Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6162 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — kuntratti ma' avukati u periti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali tas-7, 11 u t-12-il distrett għandhom kuntratti ma' avukati u periti biex iwettqu xogħol għal dawn l-istess kunsilli lokali wieħed wieħed individwalment? Jista' jagħti tagħrif dwar liema minn dawn il-kunsilli lokali biddlu l-professjonisti tagħhom matul l-aħħar sena? F'kull każ mera sar it-tibdil? Jista' jagħti tagħrif dwar f'liema każijiet l-professjonijisti li kienu ngaġġati qabel għadhom iwettqu x-xogħol tagħhom mal-istess kunsilli li kienu joperaw fihom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali rispettivi permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6163 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — pubblikazzjoni ta' magazines

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif war liema kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett għandhom magazine li jiġi ppubblikat b'ċertu regolarità? X'inhu l-isem tal-magazine u b'liema frekwenza jiġi ppubblikat? Jista' jagħti tagħrif dwar liema magazines hu mistenni li jiġu ppubblikati sal-aħħar tas-sena? Min intalab jikkontribwixxi għal pubblikazzjonijiet li ħarġu u minn min dawk li jiktbu regolarment mhux se jiġu mitluba permessi li jiktbu fil-pubblikazzjonijiet sal-aħħar tas-sena lokalità blokalità?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali rispettivi permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6164 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — xogħol infrastrutturali - kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm kontijiet pendenti għal xogħol infrastrutturali li sar mill-kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett elettorali bejn Jannar u Settembru 2013? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar liema xogħlijiet li saru fl-istess perijodu għad m'hemmx il-kont pendenti? X'inhu maħsub li tkun in-nefqa marbuta ma' dawn l-istess kontijiet pendenti?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali rispettivi permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Whistleblower Act — Każijiet

Question

B'refernza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6019, mogħtija mill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk uffiċjali li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu (b'mod partikolari l-Kummissjoni tal-Pulizija) fil-fatt irċevewx rapporti dwar ksur ta' provvedimenti tal-istess Whistleblower Act? Jekk iva, kemmkien hemm każijiet li nġibdet l-attenzjoni ta' dawk responsabbli fil-Ministeru tal-Intern dwar il-ksur ta' dawn il-provediment?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija ma kellha l-ebda rapport taħt il-Whistleblower Act. Ta’ min ifakkar li l-Gvern preżenti ta l-għodda legali tal-Whistleblower lill-poplu xahrejn ilu. B’hekk il-Gvern iħeġġeġ biex il-poplu juża din l-għodda issa li l-Whistleblower Act hija parti mil-liġijiet ta’ pajjiżna wara li għal ħafna snin inħasset l-assenza tal-protezzjoni li joffri dan l-istess Att.
Leg 12 PQ #6168 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Whistleblower Act — Amministrazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6019, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar taħt liema ministeru taqa' l-amministrazzjoni tal-Whistleblower Act fid-dawl tal-fatt li din il-liġi għaddiet mill-Parlament meta s-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja kien jagħmel parti mill-Ministeru għall-Intern u llum jagħmel parti mid-dekasteru li jifforma parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Liema ministeru hu responsabbli biex jara li dan l-att (tal-Whistleblower) jiġi amministrat fil-ħajja ta' kuljum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru responsabbli mill-Ġustizzja għandu responsabbiltajiet skont kif elenkati fil-liġi msemmija. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, kull Ministru huwa obbligat jinnomina Whistleblowing Officer u għalhekk l-obbligu ta’ amministrazzjoni jolqot il-Gvern kollu.
Leg 12 PQ #2591 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — out of stock - Feeding pumps

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-feeding pumps għal min, bħal trabi, li jitrejqu bihom bilfors, illum kienu out of stock, u meta se jkunu in stock mill-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm ħmistax l-feeding pump għat-trabi u għaxra għall-adulti. Infurmat ukoll li fl-ebda ħin ma kienu out of stock.

Korp tal-Pulizija — Garaxx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija fil-garaxx tal-Pulizija fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fl-1 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fit-8 ta’ Marzu 2013, fil-Garaxx tal-Pulizija kien hemm kumpliment ta’ 37 membru tal-Korp, filwaqt li fl-1 ta’ Gunju 2013 kien hemm kumpliment ta’ 40 membru tal-Korp tal-Pulizija

Korp tal-Pulizija — Sezzjoni tat-Trade

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija fis-Sezzjoni tat-Trade tal-Pulizija fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fl-1 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi kemm fit-8 ta’ Marzu 2013, kif ukoll fl-1 ta’ Gunju 2013 kien hemm 25 membru tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fit-Taqsimiet tas-Snajja
Leg 12 PQ #2594 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – waste mormi fl-għelieqi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid huwiex infurmat illi fi snin li għaddew l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kellha tintervjeni, wara li s-sid tar-razzett li jinsab fi Triq San Tumas ġewwa Ħal Tarxien, tefa' fl-għelieqi tal-madwar tar-razzett tiegħu, cow waste bi ksur tal-liġi, u li dan l-istess waste kien jitħalla ġimgħat jinxef u wara jiġi trasportat, b'konsegwenzi serjissimi għall-mijiet ta' residenti tal-madwar? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorità li taqa' taħtu hijex qed tissorvelja s-sitwazzjoni mill-viċin, speċjalment issa li dieħel is-sajf? Jista’ jgħid jekk x'passi u xi prevenzjoni qed tittieħed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-ħażna ta’ waste fl-għelieqi tal-madwar hija suġġetta għall-kodiċi ta’ Prattika Tajba Agrikola kif ukoll għall-A.L. 321 tal-2011 fejn huwa permess li d-demel jitħalla barra biex jinxef fix-xhur tas-sajf. Qed tiġi evalwata l-possibilità ta’ rilokazzjoni.
Leg 12 PQ #2595 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

waste mormi fl-għelieqi

Question

Fid-dawl tal-fatt li mijiet ta' residenti qegħdin isofru minn inkonvenjent kontinwu minħabba razzett, u fiċ-ċirkostanzi li nbdew proċeduri legali mill-Ministeru tas-Saħħa kontra s-sid tar-razzett li hemm fi Triq San Tumas ġewwa Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan ir-razzett fil-preżent huwiex qiegħed jopera kontra l-liġi minħabba l-fatt li m'għandux demmiela kif titlob l-istess liġi? Jekk iva jista' jgħid x'passi u x'moniteraġġ qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jiġu protetti l-interessi tar-residenti tal-madwar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru W23.

Ilmenti dwar razzett

Question

Fid-dawl tal-fatt li mijiet ta' residenti qegħdin isofru minn inkonvenjent kontinwu minħabba razzett, u fiċ-ċirkostanzi li nbdew proċeduri legali mill-Ministeru Biedja, u Sajd u Drittijiet tal-Annimali (ex MRRA) kontra s-sid tar-razzett li hemm fi Triq San Tumas ġewwa Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan ir-razzett fil-preżent huwiex qiegħed jonora l-obbligi kollha kif titlob il-liġi? Jista' l-Ministru jgħid x'passi u x'moniteraġġ qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jiġu protetti l-interessi tar-resident tal-madwar? Jista’ jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex dan ir-razzett jiġi rilokat band’oħra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mis-Segretarjat Parlamentari li iva, din hi s-sitwazzjoni li writna mill-Gvern preċedenti u dan il-każ ilu għaddej numru ta’ snin u qatt ma sar xejn. Fil-ġejjieni, l-ħsieb tal-Gvern huwa li jmexxi l-proġett tar-relokazzjoni tal-irziezet.
Leg 12 PQ #5849 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – ritratti tal-faċċati ta’ bini

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ingħata l-kuntratt ta’ €260,000 biex jittieħdu r-ritratti tal-faċċati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Dan ix-xogħol ingħata b’direct order jew b’tender? Jekk dan ix-xogħol ingħata b’tender, kemm kien hemm nies/entitajiet kummerċjali li ttenderjaw għal dan ix-xogħol? Min huma l-ħaddiema ta’ min ħa x-xogħol li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Għandhom xi konnesjoni mal-MEPA dawn il-ħaddiema?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant , ingħata lil numru ta’fotografi. Dan ix-xogħol ingħata skont ir-regoli tal-procurement tal-gvern.
Leg 12 PQ #5850 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – tender għall-apparat elettroniku għat-ritratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux vera li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet qiegħda taħdem biex toħroġ tender biex jinxtara apparat elettroniku li jieħu r-ritratti tal-faċċati però b’mod aktar effiċjenti u f’inqas żmien milli qed isir bħalissa? Kemm kien stmat li jiġi jiswa dan l-apparat? X’inhi r-raġuni li t-tender għal dan l-apparat waqfet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda ħsieb li jinxtara dan l-apparat u għaldaqstant lanqas sar xogħol fuq ħrug ta' tender u dan għaliex l-apparat ma jieħux aktar minn għoli ta' erba sulari. Hemm numru ta' restrizzjonijiet ohra inkluzi il-fatt li jekk ikollok vetturi għolja ipparkjati jew għadejjin minn ħdejn il-vettura li qed tiġbed ir-ritratti dan jaħbi id-dettalji li trid il-MEPA. Dan minbarra xogħol ieħor u korrezzjonijiet li jridu jsiru.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiex impjegat bħala konsulent mal-Ministeru tiegħu? Kemm qed titħallas, inkluż bonuses u perkaċċi oħra? Jista’ jqiegħed fuq kopja tal-kuntratt ta’ dan l-individwu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jinataw separatament, ġie imqabbad mill-Continental Shelf Department biex jagħmel preżentazzjoni dwar il-ġeoloġija reġjonali fil-konferenza Italy-Malta Oil and Gas Summit. Il-Continental Shelf Department daħal f'kuntratt ma’ RPS Knowledge Reservoir u dan l-individwu tqabbad minn din il-kumpanija. Il-kuntratt kien ikopri biss is-servizzi għall- preżentazzjoni f'dan is-summit ,kif ukoll il-preparamenti neċessarji sabiex jagħmel il-preżentazzjoni. Dan l-individwu hu l-istess konsulent li tqabbad mill-Gvern fil-2011. Id-deċiżjoni biex jintuża l-istess konsulent kienet meħuda propjament biex jiġu iffrankati flus żejda minħabba li dan kien diġà għamel prattikament l-istess preżentazzjoni u b'hekk kien diġà jaf xi jrid jippreżenta. Il-Gvern se jħallas €3,600 għas-servizzi ta' dan il-konsulent. Barra minn hekk se jitħallsu ukoll l-ispejjeż relatati mal-ivjaġġar.

Is-Swieqi – faċilitajiet sportivi

Question

Peress li fil-lokalità tas-Swieqi qed jiġu pprattikati diversi dixxiplini sportivi bħal football, rugby, handball, basketball, u atletika, fid-dawl li din il-lokalità m’għandhiex faċilitajiet sportivi, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-lokalità hux se tingħata faċilitajiet sportivi f’Pembroke? X’faċilitajiet sportivi se jingħataw lid-diversi għaqdiet sportivi ta’ din il-lokalità? Meta hu programmat li dawn il-faċilitajiet sportivi jgħaddu għand dawn l-għaqdiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kuntrarju għal li qed jgħid, il-lokalità tas-Swieqi għadha kif ingħatat grawnd tal-futbol ġdid. L-Onor. Interpellant huwa mitlub jgħid għal liema faċilitajiet sportivi f'Pembroke qiegħed jirreferi u li jistgħu jingħataw lill-għaqdiet sportivi tas-Swieqi.

Is-Swieqi – Triq il-Qasam

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-commitment li kien sar mill-Gvern preċedenti li jgħaddi lil lokalità tas-Swieqi is-somma ta’€150,000 biex issir Triq il-Qasam hux se jonorah?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ma sibt l-ebda traċċi ta’ dan il-commitment. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħaddili xi dokumenti li għandu billi qed jagħtini x’nifhem li jaf xi ħaga dwar xi wiegħda li kien għamel il-Gvern preċedenti.

Is-Swieqi – programm tax-xogħlijiet ta’ bini ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Keffa, Triq it-Tiben, parti min Triq il-Ħemel u Triq il-Ġiebja fis-Swieqi humiex inkluż fil-programm ta’ xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq tal-Gvern ċentrali? Kemm hu stmat li jiswa x-xogħol fuq dawn it-toroq? Jista’ jgħid hux f’pożizzjoni finanzjarja li jagħmel dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #5921 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Vot Nru 0999 – Miscellaneous Receipts

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti il-Vot Nru 0999 bit-titlu Miscellaneous receipts (Estimi 2014: paġna 316) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ €1,800,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorità ta’ Ġestjoni tibda toħrog is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Leg 12 PQ #5922 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 30, Vot Nru 47 – Contractual Services

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti il-Line Item Nru 30 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Contractual Services (Estimi 2014: paġna 317) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ €26,000,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellenat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari5921.
Leg 12 PQ #5923 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item 16, Vot Nru 47 - Allowances

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji u l-workings kollha għall-qabża ta’ 18% (aktar minn €8 miljuni) fl-allowance ivvutati f’Line Item 16 taħt Vot Nru 47 bit-titlu allowance (Estimi 2014: paġna 317)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellenat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.