Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Whistleblowing Reporting Officer għall-Ministeru tiegħi huwa Officer in Scale 7, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Ninsab infurmat li l-
Whistleblowing Reporting Officer
qed jingħata taħrig neċessarju sabiex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu b’mod intiż, diliġenti u kif mistenni minnu.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Whistleblowing Reporting Officer għal- Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura hija Avukata fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Huwa ppjanat li jingħata taħriġ lill-
Whistleblowing Reporting Officer
fil-jiem li ġejjin.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6168, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema Ministeri ħatru l-uffiċjali imsemmi fir-risposta u liema għadhom ma ħatrux l-istess uffiċjali? Jista' jagħti l-ismijiet ta' dawk li nħatru f'dawn il-karigi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija numru 5484.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6162 u jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali tas-7, 11 u t-12-il distrett għandhom kuntratti ma' avukati u periti biex iwettqu xogħol għal dawn l-istess kunsilli lokali wieħed wieħed individwalment? Jista' jagħti tagħrif dwar liema minn dawn il-kunsilli lokali biddlu l-professjonisti tagħhom matul l-aħħar sena? F'kull każ mera sar it-tibdil? Jista' jagħti tagħrif dwar f'liema każijiet l-professjonijisti li kienu ngaġġati qabel għadhom iwettqu x-xogħol tagħhom mal-istess kunsilli li kienu joperaw fihom?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6162.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6163 u jagħti tagħrif war liema kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett għandhom magazine li jiġi ppubblikat b'ċertu regolarità? X'inhu l-isem tal-magazine u b'liema frekwenza jiġi ppubblikat? Jista' jagħti tagħrif dwar liema magazines hu mistenni li jiġu ppubblikati sal-aħħar tas-sena? Min intalab jikkontribwixxi għal pubblikazzjonijiet li ħarġu u minn min dawk li jiktbu regolarment mhux se jiġu mitluba permessi li jiktbu fil-pubblikazzjonijiet sal-aħħar tas-sena lokalità blokalità?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6163.
Kunsilli lokali — xogħol infrastrutturali - kontijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6164 u jagħti tagħrif dwar kemm hemm kontijiet pendenti għal xogħol infrastrutturali li sar mill-kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett elettorali bejn Jannar u Settembru 2013? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar liema xogħlijiet li saru fl-istess perijodu għad m'hemmx il-kont pendenti? X'inhu maħsub li tkun in-nefqa marbuta ma' dawn l-istess kontijiet pendenti?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6164.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex l-iskema ta' twaqqif ta' operazzjoni tas-sajd, Skema 4, li għalqet fit-22 ta' Novembru ma tkomplietx? Kemm kien hemm persuni li sa dakinhar tal-għeluq kienu applikaw għal din l-iskema? Minn fejn huma? Għal-liema raġuni issa l-iskema ttawlet bi ftit jiem, u għaliex dawk li kienu applikaw ingħad lilhom li m'għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw? X'inbidel mill-ewwel għat-tieni sejħa?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kif anki tħabbar fl-istqarrija maħruġa mill-Korp Intermedjarju għall-Fondi Ewropej tas-Sajd, is-sejħa ġiet irtirata wara li kien innutat li setgħet inħolqot inċertezza minħabba diskrepanza fit-test bejn Kapitlu 1, Sezzjoni 1.1.1, Sezzjoni 1.3.10 u Kapitlu 2 Sezzjoni 1 tal-linjigwida, minħabba liema inċertezza xi sajjieda setgħu ma applikawx. Għal raġunijiet ta’ ekwita u trasparenza, il-linjigwida ġew emendati billi s-sezzjonijiet rilevanti ġew allinejati u ppubblikati mill-ġdid u reġa’ ngħata ċans lil dawk interessati biex jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom. Minbarra għal dan l-allineament, iż-żewġ sejħiet huma identiċi.
Ninsab infurmat ukoll li kif imfisser fl-istess stqarrija, minħabba li l-bidla kienet waħda ta’ forma u mhux ta’ sustanza, bil-għan li ma jinħoloqx inkonvenjent lil dawk li tefgħu l-applikazzjoni tagħhhom skont is-sejħa maħruġa fl-14 ta’ Novembru 2013 (u li ngħalqet fit-22 ta’ Novembru 2013), l-applikazzjonijiet mitfugħa taħt dik il-ħarġa qed jitqiesu ipso facto bħala mitfugħa mill-ġdid taħt din il-ħarġa.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni skont l-iskema ippubblikata fl-14 ta’ Novembru bl-applikanti minn lokalitajiet differenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Malta kenitx rappreżentata fil-laqgħat tal-5+5, fis-settur agrikolu? Meta saru u fejn saru l-aħħar żewġ laqgħat tal-5+5? Min attenda f'isem Malta għal dawn il-laqgħat?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li saret laqgħa waħda biss tal-5+5 fis-settur agrikolu li nżammet fl-Algiers, Alġerija fis-27 ta’ Novembru 2013 u li għalija attenda s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Roderick Galdes akkumpanjat minn delegazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum f'kull uffiċċju ta' kull dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tiegħu, kemm inxtraw oġġett li ddaħħlu fl-inventarji rispettivi u kemm kien il-valur tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-inventarji updated ta' kull sezzjoni jew uffiċċju ta' kull dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid għala tnaqqas il-vot għat-taħrig tal-ħaddiema tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2014?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-vot rikorrenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin meta kkomparat mal-2013 żdied b'aktar minn miljun Ewro.
L-allokazzjoni taħt l-items individwali tkun iffissata skont il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tal-mument. F'każ li jkun il-bżonn li l-vot tat-taħriġ ikun irid jiżdied, dan jista' jsir permezz ta' virements minn items oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — sit elettroniku
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk hemmx pjan li l-Ministeru mmexxi minnu jkollu sit elettroniku? Jekk iva, jista’ jgħid meta se tkun online u kemm se tiswa?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-persuni responsabbli fil-Ministeru ilhom jaħdmu fuq dan għal xi xhur, bis-sit elettroniku mistenni jkun in place fil-ġimgħat li ġejjin. Ir-rati li se japplikaw se jkunu dawk standardbħal fil-każi ta’ siti elettroniċi oħra tal-Gvern, bil-ħlas jsir direttament lill-MITA.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1055, jista' l-Ministru jgħid issa li tas-Saħħa m’għadux taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex kif xorta waħda fost l-istaff li jaqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu hemm jidhru general practioner, staff nurse, enrolled nurse u tlett health assistants?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-impjegati msemmija qegħdin jagħmlu xogħol f’oqsma li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.
In vista tar-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 6123, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta' €5,000 stmat li se jintefaq fuq xogħol fuq il-junction bejn Triq Daħlet Qorrot u Triq it-Tiġrija fin-Nadur (i) hux se jitħallas minnkumpanija tat-telefonija u (ii) hux se jkun xogħol biex jagħlaq gandott li se jsir mill-istess kumpanija biex tgħaddi servizz tagħha? Jekk inhu hekk allura għaliex il-Ministru inkludih bħala xogħol tal-Ministeru għal Għawdex fuq it-toroq fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 5948?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-istima ta' €5,000 ser tithallas mill-Ministeru ghal Ghawdex biex titranga depression f'din il-junction.
Jista' l-Ministru jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum il-Ministeru tiegħu u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu kemm taw direct orders? Lil min ingħataw u kemm swiet kull direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm kien il-ħlas f'overtime lill-impjegati f'kull dipartiment u entità separati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont l-ammont ta' overtime li tħallas kull xahar għal kull dipartiment u entità?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qieghda tingabar u se tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li qed jagħmlu xogħol bit-telework? Kemm hemm minnhom li huma rġiel u kemm hemm nisa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-prezent hemm 49 impjegat li qed jagħmlu xogħol bit-telework li minnhom 42 huma nisa u 7 irġiel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bħalissa huwa t-total tan-numru ta’ reserved parking bays quddiem djar privati għal persuni b’diżabilità madwar Malta u Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta’ kaxxi riservati għal persuni b’diżabbilta’ quddiem ir-residenzi privati tal-persuni b’diżabbilta’, madwar Malta u Għawdex, huwa ta’ 2044.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal l-appell li kien sar mid-Direttur tad-DSS wara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien rebaħ meta deher quddiem l-arbitru f’Mejju li għadda?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tistax tixtri l-proprjetà li tgħix fiha li hi tal-Gvern u jekk fl-affermattiv ma jistax jiġi indikat lilhom kemm hu l-valur biex jixtru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema li biha inkwilini jakkwistaw il-proprjeta’ mikrija lilhom mill-Gvern se tiftaħ dalwaqt.