Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw amnestiji lill-ħabsin fl-aħħar 30 sena? Għaliex ingħataw u kemm żmien ingħata f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija 2617 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta hija kif ġejja:
AMNESTIJA
X’ INĦAFER
GĦALIEX INGĦATAT
30 ta’ Marzu 1982
Erba’ xhur darba biss
Ħatra għall-ewwel darba ta’ Mara bħala President tar-Repubblika ta’Malta.
29 ta’ Jannar 1987
Xahar għal kull sena ħabs jew parti minn sena;
Grad fil-każ ta’ min ikkommetta reat u ma kienx tressaq
Fil-kaz li sentenza kienet ordnat illi f’ kull każ għandu jiġi skontat minimu ta’ snin ta’ habs
dak il-minimu ma jibqax japplika u tiġi applikata ukoll il-maħfra;
Interdizzjonijiet, probations jew sospensjonijiet ta’ liċenzji imnaqqsa b’ xahar għal kull
sena jew parti minnha;
Maħfur ukoll ksur tar-regolamenti tal-ħabs li jkun wassal għal telf ta’ remission.
Meta ġie entrenched l-istatus ta’newtralita’ ta’ Malta fuq il-prinċipji ta’ non-alinejament u ġie msaħħaħ il-proċess demokratiku tal-pajjiż.
29 ta’ Mejju 1987
Xahrejn minn kull sena habs jew parti minnha
Okażżjoni ta’ Gvern Ġdid
26 ta’ Mejju 1989
Xahrejn jekk is-sentenza hija għal anqas minn 3 snin; ħames xhur jekk is-sentneza tkun bejn 3
u 10 snin; seba’ xhur jekk is-sentenza tkun ta’ aktar minn 10 snin.
Ħattra ta’ Dr.Ċensu Tabone bħala President ta’ Malta.
20 ta’ Settembru 1989
Xahrejn jekk is-sentenza hija għal anqas minn 3 snin; ħames xhur jekk is-sentenza tkun bejn 3
u 10 snin; seba’ xhur jekk is-sentenza tkun ta’ aktar minn 10 snin.
Ħamsa u għoxrin anniversarju ta’ l- Indipendenza ta’Malta.
23 ta’ Mejju 1990
Xahar darba biss
Visita f’ Malta tal-Qdusija Tiegħu il-Papa Giovanni Pawlu II
20 ta’ Mejju 1992
Xahrejn għal kull sena jew parti minnha
Il-Ħamsin Anniversarju mill-għoti tal-George Cross lill-Poplu Malti
12 ta’ Dicembru 1996
Xahar ghal kull sena habs jew parti minnha
Okażżjoni ta’ Gvern Ġdid
21 ta’ Dicembru 1999
Xahar darba biss
Okażżjoni tal- Millennju Ġdid
07 ta’ Gunju 2013
100 ġurnata mis-sentenza mingħajr ma titqies xi remissjoni mogħtija skont ir-regolamenti
tal-ħabs u remissjoni għanda wara terġa’ tiġi kalkolata skont is-sentenza hekk imnaqqsa.
Okażżjoni ta’ Gvern Ġdid
Jista’ l-Ministru jispjega għala l-Pulizija li jagħmlu użu minn muturi ż-żgħar sabiex iqassmu r-referti m'għadhomx jaħdmu mat-traffic control filgħodu? Dan sar minħabba s-siegħa u nofs overtime li kienu jieħdu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-istess domanda fis-sostanza, saret minnu stess fil-31 ta Mejju 2013 u għalhekk nħoss li ma’ għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li kont tajt.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-4 ta’ Ġunju 2013? Kemm kien hemm f’kull division, maqsumin f’dawk sentenzjati u dawk taħt arrest preventiv?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fl-4 ta’ Ġunju 2013 il-popolazzjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva kienet ta’ 595 priġunier – 432 ssentenzjati u 163 arrestati.
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, lista komplessiva ta’ kif kienu mqassma il-priġunieri ssentenzjatu u arresstati f’kull diviżjoni u taqsimiet oħra skont kif staqsa l-Onorevoli Interpellant.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri sentenzjati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fl-4 ta’ Ġunju 2013, kemm kien hemm priġunieri sentenzjati f’kull division tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin maqsumin skont il-kategorija ta’ delitti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din it-tip ta’ statistika ma tinzammx. Nirreferi lill-Onorabbli kollega għar-risposta tal-mistoqsija numru 2659 fejn fiha hemm elenkat in-numri ta’prigunieri f’kull divizjoni jew taqsima u jekk dawn humiex arrestati jew issentenzjati. Il-priġunieri fil-Faċilita Korretiva ta’ Kordin ma jitqassmux fid-diviżjoni skond il-kategorija tad-delitti.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-ingaġġ ta’ spetturi li kien hemm fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 18993?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-ingaġġ ta’ spetturi li kien hemm fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 18993 datata 28 ta’ Novembru 2012, kienet ġiet terminata. L-applikanti li kienu jammontaw għal wieħed u erbgħin (41), kienu kollha ġew infurmati sabiex jekk għadhom interessati, setgħu jerġgħu japplikaw mill-ġdid skond l-applikazzjoni għall-ingaġġ ta’ spetturi li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 19123 datata 13 t’Awwissu 2013, għal liema sejħa applikaw total ta’ mija u tnax (112) applikant
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pożizzjoni espressa mill-Avukat Ġenerali, Kummissarju tal-Pulizija u Victim Support Malta dwar l-amnestija lill-ħabsin li hu ħabbar fil-5 ta’ Ġunju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-po¿izzjoni espressa mill-Avukat Ġenerali u mill-Kummisarju tal-Pulizija qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Mal- Victim Support Malta saru diversi laqgħat iżda ma ngħatat qatt pożizzjoni bil-miktub.
Servizz tat-trasport pubbliku – rotta bejn is-Swieqi u l-Madliena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fir-reviżjoni tar-rotot tat-trasport pubbliku li bi ħsiebu jagħmel fil-futur qarib, hux se jinkludi rotta li mis-Swieqi twasslek għall-Madliena?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5860.
Servizz tat-trasport pubbliku – rotta bejn is-Swieqi u l-Belt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fir-reviżjoni tar-rotot tat-trasport pubbliku li bi ħsiebu jagħmel fil-futur qarib, hux se jżid il-frekwenza tal-karozzi tal-linja li mis-Swieqi twasslek il-Belt peress illi r-rotta eżistenti hi kull siegħa?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5860.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan illi Transport Malta tintroduċi skema ta' parkeġġ għar-residenti tas-Swieqi peress illi din il-lokalità tintuża għall-parkeġġ minn diversi persuni li jiffrekwentaw Paceville b'mod regolari speċjalment fi tmiem il-ġimgħa u għalhekk ir-residenti ma jsibux fejn jipparkjaw f'dawn il-ġranet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħejjiet Parking Management Policy ġdida li ser tiġi mnedija fil-futur qrib bl-iskop li jinbeda l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. Sussegwentament, il-Kunsill Lokali tas-Swieqi u l-Awtorita’ jkunu f’pożizzjoni li jevalwaw talbiet speċifiċi relatati ma’ parkeġġ ikkontrollat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ipprogrammat illi jsir ix-xogħol meħtieġ biex il-pavimentar taz-zuntier tal-knisja tas-Swieqi jiġi mibdul? Jekk fl-affermattiv, kemm hu stmat li ġej jiswa dan ix-xogħol? Meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li din it-talba qed tiġi ikkonsidrata flimkien ma’ talbiet oħra għall-pjanijiet futuri ta’ xogħol tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.
Baġit 2014 — Line Item Nru 7200, Vot Nru XVI Capital - National Blood Transfusion Centre u Blood Bank
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għan-National Blood Transfusion Centre u għall-Blood Bank taħt Line Item Nru 7200 (u l-line item tal-Blood Bank li tneħħa totalment) taħt Vot Nru XVI Capital bit-titolu National Blood Transfusion Centre u Blood Bank (Estimi 2014: paġna 330) b’wieħed u disgħin fil-mija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari numru 5921
Baġit 2014 — Line Item Nru 7215, Vot Nru XVI Capital – Oncology Facilities
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokati għall-Isptar tal-Onkoloġija (qabel riferuta bħala Sir Paul Boffa – Oncology Facilities) taħt Line Item Nru 7215 taħt Vot Nru. XVI Capital bit-titlu Oncology Hospital Sir Paul Boffa – Oncology Facilities (Estimi 2014: paġna 330) b’sitta fil-mija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari numru 5921.
Baġit 2014 — Line Item Nru 5505, Vot Nru 47 – National Health Screening
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkompli jiġi estiż il-programm ta’ National Health Screening meta l-ammont allokat għal dan il-għan taħt Line Item Nru 5505 taħt Vot Nru 47 (Estimi 2014: paġna 318) huwa l-istess bħal dak tas-sena l-oħra?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari numru 5921.
National Health Screening – pjan ta’ ħidma dettaljat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-pjan dettaljat ta’ ħidma tal-Gvern fil-programm ta’ National Health Screening? Jista’ jagħti dan il-pjan maqsum skont it-tip ta’ screening li se ssir?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bejn id-19 ta’ Novembru 2012 u l-31 ta’ Ottubru 2013 ġew mistiedna 16,017 persuna għall-colorectal Cancer Screening. 41% aċċettaw it-test. B’hekk issa ġew mistiedna l-persuni kollha li twieldu fl-1949 u fl-1950. Bħalissa qed jiġu mistiedna dawk li twieldu fl-1951. 15-il persuna nstabu ibgħatu minn Kanċer fil-Colon.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tqassim aħjar tat-testijiet li saru.
Baġit 2014 — Line Item Nru 5559 taħt Vot Nru 47 – outsourcing tal-waiting list
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-pjan dettaljat ta’ ħidma tal-Gvern fil-programm ta’ outsourcing tal-waiting list li għalih hemm €2.5 miljun allokati taħt Line Item Nru 5559 taħt Vot Nru 47 (Estimi 2014: paġna 318)? Jista’ jagħti dan il-pjan maqsum skont it-tip ta’ screening li se jsir?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari numru 5921.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ kif se taħdem is-sistema tar-reimbursement tal-IVF imħabbra fl-istqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni Nru 2489? Jista’ jikkonferma li l-Gvern se jkopri l-ispejjeż kollha involuti f’kull cycle li l-koppja tgħaddi minnu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-koppji li jintgħażlu mill-ART Prioritisation Committee biex isirilhom l-intervent ta’ ċiklu wieħed biss barra mill-Isptar Mater Dei sakemm jiġi ffinaliżżat il-kuntratt tal-operat tat-tieni fażi tas-servizz tal-IVF fl-Isptar Mater Dei, ser ikollhom rimbors, ta’ din il-parti tal-intervent biss, filwaqt li jitkompla kull ħarsien, kura, investigazzjoni u sapport mill-health care professionals ta’ Mater Dei f’ġieħ il-welfare tal-koppja. Ir-rimbors ta’ dawk il-50 koppja li ntgħażlu mill-ART Prioritisation Committee se jkun tali li ma jaqbisx massimu ta’ €3,500, għalkemm nafu li l-prezz f’Malta huwa ferm orħos min hekk, wara li l-koppja tkun ħallset u ppreżentat il-kont ta’dak iċ-ċiklu għand il-Billing Section fl-Isptar Mater Dei.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u LIbertajiet Ċivili — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tagħha, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tagħha, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin mil-liema programm ġejjin?
Response (DALLI, HELENA)
Bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorita’ ta’ Ġestjoni tibda’ toħroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' soċjetajiet/għaqdiet/każini tal-baned irreġistrati mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Non-Governattivi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li minkejja vot li ttieħed fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta biex ma jsirx parkeġġ fi Triq Melita, xorta twaħħlu sinjali ta’ Transport Malta li juru li jista’ jsir parkeġġ? Għaliex Transport Malta ħadet din id-deċiżjoni minkejja li tmur kontra r-rieda tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta? Min ħa din id-deċiżjoni? Id-direttorat responsabbli mit-traffic management u road safety kien ikkonsultat qabel ma Transport Malta ħadet din id-deċiżjoni? X' kienet ir-rakkomandazjoni ta' dan id-direttorat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-16 ta' Settembru 2013 Transport Malta talbet lill- Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għal kummenti rigward it-talba li waslet għand il-Ministeru tat-Trasport mibgħutha minn residenti sabiex isir parkeġġ f'parti minn Triq Melita matul il-lejl. Minħabba l-inkonvenjenza li kienu qed ikollhom ir-residenti tal-Belt, l-Awtorita’ talbet lill-kunsill risposta fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-ittra inkella l-kunsill seta’ jitlob estensjoni ta' dan il-perjodu ta' ħamest ijiem. Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ma bagħat l-ebda oġġezzjoni fiż-żmien stipulat u lanqas ma talab għal estensjoni u għaldaqstant, hekk kif kien hemm miktub fl-ittra li bagħtet l-Awtorita’, l-istess Awtorita’ fehmet li l-kunsill ma kellux oġġezzjoni. Fil-fatt, fit-23 ta' Settembru 2013, wara l-għeluq tal-perjodu ta' ħamest ijiem, il-kunsill talab għal kjarifika u xorta ma għamel l-ebda talba għal estensjoni tal-perjodu u lanqas ma għamel l-ebda referenza għal xi oġġezzjoni. Id-Direttorat tal-Immaniġġar tat-Traffiku ntalab sabiex jimplimenta tali talba tar-residenti tal-Belt Valletta. Il-Kunsill Lokali tal-Belt bagħat l-oġġezzjoni tiegħu fit-3 ta' Ottubru 2013 meta ix-xogħlijiet kienu diġa ġew ordnati għall-implimentazzjoni. Ta’ min ifakkar li din it-triq kellha tinqala’ mill-ġdid mill-Gvern preżenti wara inqas minn sena li kien tlesta ix-xogħol fuqha mill-amministrazzjoni preċedenti. Peress li kien leħaq skada il-perjodu li matulu il-kuntrattur seta’ jinżamm responsabbli għax-xogħol li għamel, l-ispiża li qabbżet il- Eur100,000 biex isir dan ix-xogħol mill-ġdid kellhom jitħallsu minn Transport Malta. Il-Ministeru tiegħi ried jiżgura li x-xogħol jitlesta fi żmien aċċettabli u fil-fatt dan tlesta ġimgħatejn qabel ippjanat.