mill-imsemmi maġistrat? Kemm tħallsu flejjes lill-esperti nominati f'kull kumpilazzjoni wieħed wieħed mill-2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont kumulattiv ta' ħlas għall-kumpilazzjonijiet vis-à-vis kull espert minn kull maġistrat individwali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
1. Quddiem il-Qrati tal-Maġistrati (Malta) sat-30 ta’ Settembru, 2013 kien hemm 1519-il kumpilazzjoni pendenti filwaqt li fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), sal-istess perijodu kien hemm 259.
2. Tabella A turi kemm kien l-ammont ta’ kumpilazzjonijiet li ingħalqu minn kull Maġistrat mis-sena 2010 sat-30 ta’ Settembru, 2013
TABELLA A
MALTA
GĦAWDEX
3. Tabella B turi l-ammont ta’ kumpilazzjonijiet li kull Maġistrat għandu pendenti sat-30 ta’ Settembru, 2013 però ma tinkludiex kemm ilhom pendenti peress li tali statistika preżentement ma tinżammx.
TABELLA B
MALTA
INKJESTI PENDENTI - 30/09/2013
MAĠISTRAT
Gabriella Vella103
Saviour Demicoli1
Giovanni Grixti27
Miriam Hayman174
Audrey Demicoli27
Marse-ann Farrugia469
Anthony Micallef Trigona89
Doreen Clarke126
Edwina Grima128
Clarie Stafrace Zammit101
Consuelo Scerri Herrera10
Antonio Giovanni Vella35
Francesco Depasquale84
Neville Camilleri38
Carol Peralta42
Ian Farrugia24
Natasha Galea Sciberras23
Aaron Bugeja18
Charmaine Galea0
TOTAL1519
GĦAWDEX
INKJESTI PENDENTI - 30/09/2013
MAĠISTRAT
Edwina Grima95
Giovanni Grixti0
Paul Coppini3
Consuelo Scerri Herrera0
Anthony Ellul0
Neville Camilleri160
Josette Demicoli1
TOTAL259
4. Tabella Ċ hija lista ta’ kumpilazzjonijiet li kull maġistrat ħa sena b’sena mill-2010 sal-30 ta’ Settembru, 2013. Mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni dwar liema esperti tqabbdu f’kull każ mill-imsemmi maġistrat stante li tali statistika ma tinżammx.
TABELLA Ċ
5. Ma tinżammx statistika għall-flejjes li tħallsu lill-esperti nominati f’kull kumpilazzjoni wieħed wieħed mill-2010 sal-lum.
6. Ma tinżammx statistika għall-ammont kumulattiv ta’ ħlas għall-kumpilazzjonijiet vis-à-vis kull espert minn kull maġistrat individwali.
(Ara dokument 1898 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 97 nhar l-Erbgħa 27 ta' Navemrbu 2013)
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6062 u jgħid kemm saru operazzjonijiet magħrufa bħala preputioplasty / prepuce plasty f’Pediatrics f’dawn l-aħħar tliet snin, sena b’sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet magħrufa bħala ‘preputioplasty/prepuce plasty’ (ICD 9 CM code: 64.93) f’dawn l-aħħar tliet snin jinsab fit-tabella hawn taħt.
Sena
Numru ta' Operazzjonijiet
2010
32
2011
26
2012
25
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6068 u jgħid:
a) kemm hemm inkjesti pendenti quddiem il-Qrati tal-Maġistrat (Malta) u Għawdex;
b) kemm ingħalqu inkjesti mis-sena 2010 sal-lum minn kull maġistrat;
ċ) l-ammont ta' inkjesti pendenti li għandu kull maġistrat u kemm ilhom pendenti sena b'sena;
d) jagħmel lista tal-inkjesti kollha li saru mill-2010 sal-lum fejn jindika min kien il-maġistrat li ordna l-inkjesti u liema esperti tqabbdu f'kull każ mill-imsemmi maġistrat;
e) jgħid kemm tħallsu flejjes lill-esperti nominati, wieħed wieħed mill-2010 sal-lum; u
f) jgħid kemm kien l-ammont kumulattiv ta' ħlas għall-inkjesti vis à vis kull espert minn kull maġistrat individwali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
A. Quddiem il-Maġistrati Inkwirenti (Malta) sat-30 ta’ Settembru, 2013 kien hemm 1519 inkjesti pendenti waqt li f’Għawdex kien hemm 340 inkjesti pendenti.
B. Tabella A turi kemm il-inkjesta giet magħluqa minn kull Maġistrat inkwirenti mis-sena 2010 sat-30 ta’ Settembru, 2013
TABELLA A
MALTA
GĦAWDEX
C. Tabella B turi l-ammont ta’ inkjesti pendenti li għandu kull Maġistrat inkwirenti sat-30 ta’ Settembru, 2013, però ma tinkludiex kemm ilhom pendenti stante li tali statistika ma tinżammx.
TABELLA B
MALTA
GĦAWDEX
INKJESTI PENDENTI - 30/09/2013
MAĠISTRAT
Paul Coppini
194
Antonio Micallef Trigona
56
Anthony Ellul
0
Joseph Apap Bologna
0
Josette Demicoli
90
TOTAL
340
D. Mhux awtorizzat mill-liġi li tingħata tali informazzjoni peress li l-inkjesti Maġisterjali huma sigrieti. Għalhekk risposta għal din id-domanda mhix tingħata.
E. Minħabba l-Protezzjoni tad-Data ma tistax tingħata informazzjoni ta’ kemm tħallsu flejjes lill-esperti nominati, wieħed wieħed mill-2010 sal-lum. It-totali sena sena kienu s-segwenti:
2010 € 943,327.35
2011 € 825,217.07
2012 € 830,540.93
2013 € 1,288,457.56
F. Ma tinżammx statistika ta’ kemm kull Maġistrat individwali jkun innomina esperti.
(Ara dokument 1899 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 97 nhar l-Erbgħa 27 ta' Navemrbu 2013)
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali tal-Kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill? Jista' jgħid kemm ilhom jagħtu dan is-servizz lill-kunsilli lokali rispettivi u kemm huwa l-ħlas għal dan is-servizz?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti legali tal-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex kunsill b'kunsill bejn is-sena 2004 u s-sena 2008? Jista’ jgħid kemm kien il-ħlas tagħhom għal dan is-servizz?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward ħanut li għandha fis-suq tal-Belt?
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema dwar permess mingħand l-Airmalta?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat illi wara li l-Air Malta vverifikaw dan il-każ, jirriżulta li l-imsemmi persuna ma talab l-ebda permess mingħand l-Air Malta. Mill-istħarriġ irriżulta li l-imsemmi persuna għadu qed jistenna li jinħariġlu l-OMAS pass u dan ma jinħarigx mill-Air Malta imma mill-OMAS – Office of Manager Airport Security.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jinfetaħ xi sptar privat ġdid ġewwa Ħal Qormi? Jekk iva kemm se jkollu sodod u meta se jibda jopera?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika irċeviet applikazzjoni biex jinfetaħ sptar privat ġdid ġewwa Ħal Qormi. Dan l-isptar jibda jopera meta l-operautur javża meta jkun lest, sabiex ikun jista jinħariġlu l-liċenzja mill-Awtorità kkonċernata. L-Awtorità tiddeċiedi wkoll in-numru massimu ta' sodod li għalih tista' tinħareġ il-liċenzja.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward appuntament li ngħatat mill-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mill-Customer Care.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha allegat ka¿ ta’ diskriminazzjoni fuq il-pensjoni tagħha mingħand it-Teżor?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi l-pensjoni mit-Teżor li qed tirċievi l-persuna li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament hija dik dovuta lilha. Il-pensjoni ġiet maħduma fuq is-salarju illi l-persuna kellha fid-data tal-irtirar fit-8 ta’ Lulju 1981 u li dak iż-żmien kien ta’ €5,273.70 fis-sena. Dan irriżulta fil-pensjoni li l-persuna baqgħet tieħu sal-lum, li tammonta għall-€2,636.85 fis-sena u somma li tħallset darba ta’ €10,986.86. Il-pensjoni tat-Teżor ma tiżdied qatt.
Tista’ l-Ministru tara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema fuq pagament ta’ benefiċċju tal-qagħad?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija la qed tirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru u lanqas applikat għal benefiċċju tal-qagħad.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Uffiċċju tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin mil-liema programm ġejjin?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin mil-liema programm ġejjin?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropeja sabiex jiġi approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-process meta l-Awtorità ta’ Gestjoni tibda toħroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti hemm għall-ex-Computer Training Centre,Ħad Dingli? Jekk hemm xi proġett jista' jgħid meta se jibda u meta se jkun komplut?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi pjanijiet għal dan il-lok u l-Gvern qed jistudja l-aħjar mod possibbli kif din il-proprjetà tista’ tintuża b’mod aktar sostenibbli.
Kumitat responsabbli miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi nazzjonali – interim report
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4400 u jgħid ġiex ippreżentat lilu xi interim report mill-kumitat responsabbli miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi nazzjonali li se jsiru fl-2014?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat li qed jirrefei ghalih, ippreżenta proposti ta' attivitajiet għal kull wieħed mill-anniversarji.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ex civil servants li kienu rtirati ddaħħlu lura wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2013? Min huma u x’inhu x-xogħol tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mid-9 ta’ Marzu sal-lum, daħlu lura 44 impjegati li kienu rtiraw mis-Servizz Pubbliku.
Il-gradi jew pożizzjonijiet ta’ dawn l-impjegati jinsabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dettalji personali mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma jistgħux jingħataw, skont il-provedimenti tal-liġi dwar il-Privatezza tad-Data.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – special envoys ingaġġati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista ta’ special envoys li huma impjegati mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u jgħid kemm qed jitħallsu, inkluż allowances u perkaċċi oħra li għandhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.