Peress illi it-Triq fil-Wied li tgħaqqad lis-Swieqi ma’ San Ġwann illum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala main road u peress illi fix-xhur li għaddew il-Kunsill Lokali tas-Swieqi flimkien mal-Kunsill ta' San Ġwann għamlu applikazzjoni konġunta ma’ Transport Malta biex din it-triq passeġġa titwessa’, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-applikazzjoni ġietx milqugħa minn Transport Malta u jekk ix-xogħol fuq din it-triq hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol? Meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq mhiex arterjali jew distributorja iżda waħda rurali. Transport Malta qed tikkunsidra tinkludi din it-triq bħala rotta ta’ devjazzjoni marbuta mal-proġett tal-Kappara.
Is-Swieqi – Triq is-Swieqi – azzjoni minħabba t-traffiku
Question
Peress illi Triq is-Swieqi fis-Swieqi hija waħda mit-toroq prinċipali tal-lokalità li għandha l-aċċess miż-żewġt itruf limitat u saħansitra perikoluż ħafna peress illi f'tarf minnhom hemm il-pont li huwa dejjaq wisq u li minnu jridu jgħaddu l-karozzi/vannijiet flimkien man-nies bit-tfal, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux jistudja l-possibbiltà illi jinfetħu żewġ mini f’kull ġenb tat-triq għall-użu tan-nies u li fit-tarf l-ieħor, id-daħla li mill-wied jgħaqqad lis-Swieqi ma’ San Ġwann, tiġi mwessgħa it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq msemmija huma toroq residenzjali u għaldaqstant ir-responsabbiltà ta’ traffic management taqa’ taħt il-Kunsill Lokali rispettiv. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa ġentilment mitlub jagħmel rikjesta lill-Kunsill Lokali in kwistjoni fejn ikun jista’ jiġi ppreżentat u kkunsidrat dan il-każ mill-istess Kunsill Lokali, fejn sussegwentament il-Kunsill iressaq il-proposti tiegħu formalment quddiem Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk meta tiġi ppreparata traffic management plan ta' lokalità, il-kunsill lokali ta' dik il-lokalità jiġix mitlub jagħmel it-traffic counts tat-toroq involuti, anke meta tali tibdiliet ikunu żgħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġuni li jintalbu traffic counts mhix relatata mal-kobor jew tul tat-triq iżda mal-impatt li jista’ jkollha tali talba fuq il-kumplament tal-lokalità.
Servizz tat-trasport pubbliku – rotta bejn is-Swieqi u l-Gżira
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fir-reviżjoni tar-rotot tat-trasport pubbliku li bi ħsiebu jagħmel fil-futur qarib, hux se jinkludi rotta li mis-Swieqi twasslek għall-Gżira peress illi r-residenti ta' din il-lokalità jkollhom bżonn jużaw it-trasport pubbliku biex imorru fiċ-ċentru tas-saħħa ta' din il-lokalità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tagħrif se jiġi ppubblikat ġaladarba jintlaħaq qbil mal-operatur tat-trasport pubbliku dwar it-tibdil fir-rotot u l-frekwenzi. L-eżitu dwar dan it-tibdil jerġgħu jiġu nfurmati bih il-Kunsilli Lokali.
Line Item Nru 7801, Vot Nru XVI Capital – EU Structural Funds 2007-2013
Question
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7801 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu EU Structural Funds 2007-2013 – EU Funds (A) (Estimi 2014: paġna 329) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu compost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €35,160,000?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Baġit 2014 — Line Item Nru 7901, Vot Nru XVI Capital - EU Structural Funds 2007-2013 – Malta Funds
Question
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7901 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu EU Structural Funds 2007-2013 – Malta Funds (A) (Estimi 2014: paġna 318) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu compost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €14,715,000?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Baġit 2014 — Sptar Mater Dei – Line Item Nru 7222 taħt Vot Nru XVI Capital – Mater Dei Hospital – Facilities, works and equipments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għall-faċilitajiet, xogħol u apparat fl-Isptar Mater Dei taħt Line Item Nru 7222 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Mater Dei Hospital – Facilities, works and equipments (Estimi 2014: paġna 330) b’sitta fil-mija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Baġit 2014 — Line Item Nru 7170 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu – Karin Grech Rehabilitation Centre
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ upgrading u apparat fiċ-Ċentru ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech taħt Line Item Nru 7170 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Karin Grech Rehabilitation Centre – Upgrading works and equipment (Estimi 2014: paġna 330) b’wieħed u għoxrin fil-mija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Baġit 2014 — Line Item Nru 7137, Vot Nru XVI Capital – Improvement to building and equipment at Health Care Centres
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ bini, upgrading u apparat fiċ-Ċentri tas-Saħħa taħt Line Item Nru. 7137 taħt Vot Nru. XVI Capital bit-titlu Improvements to buildings and equipment at Health Care Centres (Estimi 2014: paġna 330) b’sittin fil-mija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Baġit 2014 — Line Item 7172, Vot Nru XVI Capital – Mount Carmel Hospital – Upgrading Works and Equipment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ upgrading u apparat fl-Isptar Mount Carmel taħt Line Item 7172 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Mount Carmel Hospital – Upgrading works and equipment (Estimi 2014: paġna 330) b’ħamsa u għoxrin fil-mija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xogħol lil kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħol lil kumpanija
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Tista' tgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika xogħol li ngħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet huwa kif jidher hawn taħt;
Xogħol li ngħata mill-Ministeru b’direct order;
Riklam fuq il-Gwida għall-Muesac €298,54
Riklam fuq Best Buy għall-Ministeru €147.50
Total fl-2013- €446,04
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xogħol lil kumpanija
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Tista' tgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin minn liema programm ġejjin?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorità ta’ Ġestjoni tibda’ toħroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Ministeru għal Għawdex — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin minn liema programm ġejjin?
Response (REFALO, ANTON)
Bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorità ta’ Ġestjoni tibda toħroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin minn liema programm ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bħalissa l-Gvern qiegħed f'negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta' Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess li l-Awtorità ta' Ġestjoni tibda toħroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Ministeru għall-Finanzi — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin minn liema programm ġejjin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6143.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin minn liema programm ġejjin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014 - 2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorita’ ta’ Ġestjoni tibda’ toħroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tagħha, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tagħha, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin minn liema programm ġejjin?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorita’ ta’ Gestjoni tibda’ toħrog is-sejħiet għal progetti u iniżjattivi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar diskussjonijiet bejn Transport Malta u l-Arriva? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar meta saru l-aħħar laqgħat mal-Ministru kemm mill-Arriva direttament kif ukoll minn Transport Malta mal-Ministru dwar l-Arriva? X'inhuma l-aħħa żviluppi li seħħew f'dawn il-laqgħat fir-rotot tal-11, t-12 u 7 distrett elettorali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet bejn Transport Malta u l-Arriva għadhom għaddejjin. Kull informazzjoni rigward rotot se tiġi ppubblikata wara li jintlaħaq qbil mal-operatur tat-trasport pubbliku dwar it-tibdil fl-istess rotot u l-frekwenzi, kif ukoll wara li tali rotot jerġgħu jiġu diskussi mal-Kunsilli Lokali.