Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasport Pubbliku — Laqgħat mal-Arriva

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6161, jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar laqgħat kif miktub fid-domanda? Jista' jagħti tagħrif dwar x'kkonsultazzjonijiet mistennija jsiru mal-kunsilli lokali u x'perijodu ta' żmien hu mistenni jingħata għall-konsultazzjonijiet meħtieġa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-laqgħat saru u għadhom isiru b’mod regolari. Il-konsultazzjonijiet mal-Kunsilli Lokali mistennija jsiru bħalma diġà saru qabel.
Leg 12 PQ #6361 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex – Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jesplora l-possibiltà li f'Għawdex ikun hemm Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa ma jinħassx li huwa vijabli li jkun hemm Uffiċċju tal-Avukat Generali f’Għawdex peress li n-numru ta’ seduti li dan l-Uffiċċju għandu fil-Qorti t’Għawdex huma: ·Seduta waħda fil-ġimgħa fil-qasam Ċivili (madwar 5/6 kawżi); · Seduta waħda jew l-aktar tnejn fix-xahar fil-qasam Kriminali (bejn 2 u 13-il kawża).

Ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2177, fejn fir-risposta tiegħu l-Ministru kien qal illi l-Gvern għadu kommes li jkompli l-iskema dwar impjieg ta' persuna b'diżabilità,u peress li fid-diskors tal-baġit għas-sena 2014 ma hemmx referenza għal dawn it-tipi ta' impjiegi, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fir-rigward tal-iskema msemmija, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, li taqa' taħt il-Ministeru tiegħi, laqgħet l-applikazzjonijiet u ppustjat lill-persuni eliġibli. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-politika dwar persuni b'diżabilita` taqa' taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Leg 12 PQ #6363 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar Ġieħ ir-Repubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista tal-persuni li ngħataw onifiċerenzi taħt l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika sa minn meta dan iddaħħal fis-seħħ sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-persuni, kemm Maltin kif ukoll barranin, li ngħataw onorifiċenzi taħt l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika mis-sena 1976 sal-lum.
Leg 12 PQ #6364 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetà b'ċens perpetwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-proprjetà pubblika għandu l-Partit Laburista mikrija lilu jew mogħtija b'xi titolu ieħor bħal ċens perpetwu jew ċens temporanju? Jista' jagħti lista ta' dawn il-propjetajiet, fejn jinsabu u kemm jħallas il-Partit Laburista fis-sena għal kull proprjetà?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Housing estate — manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tiswijiet, fuq barra u li għandhom x'jaqsmu mal-istruttura tal-bini, ta' flats li jinsabu f'housing estates tal-Gvern hux responsabbli li jagħmilhom id-Sipartiment tas-Social Housing jew l-inkwilin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #6367 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Chogm — tmexxija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażlet il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tmexxi ic-CHOGM? Kien hemm call for applications? Jista' jgħid għala ma ntgħażilx uffiċjal pubbliku? Kemm se titħallas ta' dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-persuna intagħżlet bl-istess mod li bih intagħżlet il-persuna mill-amministrazzjoni preċedenti biex tmexxi CHOGM 2005.

Delegazzjoni fil-Ġeorġja

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien jifforma parti mid-delegazzjoni li marret il-Ġeorgia fl-aħħar xhur? X’laqgħat saru? Kemm swiet din iż-żjara fil-Ġeorgia?

Response (VELLA, GEORGE)

Id-delegazzjoni li żaret Ġeorġja dawn l-aħħar ġimgħat kienet tikkonsisti fis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u c-Chief of Staff. Din iż-żjara saret wara talba tal-awtoritajiet ta' Ġeorġja biex Malta tkun irrapreżentata waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-President il-ġdid tal-Ġeorġja. L-ispiża kienet tammonta għal €3,336.96 .

Kummissarju Għoli Malti ġewwa Londra — lagħaq fuq immigrazzjoni irregolari

Question

Jista' l-Ministru jghid jekk l-Kummissarju Għoli Malti ġewwa Londra kellux laqgħat speċifiċi fuq l-immigrazzjoni irregolari mal-Gvern Ingliż fl-aħħar xhur?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummissarju Għoli ġewwa Londra ma kellux laqgħat speċifiċi fuq l-immigrazzjoni irregolari mal-Gvern Ingliż f'dawn l-aħħar xhur. Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li sa fejn huwa magħruf, il-Kummissarju Għoli uscenti ukoll ma kellux laqgħat fuq dan is-suġġett mal-Gvern Ingliż.

Bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxati Maltin kienux infurmati bl-iskema tal-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija? Jekk iva, x'linji gwidi ngħataw biex jimxu magħhom meta dawn jirċievu talbiet mill-pubbliku dwar din il-materja?

Response (VELLA, GEORGE)

Nikkonferma li l-Ambaxxati Maltin kienu nfurmati bl-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li ntbagħtet lill-Ambaxxati Maltin.

Bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija — Ambaxxaturi u Konsli Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kellhom l-Ambaxxati u Konsli Maltin madwar id-dinja dwar il-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija? Jista' jgħid liema kienu l-iktar ħames Ambaxxati u Konsli Maltin li rċevew talbiet mill-pubbliku dwar din il-materja?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.

Ambaxxaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu u x’benefiċċji jgawdu minnhom kull sena l-ambaxxaturi illi ġew nominati minn dan il-Gvern?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxaturi li ġew nominati minn dan il-Gvern qed jitħallsu u jgawdu mill-istess benefiċċji li kienu jieħdu l-Ambaxxaturi ta' qabilhom, iġifieri: Is-salarju tal-Ambaxxaturi huwa dak ta' Skala 3, kif muri fl-Estimi.

San Ġiljan — Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija ta' San Ġiljan fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija 2598 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 59 Pulizja u fit-30 ta’ Mejju 55 Pulizija.

Mosta – Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija tal-Mosta fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija 2612 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 28 Pulizija u fit-30 ta’ Mejju kien hemm 28 Pulizija.

Birkirkara – Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 38 Pulizija u fit-30 ta’ Mejju kien hemm 37 Pulizija.

Raħal Ġdid – Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 29 Pulizija u fit-30 ta’ Mejju kien hemm 28 Pulizija.

Mosta – CID Lock up – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fis-CID lock up tal-Mosta fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija m’għandu l-ebda lock up ġewwa l-Mosta.

Ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija – risposta mill-PSC

Question

B’referenza għal dak li qal il-Ministru waqt is-Seduta tat-3 ta’ Ġunju 2013 waqt il-ħin tad-domandi supplimentari dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta tal-Public Service Commission (PSC) għall-ittra tal-Gvern ta’ April 2013 biex ikun recalled fis-servizz pubbliku l-persuna magħżula għal din il-kariga?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li l-Public Service Commission (PSC) taqa’ taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM). Għaldaqstant, l-Onor. Interpellant huwa ġentilment mitlub li jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministru konċernat.

Is-Swieqi – toroq imblukkati

Question

Peress li fis-Swieqi hemm diversi toroq li għad għandhom l-aċċess tagħhom imblukkat bħal Triq it-Terz, Triq l-Istasija, Triq tal-Franċiż u Triq il-Qasam u għalhekk qed jiżdied it-traffiku f’toroq oħra fil-lokal, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jaħdem biex isib soluzzjoni biex dawn it-toroq jinfetħu? Kemm hu stmat li jiswa dan ix-xogħol, anke jekk hemm xi expropriation li jaf hemm bżonn li ssir (fejn applikabbli) kif bħala xogħol infrastrutturali? Meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa x-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa l-obbligu tal-iżviluppatur biex it-triq tkun żviluppata.

Is-Swieqi – bankini fi stat perikoluż

Question

Peress li fil-lokalità tas-Swieqi li fi tmiem il-ġimgħa tkun mimlija turisti kif ukoll Maltin li jmorru Paceville, hemm diversi bankini li huma fi stat perikoluż, barra l-fatt li l-maġġor parti tagħhom mhumiex aċċessibli għal persuni b’diżabilità, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jgħid lill-Kunsill Lokali tas-Swieqi jagħmel ix-xogħol neċessarju?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.