Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età legali fejn persuna tista’ tagħti l-kunsens tagħha għal att sesswali tinżel minn 18 għal 16 il-sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5307 u tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età minn meta persuna tista’ tixrob l-alkoħol togħla minn 17-il sena għal 18-il sena?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Peress li fid-diskors tiegħu fil-Parlament ta' nhar it-Tlieta 12 ta' Novembru l-Prim Ministru indika li jaf kemm ġiet tiswa l-kampanja pubbliċitarja marbuta mal-Baġit 2014, jista' l-Prim Ministru issa jagħti tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 5816 u 5817? Jista' jgħid ukoll kemm ġew kommessi fondi għal din il-kampanja, fit-totalità tagħha, li qed issir riferenza għaliha?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-fondi tal-UIF li hemm fil-fond għal-Lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Kif inbidel dan l-ammont xahar bx'ahar bejn Lulju 2011 u Ottubru 2013? Jekk hemm fondi li gġadhom fil-UIF li diġà huma committed, iżda għadhom ma ntużawx, jista' jagħti tagħrif dwar kemm hemm fondi committed li iżda għadhom fil-Fond? Għal liema proġetti huma committed il-fondi li għadhom fl-istess fond?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — tenders/direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Uffiċċju jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — tenders/direct orders
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija li tirreferi għaliha din il-mistoqsija parlamentari ngħatat xogħol mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin matul is-snin 2007 sal-2010 b'direct order. Id-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella t'hawn taħt :
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — tender/direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kumpanija li id-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tat is-servizzi tagħha lill-Ministeri preċedenti li illum il-Ministeru tiegħi jagħmel parti minnhom hu kif ġej:
Fis-sena 2008 sar ħlas għal servizzi ta’promozzjoni u informazzjoni relatati ma’ “Rural Development Measures” għas-somma ta’ €21,015.80. Ta’ min jgħid li f’din is-sena saret l-amalgamazzjoni bejn MRI u MRAE. Dan is-servizz ingħata lil MRAE.
Fis-sena 2012 tħallsu reklamar fil-magazine Gwida għall-attività’ “Festa tat-Tonn 2012” għas-somma ta’ €129.80
Fis-Sena 2013 tħallsu reklamar fil-magazine Gwida għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru 2012 għas-somma ta’ €277.30.
F’kull każ ix-xogħol kollu ingħata b’ direct order.
Ma ingħata l-ebda xogħol lil din il-kumpanija mill-entitajiet f’ ħdan il-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Billi f'mistoqsija parlamentari 5903 il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima wieġeb li kien il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar li sejjaħ il-laqgħa għas-sajjieda indikata fl-istess risposta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar b'liema mod u lil min stieden għal din il-laqgħa l-kunsill lokali? Jista' jinvestiga ukoll jekk il-membri tal-Kunsill Lokali kenux infurmati b'din il-laqgħa? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar min kienu l-membri tal-kunsill li attendew għal din il-laqgħa u min kienu?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-laqgħa li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet waħda ta’ natura informali u kienet miftuħa għal kulħadd. Infurmat ukoll li għal-laqgħa kien mistieden ukoll il-membru tal-Kunsill Lokali li għandu x’jaqsam mas-sajd.
Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6033 u 5895 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?
Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6034 u 5896 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma diagnosed bil-multiple sclerosis? Jista’ jgħid ukoll kemm huma dawk li jibbenefikaw mill-benefiċċju għall-multiple sclerosis?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skont id-database tal-iSkeda V, hemm 301 il-pazjent li jibbenefikaw mill-benefiċċju għal din il-marda.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra analiżi tar-raġunijiet għalfejn ingħatat ċittadinanza (apparti dik miksuba mit-twelid, naturalment) fl-aħħar għaxar snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ko-ordinatur tas-sigurtà u difiża bi preparazzjoni għall-presidenza tal-unjoni ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, issa li l-brigadier li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irrifjuta l-kariga, min hu maħsub li jimla l-post ta' ko-ordinatur tas-sigurtà u difiża bi preparazzjoni għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017? Ladarba l-Brigadier mhux interessat fil-kariga, jista’ jgħid jekk jikkontemplax li l-Brigadier jiġi re-instated fil-kariga ta’ Kmandant tal-Armata?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru qiegħed jikkonsidra persuni oħra ta’ integrità li jkunu jistgħu jingħataw kuntratt bħala ko-ordinatur tas-sigurtà. Il-Brigadier, wara li għalaq il-25 sena servizz wera hu ix-xewqa tiegħu li jirtira mill-Armata u l-Gvern jirrispetta d-deċiżjoni tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' soċjetajiet/għaqdiet/każini tal-baned irreġistrati mal-Kummissarju tal-Pulizija skont id-Dipartiment tal-Informazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6024, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bdiewa u raħħala f'Malta u f'Għawdex separtament li jaħdmu jew joperaw minn 59 tomna art u aktar konsolidati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għandha l-Paying Agency hawn sitt bdiewa u/jew raħħala li jaħdmu jew joperaw art konsolidata ta’ aktar minn 59 tomna. Dawn huma wieħed f’Għawdex u ħamsa f’Malta. Madankollu ta’ min jinnota li l-Paying Agency iżomm biss informazzjoni ta’ dawk li jibbenefikaw minn fondi Ewropej.
In-Nadur – Triq Daħlet Qorrt — xogħlijiet fuq pont
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tisħiħ tal-pont ta’ Triq ta’ Daħlet Qorrot fin-Nadur u dan in vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 5948 fejn qal li dan ix-xogħol se jitlesta sal-aħħar tas-sena 2013? Kemm sewa dan ix-xogħol u fiex kien jikkonsisti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li qiegħdin isiru preparamenti biex jinbeda x-xogħol fuq il-pont fi Triq Daħlet Qorrot wara li ssir laqgħa ta’ ko-ordinazzjoni mal-Kunsill Lokali tan-Nadur. Jiena nfurmat ukoll li dan ix-xogħol għadu ma nbediex biex ma jtellifx l-aċċess għall-bajja matul ix-xhur tas-sajf u li x-xogħol jikkonsisti minn bdil tas-saqaf tal-pont.
Jista’ l-Ministru jgħid liema parti minn Triq it-Tiġrija fin-Nadur se tiġi asfaltata u dan in vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 5948 fejn qal li se jsir l-asfaltar ta’ parti minn din it-triq sal-aħħar tas-sena 2013? Kemm hu previst li se jiswa dan ix-xogħol u min rebaħ it-tender?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-junction bejn Triq Daħlet Qorrot u Triq it-Tiġrija se tiġi asfaltata wara li l-kumpanija Go plc tagħmel xogħol f'dan is-sit. Jiena nfurmat ukoll li x-xogħol huwa stmat li jiswa €5000 u li se jsir minn Gatt Tarmac Ltd. bħala parti minn period contract.