Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCCAA – Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) eżaminatx ir-regolamenti ġodda dwar id-drittijiet tal-konsumatur li diġà ġew adottati minn pajjiżi oħra? Tista’ ssemmi dawk il-pajjiżi li tagħhom ġew eżaminati dawn ir-regolamenti?

Response (DALLI, HELENA)

Ninsab infurmata li l-parti l-kbira tal-iStati Membri għadhom qed jaħdmu fuq it-transposizzjoni bl-intenzjoni li din tiġi ppublikati sat-13 ta’ Diċembru 2013. L-Awtorità ħadet in konsiderazzjoni t-transposizzjoni li qiegħda ssir fir-Renju Uniti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – qbid ta’ droga u mobiles

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rapport ta’ kemm inqabdet droga xahar b’xahar fis-snin 2011, 2012 sa Jannar 2013 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jindika kemm inqabdu mobiles f’din l-istess faċilità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Xahar Sena 2011 Sena 2012 Sena 2013 Jannar 4 0 1 Frar 8 2 Marzu 1 2 April 0 6 Mejju 3 2 Ġunju 3 1 Lulju 2 3 Awwissu 1 1 Settembru 0 4 Ottubru 3 2 Novembru 2 8 Diċembru 1 0 Bejn Jannar 2011 u Ottubru 2013 ninforma lil Onorevoli Interpellant li b’kollox inqabdu 97 mobile f’din l-istess Faċilità.

SATU – priġunieri li għandhom problema tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema parir mexa biex ingħalaq is-SATU li kien qiegħed jiġi rrinovat biex ikun jista’ jaqdi l-ħtiġijiet ta’ dawk il-priġunieri li għandhom problema tad-droga u jeħtieġu programm ta’ riabilitazzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma’ mxejt fuq l-ebda parir biex jingħalaq is-Satu, għas-sempliċi raġuni li s-SATU ma’ ngħalaqx minn dan il-Gvern iżda infetah biex ikun jista’ jospita il-YOURS wara li din is-sezzjoni tal-minuri kienet ilha Kordin sa mill-1998. L-Onorevoli Interpellant, probabli tfixkel għax kien il-Gvern preċedenti li ħalla lis-SATU magħluq għal sena u nofs, ma kienx informat.
Leg 12 PQ #6308 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – permessi għall-billboards proviżorji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm permessi maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet għall-billboards proviżorji fuq art pubblika madwar Malta u Għawdex? Jista’ jagħti l-postijiet fejn jinsabu, għal kemm żmien inħareġ u l-permessi ta’ kull billboard?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Dipartiment tal-Artijiet – permessi għall-billboards proviżorji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm permessi maħruġa minn Transport Malta għall-billboards proviżorji madwar Malta u Għawdex? Jista’ jagħti l-postijiet fejn jinsabu, għal kemm żmien inħareġ u l-permessi ta’ kull billboard?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Transport Malta ma toħroġx permessi ta’ billboards proviżorji fuq it-triq.

L-Imġarr – irranġar ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-triq (forma ta’ rampa) li hemm quddiem il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiġi rranġata għax fil-proprjetà joqogħdu żewġ anzjani u mhux l-ewwel darba li waqgħu f’din il-parti tat-triq minħabba l-istat ħażin li tinsab fiha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija mhix arterjali jew distributorja għaldaqstant il-manutenzjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta. Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati.

Kumpless Vajrita – Każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għala l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li qiegħed fil-Kumpless Vajrita f’Wied il-Għajn mhux qed jitħalla jmur id-dar t’ommu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3600.

Roaming Tariffs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm naqsu r-roaming tariffs f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jelenka jekk dan ir-roħs huwiex rifless fuq kull operatur li jopera ġewwa Malta? Xi pjanijiet hemm sabiex ir-roaming charges jorħsu aktar fil-futur qrib sabiex jibbenefika minnhom il-konsumatur?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Intrapriżi – inċentiv għal użu ta’ e-commerce

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inċentivi kien hemm bejn is-snin 2008 u 2012 għal dawk l-intrapriżi żgħar u kbar sabiex jinvestu u jwettqu e-commerce business jew bejgħ online? Kemm kien hemm individwi jew negozji li applikaw għal dan l-inċentiv? Jista’ jgħid jekk hux se jkun hemm pjan simili fejn jidħol l-e-commerce u tranżazzjonijiet online?

Response (CARDONA, CHRIS)

Skema - ERDF e-Business (3 Calls mill- 2009 – 2011) Applikanti totali- 224 Skema- Tax Credit (Electronic Commerce) Rules – Income Tax Act (Bdiet 2005 – skadiet 31/12/2008) Ċertifikati maħruġa- 378
Leg 12 PQ #6314 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Autistic Spectrum Disorder

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm hawn tfal fl-età sa 16-il sena bl-Autistic Spectrum Disorder? Kemm minnhom huma bniet u kemm minnhom huma subien?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hawn 230 tifel u tifla fl-età sa 16-il sena bl-Autistic Spectrum Disorder li jattendu iċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU). Infurmat ukoll li minn dawn 39 huma bniet u 191 huma subien.

Autistic Spectrum Disorder – allokazzjoni ta’ learning support assistant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tfal statemented li għandhom l-Autistic Spectrum Disorder humiex kollha allokati learning support assistant?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li sal-25 ta' Novembru 2013 it-tfal statemented li għandhom l-Autistic Spectrum Disorder huma kollha allokati Learning Support Assistant. L-Istatementing Moderating Panel dejjem jirrakkomanda Learning Support Assistant fil-każ ta' tfal bl-Autistic Spectrum Disorder

Servizz tal-internet – klijenti abbonati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella ta’ kemm kiem hawn klijenti abbonati għal servizzi ta’ internet bejn l-2008 u Ġunju 2013? Jista’ jgħid jekk hemmx maħsub xi benefiċċju sabiex jgħin lil dawk il-familji li għandhom dħul baxx jagħmlu użu mill-internet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Servizz ta’ linji fissi – klijenti abbonati

Question

Jista’ l-Ministru kemm hawn klijenti abbonati fuq servizzi ta’ linji fissi? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ż-żieda jew it-tnaqqis f’dan is-servizz mill-2008 sa Ġunju 2013? Jista’ jelenka wkoll kemm minnhom huma linji residenzjali kif ukoll għan-negozji?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise/Malta Industrial Parks – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6060 u jgħid x’inhi l-kariga tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fil-Malta Enterprise jew fil-Malta Industrial Parks? Jista’ l-Ministru jgħid kif din il-persuna ġiet ingaġġata, jekk hux b’għażla diretta, b’sejħa pubblika jew b’xi mod ieħor? Jista’ jagħti l-pakkett sħiħ ta’ ħlas u perkaċċi oħra li għandha din il-persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet maħtura bħala Deputy Chairman u CEO tal-Malta Industrial Parks. Din hija pożizzjoni ta’ fiduċja u għalhekk ma kienx hemm sejħa pubblika. Il-kuntratt ma jistax jiġi pprovdut għax huwa ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali

Malta Enterprise – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6061 u jgħid x’inhi l-kariga tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fil-Malta Enterprise jew f’xi kumpanija, aġenzija jew entità oħra li tifforma parti minn Malta Enterprise? Jista’ l-Ministru jgħid kif din il-persuna ġiet ingaġġata jekk hux b’għażla diretta, b’sejħa pubblika jew b’xi mod ieħor? Jista’ l-Ministru jagħti l-pakkett sħiħ ta’ ħlas u perkaċċi oħra li għandha din il-persuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet maħtura bħala Executive Chairman, Major Projects Coordination Agency (MPCA) fi ħdan il-Malta Enterprise. Din hija pożizzjoni ta’ fiduċja u għalhekk ma kienx hemm sejħa pubblika. Il-kuntratt ma jistax jiġi pprovdut għax huwa ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali. Xogħol l-MPCA huwa li tikkordina l-ħidma tal-i stake holders kollha fil-każ taż ta’ proġetti kbar u kumplessi bħal per eżempju l-bini tal-Life Sciences Park, speċjalment fejn dawn il-proġetti jinvolvu aktar minn Ministeru wieħed u jinvolvu fondi Ewropej.

Partnership Agreement

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid f’liema stadju waslu n-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-partnership agreement għas-snin 2014 – 2020?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ppreżenta informalment lill-Kummissjoni Ewropea l-ewwel abbozz tal-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Għaldaqstant il-Gvern qiegħed jistenna l-kummenti tal-Kummissjoni Ewropea għal dan l-ewwel abbozz fil-ġimgħat li ġejjin.

Program ta’ operazzjoni dwar il-fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid f’liema stadju waslet il-ħidma fuq il-programmi ta’ operazzjoni rigward il-fondi tal-Unjoni Ewropea 2014 – 2020?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li nbeda l-proċess relatat mal-abbuzzar tal-Programmi Operazzjonali. Dan qed isir f’sinerġija mal-proċess li għaddej bħalissa fir-rigward tal-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020.

Rural Development Program for Malta 2014-2020 Consultation Document – fondi allokati

Question

B’referenza għad-dokument Rural Development Program for Malta 2014 – 2020 Consultation Document November 2013 fejn hemm imniżżla l-proposti ta’ kif għandhom jintefqu dawn il-fondi Ewropej, jista’ l-Ministru jgħid kemm ħa jkun hemm fondi assenjati direttament lil-local action groups? Jista’ jgħid jekk l-istess local action groups hux se jkollhom il-fakultà li jadottaw miżuri li l-benefiċjarji tagħhom ikunu NGO, każini tal-baned u għaqdiet sportivi fost l-oħrajn, sabiex dawn ukoll ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi sabiex ikunu jistgħu jtellgħu attivitajiet u jirranġaw il-każini tagħhom fost affarijiet oħra sabiex b’hekk dawn l-għaqdiet jibqgħu jiġu assistit fl-operat tagħhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorita’ ta’ Ġestjoni tibda’ toħroġ is-sejħiet għal progetti u inizjattivi.

Bdiewa — numru reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa full-time u part-time, kif reġistrati mal-Ministeru, lokalità lokalità?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli, qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif reġistrati mal-Aġenzija għal-Pagamanti Agrikoli u Rurali fi ħdan il-Ministeru tiegħi.

Bdiewa – raba’ reġistrata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bdiewa li għandhom inqas minn 10 tmien reġistrati fuq isimhom, kemm hemm li għandhom bejn 10 u 20 tomna, bejn 20 u 30 tomna, bejn 30 u 40 tomna, bejn 40 u 50 tomna u bejn 50 u 60 tomna raba’ rispettivament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewlna mill-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.