Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward ħlas tal-VAT?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment ċempel lill-persuna reġistrata sabiex jieħu konjizzjoni tal-każ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'diskussjonijiet saru s'issa biex jiġi assigurat li t-tneħħija tal-oqsma marbuta mal-Ambjent, minn mal-Awtoirtà ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ġġibx magħha problemi serji fil-ħarsien tal-ambjent?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsabu għaddejjin b’mod intensiv bil-laqgħat u arranġamenti meħtieġa sabiex jiġu milħuqa l-għanjiet prinċipali kif imfissra fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista u anke fil-Budget 2014.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imħejji mill-kumitat konsultattiv dwar is-siġar?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rapport imħejji fuq is-siġar kien wieħed purament kunsultattiv u għaldaqstant f’dan il-każ it-talba tal-Onor. Membru mhux se tiġi milqugħa billi dan mhux dokument uffiċċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni konkreta bi ħsiebu jieħu l-ministeru tiegħu biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet tan-natural capital li għandu pajjiżna, li anki għamel referenza għalih fid-diskors dwar l-estimi finanzjarji tal-Ministeru tiegħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Malta taqbel ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea li huwa importanti li jkun hemm iktar integrazzjoni u mainstreaming tal-kunċett biex b’hekk tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati mal-qasam tan-natural capital, inkluż il-finanzjament tas-siti Natura 2000 u investiment f’dik imsejħa infrastruttura ħadra (Green Infrastructure). Malta diġà qed tara li dan iseħħ anke permezz ta’ miżuri u inizjattivi favur il-biodiversità li huma stabilliti kemm fil-Politika Nazzjonali dwar l-Ambjent (in-National Environment Policy) kif ukoll fl-Istrateġija u l-Pjan t’Azzjoni dwar il-Biodiversità (National Biodiversity Strategy and Action Plan).
Waħda mill-opportunitajiet l-iktar importanti f’dan il-qasam hija l-ħolqien ta’ Green Jobs f’dawk l-oqsma fejn isir investiment biex jew jiġi ssalvagwardjat u mmaniġġjat l-ambjent naturali u rurali, jew l-ambjent urban isir iktar environment-friendly. Ta’ min jgħid ukoll li għalkemm Malta bħal pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea diġà qed tiffinanzja dawn l-investimenti permezz ta’ fondi bħalma huma dawk tal-LIFE, u l-fond tal-Iżvilupp Rurali, hemm proċess għaddej fuq livell Ewropew sabiex jiġu stabilitti mekaniżmi u faċilitajiet ġodda ta’ finanzjar għan-natural capital.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kampanja favur arja nadifa li semma fid-diskors tiegħu fil-Parlament nhar il-Ġimgħa 15 ta' Novembru? Jista' jgħid fiex kienet tikkonsisti din il-kampanja?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kampanja favur arja nadifa kienet marbuta mal-avveniment annwali tal-Car Free Day. Għal kuntrarju ta’ dak li ġara fis-snin ta’ qabel, din is-sena l-Gvern ħass il-bżonn li b’żieda mal-Car Free Day kellu jiffoka l-isforzi tiegħu biex jippromwovi kampanja favur arja aktar nadifa fost iċ-ċittadini. Dan anke b’sinerġija mal-fatt li l-Unjoni Ewropea ddedikat din is-sena bħala s-Sena tal-Arja. Il-kampanja favur arja nadifa ġiet tiswa €13,223.16 eskluż il-VAT. Minn dawn il-MEPA iffinanzjat €10,000 għall-istrateġija użata ta’ komunikazzjoni. Il-kampanja kienet tikkonsisti minn riklami informattivi li dehru fuq il-gazzetti lokali u online news portals, diskussjoni pubblika dwar il-kwalita’ tal-arja u attivitajiet diversi li ttellgħu b’kollaborazzjoni ma’ Ministeri u entitajiet oħra biex flimkien nippromwovu l-bżonn ta’ kwalità aħjar tal-arja minn diversi aspetti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-maġistrati kollha jagħmlux l-għassa kriminali u kemm hemm inkjesti pendenti quddiem kull maġistrat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja
B’referenza għal din id-domanda, ninforma lill-Onorevoli membru li l-Maġistrati kollha li jaħdmu Malta jagħmlu għassa kriminali ħlief għal l-Maġistrat Dott Saviour Demicoli li huwa assenjat li jagħmel dawk l-inkjesti kollha b’konnessjoni ma inċidenti li jinvolvu inġenji tal-ajru u tal-baħar li jsiru a tenur tal-artikolu 314 u 319 tal-Kap 234 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Dwar inkjesti pendenti, din hija t-tabella ta’ inkjesti pendenti quddiem kull maġistrat :-
INKJESTI PENDENTI – 30/09/2013
MAĠISTRAT
Gabriella Vella
103
Saviour Demicoli
1
Giovanni Grixti
27
Miriam Hayman
174
Audrey Demicoli
27
Marse-Ann Farrugia
*469
Anthony Micallef Trigona
89
Doreen Clarke
126
Edwina Grima
128
Claire Stafrace Zammit
101
Consuelo Scerri Herrera
10
Antonio Giovanni Vella
35
Francesco Depasquale
84
Neville Camilleri
38
Carol Peralta
42
Ian Farrugia
24
Natasha Galea Sciberras
23
Aaron Bugeja
**18
TOTAL
1519
* Inkluż dawk l-inkjesti li ġew trasferiti mingħand il-Maġistrat Apap Bologna wara li rtira
** Trasferiti mingħand il-Maġistrat Antonio Mizzi wara li ġie elevat għal Imħallef
Qrati u Tribunali (Għawdex)
Iż-żewġ maġistrati appuntati speċifikament fil-Qorti ta’ Għawdex jagħmlu għassa kriminali.
Quddiem il-Maġistrat Dr Paul Coppini hemm 197 inkjesta pendenti, mentri li quddiem il-Maġistrat Dr Josette Demicoli hemm 90.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin quddiem il-qrati inferjuri u quddiem min huma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja
Kawżi Pendenti għal aktar minn ħames snin quddiem il-qrati inferjuri:
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
Maġistrat Giovanni Grixti
8
Maġistrat Consuelo Scerri Herrera
3
Maġistrat Gabriella Vella
66
Maġistrat Marsanne Farrugia
114
Maġistrat Francesco Depasquale
14
Total
205
Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet
Maġistrat Giovanni Grixti
60
Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’
Maġistrat Francesco Depasquale
18
Bord li Jirregola l-Kera
Maġistrat Giovanni Grixti
92
Maġistrat Francesco Depasquale
1
Total
93
Qrati u Tribunali Għawdex - Qorti Inferjuri Ċivili
Maġistrat Paul Coppini
24
Maġistrat Josette Demicoli
1
Total
25
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw tilqimiet tal-influwenza matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena u jgħid kemm kien hemm imwiet kull sena kaġun tal-influwenza?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta' toroq residenzjali ġodda saru mill-10 ta' Marzu 2013 sal-21 ta' Novembru 2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perijodu ta’ bejn l-10 ta’ Marzu u l-21 ta’ Novembru 2013 saru total ta’ circa 5,415-il metru ta’ toroq residenzjali ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjan hemm biex isiru iktar toroq residenzjali matul is-sena 2014? Kemm-il triq se ssir u f'liema lokalitajiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda tipprepara programm għat-toroq residenzjali għas-snin li ġejjin. Dan filwaqt li għas-sena 2014 hemm pjanat li jsiru madwar 40 triq f’lokalitajiet differenti madwar Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk studenti li jattendu skola tal-Gvern jridux jħallsu huma ghat-trasport meta jkun hemm xi attività organizzata mill-iskola stess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li għall-ħarġiet organizzati mill-iskola normalment iħallsu l-istudenti. Ġieli jkun hemm attivitajiet li t-trasport ikun imħallas. Jekk hemm studenti li għal raġuni valida ma jistgħux iħallsu, is-soltu l-iskola toħroġ il-ħlas hi.
Air Malta – servizzi ta' transportation logistics u courier services kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntrattur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament appuntat reċentement permezz ta' sejħa għall-offerti tal-kumpanija Air Malta għal servizzi ta' transportation logistics services u courier services, huwiex reġistrat skont il-liġi mal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni skont il-Postal Services (General) Regulations filwaqt li ġentilment jispeċifika:
i) f'każ li huwa reġistrat, meta ġie reġistrat, u
ii) x'passi amministrattivi se jittieħdu jekk jirriżulta li fil-mument li ġie ffirmat il-kuntratt mal-imsemmija kumpanija statali, huwa ma kienx reġistrat u allura kien qed jikser il-liġi?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li l-Air Malta kienet qiegħdha tingħata s-servizzi kollha mitluba fil-kuntratt mill-kuntrattur inkwistjoni.
L-Air Malta assigurat waqt in-negozjati kuntratwali mal-kuntrattur illi l-kuntratt ta’ bejniethom jorbot lill-kuntrattur b’numru ta’ garanziji sabiex l-Air Malta tissalvagwardja l-pożizzjoni tagħha.
B’mod immedjat l-Air Malta formalment talbet, fost affarijiet oħrajn, lill-kuntrattur sabiex jikkjarifika l-pożizzjoni tiegħu fuq din il-materja u dan ukoll fl-isfond tal-garanziji mogħtija minnu stess fil-kuntratt ffirmat ma’ l-Air Malta. Irriżulta li l-kuntrattur llum huwa konformi mal-kriterji mitluba mill-Awtorita’ Maltija għall-Komunikazzjoni.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu ta’ komunikazzjoni dwar is-suġġett bejn l-Air Malta u l-kuntrattur inkwistjoni l-Air Malta ħadet ukoll deċizjoni li ma
tagħmilx użu mis-servizzi ta’ dan il-kuntrattur sakemm tkun sodisfatta li l-operat tiegħu hu totalment skont il-ligi.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati u l-grad tagħhom għal kull dipartiment jew entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati u l-grad tagħhom għal kull dipartiment jew entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sal-lum.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu ‘l hawn iltaqgħu l-Bordijiet tad-Diretturi tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 12 –il bord li ltqagħu min Marzu ta’ din is-sena sal-lum, li huma:
·
Council for Health
· Council for Nurses and Midwives
· Council for the Professions Complementary to Medicine
· Embryo Protection Authority
· Hospital Management Committee (Karen Grech)
· Malta Red Cross Society Management Committee
· Medical Council
· Mental Health Review Tribunal
· National Verification for Measles and Rubella Elimination
· Occupational Health and Safety Authority (OHSA)
· Pharmacy Council
· Radiation Protection Board
Infurmat ukoll li hemm żewġ bordijiet li ġew kostitwiti imma għadhom ma ltaqgħux, pero’ dawn il-bordijiet imsemmija hawn taħt ser jiltaqgħu fil-jiem li ġejjin:
· Foundation for Medical Services
· Government Formulary List Advisory Committee
Dawn il-bordijiet imsemmija hawn taħt ħa jiġu ppublikati fil-ġimgħat li ġejjin.
· Food Safety Commission.
· General Services Board.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — bordijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tagħha li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.