Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru/Transport Malta – customer care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-customer care kemm tal-Ministeru kif ukoll ta' Transport Malta iżommux id-dettalji ta' min iċemplilhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji ta’ min iċempel lill-customer care jinżammu skont it-tip ta’ telefonata minħabba data protection. F’każ li ċ-ċittadin iħalli d-dettajli minn jgħeddu, dawn jinżammu sakemm l-ilment ikun solvut.

Ministeru/Transport Malta – azzjonijiet fis-sistemi tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hix il-prassi tal-Ministeru tiegħu kif ukoll ta' Transport Malta illi jieħdu azzjonijiet fil-konfront ta' sistemi ta' traffiku u parkeġġi abbażi ta' telefonati anonimi anke jekk tali deċiżjoni tkun tmur kontra x-xewqa tal-kunsill li fil-konfini tiegħu tkun se tittieħed tali azzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux il-prassi li Transport Malta tieħu azzjonijiet fil-konfront ta' sistemi tat-traffiku u parkeġġi abbażi ta' telefonati u xejn aktar. Kull telefonata, kumment jew suġġeriment, jiġi analizzat mill-Awtorita' u jekk tali telefonata, kumment jew suġġeriment ikunu ġustifikati tittieħed l-azzjoni neċessarja. Ninfurmah ukoll li kull kunsill ikun infurmat minn qabel rigward id-deċiżjoni li tista’ tiġi meħuda jew li tkun qed tiġi kkontemplata mill-Awtorita'.

Baġit 2014 — Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura – vot għal kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'se jikri s-sena li ġejja l-Ministeru tiegħu peress illi fl-estimi ġenerali li ġew ippreżentati fil-baġit (pagna 173, line 24) hemm spiża ta' €373,000 mentri fl-estimi ġenerali tas-sena ta' qabel l-ispiża kienet ta' €2,000 biss?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-figura globali għall-kiri fl-Estimi Ġenerali tal-2013 li ħareġ fl-2012 u li kien ikopri l-MRRA kienet ta’ €675,000. Wara d-9 ta’ Marzu 2013, l-MRRA inqasam prinċipalment fl-MTI,l-MSDEC u l-MECW. Konsegwentament l-ammont relatat għall-kiri ġie maqsum bejn it-tliet Ministeri. Għalkemm il-valur f’kiri differenti għall-MTI fl-estimi oriġinali kien ta’ €2000 din iċ-ċifra wara ġiet ratifikata mill-Ministeru tal-Finanzi abbażi tal-ammont debitat lill-MTI għas-sena 2013. S’issa l-Ministeru jista’ jgħid li s-sena li ġejja bi ħsiebu jikri l-istess positjiet li kien qed jikri għas-sena 2013.

konsum ta' enerġija elettrika — settur domestiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali annwali ta' konsum (jiġifieri t-total ta' dak actual u estimated) indikat fil-kontijiet mibugħta lill-konsumaturi lis-segwenti kategoriji fir-rigward ta' konsum ta' enerġija elettrika fis-settur domestiku matul is-sena 2012: (a) household ta' persuna waħda; (b) household ta' żewġ persuni; (ċ) household ta' tliet persuni; (d) household ta' erba' persuni; (e) household ta' ħames persuni; (f) household ta' sitt persuni; u (g) household ta' aktar minn sitt persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

konsum ta' enerġija elettrika — settur domestiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' households fis-sena 2012 fir-rigward ta' konsum ta' enerġija elettrika fis-settur domestiku li kienu kklassifikati bħala: (a) household ta' persuna waħda; (b) household ta' żewġ persuni; (ċ) household ta' tliet persuni; (d) household ta' erba' persuni; (e) household ta' ħames persuni; (f) household ta' sitt persuni; u (g) household ta' aktar minn sitt persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #6227 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġudikanti — konferenzi barra minn Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u liema mill-ġudikanti marru konferenzi barra minn Malta din is-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kien hemm 9 membri tal-ġudikatura li attendew laqgħat barra minn Malta biex jattendu għal konferenzi u impenji uffiċjali li jikkonċernaw lill-Ġudikatura. Dawn kienu l-Prim Imħallef Silvio Camilleri, l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo, David Scicluna, Joseph Zammit McKeon, Robert Mangion, Abigail Lofaro u Lorraine Schembri Orland u l-Magistrati Doreen Clarke u Gabriella Vella.
Leg 12 PQ #6230 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġudikanti – seduti differiti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ġudikant iddifferixxa seduti din is-sena u għal meta ġew differiti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-dettalji mitluba rigward il-Qrati tal-Ġustizzja Malta jinsabu annessi ma’ din ir-risposta. L-informazzjoni rigward il-Qrati u Tribunali (Għawdex) tinsab hawn taħt. Maġistrat Coppini Paul Seduti Differiti 7/02/2013 6/03/2013 7/03/2013 8/03/2013 5/04/2013 F’kull każ is-seduta intiera ma ġietx differita għall-jum partikolari iżda l-kawżi individwali f’tali seduta ġew differiti f’dati differenti. PQ 6230 Sittings deferred between 01/01/2013 and 22/09/2013 - TA' L-APPELLI CIVILI (SUPERJURI) No of Sittings Sitting deferred from Sitting deferred to 1 08/01/2013 29/01/2013 2 15/01/2013 12/02/2013 3 11/11/2013 21/11/2013 4 14/11/2013 09/12/2013 Sittings deferred between 01/01/2013 and 22/09/2013 Surname Name No. of Sittings Sitting deferred from Sitting deferred to Judges AZZOPARDI JOSEPH 1 11/03/2013 18/03/2013 AZZOPARDI JOSEPH 2 22/03/2013 26/03/2013 AZZOPARDI JOSEPH 3 11/04/2013 15/05/2013 CAMILLERI GINO 1 15/02/2013 01/03/2013 CAMILLERI GINO 2 28/02/2013 26/04/2013 CAMILLERI GINO 3 01/03/2013 03/05/2013 CHETCUTI MARK 1 17/01/2013 07/03/2013 CHETCUTI MARK 2 24/01/2013 13/02/2013 CHETCUTI MARK 3 31/01/2013 14/03/2013 CHETCUTI MARK 4 07/02/2013 13/02/2013 CHETCUTI MARK 5 14/02/2013 13/03/2013 CHETCUTI MARK 6 28/02/2013 13/03/2013 CHETCUTI MARK 7 11/03/2013 12/03/2013 CHETCUTI MARK 8 21/03/2013 08/05/2013 CHETCUTI MARK 9 25/04/2013 26/04/2013 CHETCUTI MARK 10 26/06/2013 24/10/2013 CHETCUTI MARK 11 25/07/2013 01/08/2013 CHETCUTI MARK 12 24/10/2013 27/11/2013 CUSCHIERI NOEL 1 01/02/2013 15/03/2013 ELLUL ANTHONY 1 22/03/2013 05/04/2013 ZAMMIT MC KEON JOSEPH 1 31/10/2013 27/02/2014 FELICE ANNA 1 21/11/2013 27/11/2013 LOFARO ABIGAIL 1 30/01/2013 30/04/2013 LOFARO ABIGAIL 2 07/02/2013 13/02/2013 LOFARO ABIGAIL 3 20/03/2013 21/03/2013 LOFARO ABIGAIL 4 21/03/2013 15/05/2013 LOFARO ABIGAIL 5 18/04/2013 24/04/2013 LOFARO ABIGAIL 6 23/04/2013 13/06/2013 LOFARO ABIGAIL 7 24/04/2013 18/06/2013 LOFARO ABIGAIL 8 25/04/2013 20/06/2013 LOFARO ABIGAIL 9 30/04/2013 25/06/2013 LOFARO ABIGAIL 10 06/11/2013 13/11/2013 MANGION ROBERT G 1 27/02/2013 22/03/2013 MELI SILVIO 1 27/03/2013 11/04/2013 MELI SILVIO 2 02/04/2013 16/04/2013 MELI SILVIO 3 24/04/2013 09/05/2013 MICALLEF JOSEPH R. 1 07/11/2013 05/12/2013 MICALLEF JOSEPH R. 2 14/11/2013 13/03/2014 MICALLEF JOSEPH R. 3 21/11/2013 12/12/2013 PADOVANI GRIMA JACQUELINE 1 11/02/2013 04/04/2013 PADOVANI GRIMA JACQUELINE 2 28/10/2013 06/11/2013 PADOVANI GRIMA JACQUELINE 3 04/11/2013 07/11/2013 SCHEMBRI ORLAND LORRAINE 1 31/10/2013 27/02/2013 SCHEMBRI ORLAND LORRAINE 2 19/11/2013 27/02/2014 Magistrates SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR 1 03/04/2013 04/04/2013 SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR 2 18/09/2013 02/10/2013 SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR 3 23/09/2013 04/10/2013 GRIXTI GIOVANNI 1 16/01/2013 17/04/2013 GRIXTI GIOVANNI 2 17/01/2013 25/03/2013 GRIXTI GIOVANNI 3 13/06/2013 07/11/2013 GRIXTI GIOVANNI 4 10/10/2013 18/10/2013 GRIXTI GIOVANNI 5 24/10/2013 18/11/2013 CLARKE DOREEN 1 19/04/2013 24/05/2013 CLARKE DOREEN 2 24/05/2013 12/07/2013 COPPINI PAUL 1 07/02/2013 20/02/2013 COPPINI PAUL 2 06/03/2013 18/04/2013 COPPINI PAUL 3 07/03/2013 16/05/2013 COPPINI PAUL 4 08/03/2013 03/05/2013 COPPINI PAUL 5 05/04/2013 15/05/2013 VELLA GABRIELLA 1 21/02/2013 21/05/2013 VELLA GABRIELLA 2 25/02/2013 04/06/2013 VELLA GABRIELLA 3 27/02/2013 24/04/2013 VELLA GABRIELLA 4 12/03/2013 11/04/2013 VELLA GABRIELLA 5 24/04/2013 10/06/2013 VELLA GABRIELLA 6 16/05/2013 11/07/2013 VELLA GABRIELLA 7 20/05/2013 15/07/2013 VELLA GABRIELLA 8 27/05/2013 17/06/2013 VELLA GABRIELLA 9 28/05/2013 27/06/2013 VELLA GABRIELLA 10 10/06/2013 18/07/2013 VELLA GABRIELLA 11 11/07/2013 24/10/2013 VELLA GABRIELLA 12 15/10/2013 18/11/2013 VELLA GABRIELLA 13 24/10/2013 13/01/2014 VELLA GABRIELLA 14 29/10/2013 07/01/2014 VELLA GABRIELLA 15 31/10/2013 30/01/2014 VELLA GABRIELLA 16 07/11/2013 10/01/2014 VELLA GABRIELLA 17 11/11/2013 21/01/2014 FARRUGIA MARSEANN 1 13/02/2013 08/03/2013 FARRUGIA MARSEANN 2 18/02/2013 22/03/2013 FARRUGIA MARSEANN 3 20/02/2013 25/03/2013 FARRUGIA MARSEANN 4 25/02/2013 22/04/2013 FARRUGIA MARSEANN 5 27/02/2013 26/04/2013 FARRUGIA MARSEANN 6 11/03/2013 22/03/2013 FARRUGIA MARSEANN 7 13/03/2013 06/05/2013 FARRUGIA MARSEANN 8 18/03/2013 12/06/2013 FARRUGIA MARSEANN 9 20/03/2013 10/05/2013 GALEA CHARMAINE 1 07/10/2013 01/11/2013 Adjudicators VELLA NADIA H. 1 11/10/2013 15/11/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 1 08/01/2013 06/03/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 2 09/01/2013 07/03/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 3 10/01/2013 12/03/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 4 11/01/2013 25/01/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 5 18/02/2013 24/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 6 19/02/2013 25/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 7 21/02/2013 30/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 8 25/02/2013 06/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 9 27/02/2013 08/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 10 28/02/2013 09/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 11 04/03/2013 13/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 12 05/03/2013 14/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 13 06/03/2013 15/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 14 07/03/2013 16/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 15 11/03/2013 15/03/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 16 14/03/2013 22/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 17 27/03/2013 11/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 18 01/04/2013 05/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 19 29/04/2013 25/06/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 20 30/04/2013 26/06/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 21 15/05/2013 04/07/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 22 16/05/2013 08/07/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 23 29/05/2013 20/06/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 24 10/06/2013 09/07/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 25 11/06/2013 08/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 26 13/06/2013 10/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 27 18/06/2013 15/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 28 19/06/2013 16/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 29 20/06/2013 17/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 30 27/06/2013 22/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 31 30/09/2013 03/12/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 32 01/10/2013 04/12/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 33 17/10/2013 22/01/2014 MICALLEF STAFRACE YANA 34 22/10/2013 05/02/2014 MICALLEF STAFRACE YANA 35 29/10/2013 11/02/2014 MICALLEF STAFRACE YANA 36 31/10/2013 12/02/2014 MICALLEF STAFRACE YANA 37 05/11/2013 06/02/2014 MICALLEF STAFRACE YANA 38 21/11/2013 25/02/2014 MIFSUD ATTARD DEBORAH 1 11/03/2013 22/03/2013 MIFSUD ATTARD DEBORAH 2 27/03/2013 03/04/2013 MIFSUD ATTARD DEBORAH 3 22/04/2013 27/05/2013 MIFSUD ATTARD DEBORAH 4 16/05/2013 27/06/2013 PSAILA SAVONA KATJA 1 28/01/2013 09/04/2013 PSAILA SAVONA KATJA 2 11/02/2013 13/02/2013 PSAILA SAVONA KATJA 3 15/02/2013 20/02/2013 PSAILA SAVONA KATJA 4 28/02/2013 05/03/2013 PSAILA SAVONA KATJA 5 11/03/2013 13/03/2013 PSAILA SAVONA KATJA 6 12/03/2013 13/03/2013 PSAILA SAVONA KATJA 7 18/03/2013 07/05/2013 PSAILA SAVONA KATJA 8 27/03/2013 08/04/2013 PSAILA SAVONA KATJA 9 24/04/2013 05/06/2013 PSAILA SAVONA KATJA 10 07/05/2013 10/06/2013 PSAILA SAVONA KATJA 11 21/05/2013 12/06/2013 PSAILA SAVONA KATJA 12 31/05/2013 10/06/2013 PSAILA SAVONA KATJA 13 09/10/2013 25/11/2013 PSAILA SAVONA KATJA 14 04/11/2013 02/12/2013 PSAILA SAVONA KATJA 15 21/11/2013 03/12/2013 GALEA VINCENT 1 24/01/2013 14/03/2013 GALEA VINCENT 2 25/01/2013 21/02/2013 GALEA VINCENT 3 11/03/2013 06/05/2013 GALEA VINCENT 4 23/04/2013 15/05/2013 GALEA VINCENT 5 25/04/2013 11/06/2013 GALEA VINCENT 6 10/05/2013 17/05/2013 GALEA VINCENT 7 14/05/2013 21/05/2013 GALEA VINCENT 8 15/05/2013 22/05/2013 GALEA VINCENT 9 05/07/2013 27/09/2013 GALEA VINCENT 10 26/09/2013 27/09/2013 GALEA VINCENT 11 01/11/2013 13/11/2013
Leg 12 PQ #6231 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maġistrati — Kawżi ċivili u ta’ libell

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-maġistrati li jagħmlu ċ-Ċivil u kif jiġu assenjati lilhom il-kawżi ċivili u ta' libell?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja Il-kawżi ċivili fil-Qorti tal-Maġistrati (Sede Ċivili) jiġu assenjati fuq bażi ta’ rota lil: Magistrat Dr Consuela Scerri Herrera Magistrat Dr Francesco Depasquale Magistrat Dr Marse-Ann Farrugia Kawżi ta’ Libell jinstemgħu mill-Maġistrat Dr Francesco Depasquale u għal kull kawża ta’ libell li jingħata jinqabeż mir-rota tal-kawzi ċivili. Fit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva jippresjedu il-Maġistrat Dr. Gabriella Vella u l-Maġistrat Dr. Charmaine Galea. Il-Maġistrat Dr. Charmaine Galea tippresjedi dawk il-kawżi amministrattivi tal-Ministeru tal-Finanzi; tal-Awtorita’ għat-trasport f’Malta; tal-Awtorita’ tar-Riżorsi f’Malta; u tal-Kummissarju tal-Pulizija; Il-Maġistrat Dr. Gabriella Vella tippresjedi dawk il-kawżi amministrattivi tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni dwar l-Income tax; Kummissarju tat-Taxxi Interni dwar Duty on Document; kawżi dwar Value Added Tax; kawżi tal-Kontrollur tad-Dwana; u kawżi tal-Malta Communications Authority. Il-Maġistrat Dr. Doreen Clarke tippresjedi fuq dawk il-kawżi meta jkun hemm astenzjoni miż-żewġ Maġistrati l-oħra hawn fuq imsemmija. Qrati u Tribunali (Għawdex) Il-Maġistrati li jagħmlu ċ-Ċivil fil-Qorti ta’ Għawdex huma l-Maġistrat Dr Paul Coppini u l-Maġistrat Dr Josette Demicoli u jiġu assenjati kawża kull wieħed b’mod alternattiv.
Leg 12 PQ #6282 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Każijiet ta’ serq ta’ oġġetti, flus u mediċini — rapporti lill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ rapporti li saru lill-Pulizija dwar serq jew miżapproprijazzjoni ta’ oġġetti, flus, mediċini, materjali jew affarijiet oħra mill-Isptar Mater Dei minn Jannar 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ l-Ministru jgħid: a) X’kien l-oġġett misruq u/jew miżapproprijat; b) X’valur għandu l-oġġett; c) Meta rriżulta n-nuqqas tal-oġġett; d) Meta sar ir-rapport lill-Pulizija; e) X’azzjoni ttieħdet mill-management fil-konfront tal-impjegati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Kappara – Triq Tas-Sliema – zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hux qed jippjana li jinstalla traffic lights maż-zebra crossing fi Triq Tas-Sliema, il-Kappara?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pedestrian crossing li hemm approvata fi Sliema Road, San Ġwann, hija zebra crossing u mhux pelican crossing u għalhekk mhux ser jitwaħħlu traffic light beacons magħha.

Servizz tal-Emerġenza 112 – sejħiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa telefonika kien hemm fuq is-servizz uniku Ewropew ta’ telefonati ta’ emerġenza fuq in-numru 112 bejn l-2011 sa Ġunju 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li bejn l-1 ta’ Jannar 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2013 kien hemm 1,346,480-il telefonata ta’ emerġenza fuq in-numru 112.

MCA – applikazzjonijiet għat-Trust-Mark u t-Trust-Online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-iskema trust-mark u l-iskema trust-online mal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni sabiex websites ikunu ċċertifikati li huma siguri għall-business online kif ukoll iservu ta’ serħan il-moħħ għall-konsumaturi li jagħmlu użu minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li bħallissa hemm 13-il sit elettroniku li għandu Trust-Mark eShop, li hi amministrata mill-Awtorita' ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni. L-Aworita' ma tamministra l-ebda skema bl-isem ta’ trust-online.
Leg 12 PQ #6320 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Belt Valletta – restawr

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4134 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm sewa s’issa r-restawr tal-Belt Valletta u kemm se jiġi jiswa ladarba dan jitlesta kompletament?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu. Sadanittant jekk l-Onorevoli Interpellant kien qiegħed jagħmel referenza għar-restawr tas-swar, ninfurmaħ li l-proġett tar-restawr tas-swar li qed jaħdem fuqu id-Direttorat tar-Restawr u li qed isir b’ko-finanzjament ta’ 85% mill-UE permezz tal-programm ta’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali (FEZR) jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu u għandu jitlesta fl-2014. F’dan il-proġett se jkunu ġew irrestawrati s-swar kollha tal-landfront tal-Belt mill-Bastjun ta’ Sant Andrija in-naħa ta’ Marsamxett sal-Bastjun ta’ San Pietru u San Pawl in-naħa tal-Port il-Kbir. In-nefqa s’issa laħqet l-ammont ta’ disa’ miljuni, erba’ mija u wieħed u disgħin elf, tlett mija u sitta u sebgħin Ewro u tmintax-il ċenteżmu ( €9,491,376.18) , filwaqt li għad hemm pjanat nefqa ta’ miljun, erba’ mija u ħamsa u għoxrin elf, erba’ mija u wieħed u sebgħin Ewro u għaxar ċenteżmi (€1,425,471.10).
Leg 12 PQ #6321 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

materjal radjuattiv — Importazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4266 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm jiġi importat materjal radjuattiv f’Malta kull sena? Min jagħmel użu minnu? Min hu responsabbli għat-trasport tiegħu? Fejn u kif jiġi dispost materjal żejjed jew il-by products tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Avviż Legali 44 ta’2003 jirrikjedi l-utenti ta’ materjal radjuattiv iridu jkunu awtorizzati mill-Bord għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni. Ta’ kull sena, jiġu mpurtati madwar 225 prodott li jinkludu materjal radjuattiv, li l-maġġoranza tagħhom jintużaw f’applikazzjonijiet mediċi. Barra minn hekk isir ukoll użu f’numru ristrett f’setturi ndustrijali, li jinkludu Radjografija Industrijali u proċessi ta’ kontroll tal-kwalita f’diversi kumpaniji. It-trasport ta’ dan il materjal isir minn kumpaniji li huma awtorizzati mill-Bord għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni u jrid isir skont ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija Perikoluża bil-Vetturi bil-Mutur, li jaqaw taħt ir-responsabbilita’ ta’ Transport Malta. Il-materjal radjuattiv li jkun spiċċa l-użu tiegħu jista’ jiżi maħżun sakemm taqa l-attivita’, jew ikun jista jiġi dispost jew esportat, wara li jkun awtorizzat mill- Bord għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni.

Problema ta’ obeżità – ħidma dwar nutrizzjoni fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4313 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li f’Malta u f’Għawdex għandna problema ta’ obeżità, jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux servizzi professjonali ta’ nutrizzjoni fl-iskejjel? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet dwar tagħrif dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel u jekk jeżistux lezzjonijiet fin-nutrizzjoni għall-istudenti kollha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni għandu diversi ħidmiet li jiffokaw fuq is-saħħa li, bla dubju, jindirizzaw fl-istess waqt il-problema tal-obeżità. Dan id-Direttorat jaħdem id f’id mad-Direttorat tas-Saħħa. Fil-fatt, hemm bordijiet imwaqqfa bejn iż-żewġ Direttorati biex jintlaħaq dan il-għan. Wieħed minn dawn il-Bordijiet għadu kif għamel rakkomandazzjonijiet għal reviżjoni fuq id-Dokument tal- Healthy Eating Lifestyle Policy (HELP). Dan id-dokument, li qiegħed fuq is-sit elettroniku tad-Direttorati tal-Edukazzjoni, jinkludi fost informazzjoni oħra, lista ta’ ikel u xorb li hu permess jew mhux permess li jinbiegħ mit- tuck shops li hemm fl-iskejjel. Il-Kapijiet tal-iSkola huma responsabbli li jaraw li dan qed ikun imħares bl-akbar serjeta’ u li l-ikel u x-xorb għall-bejgħ fit- tuck shops ikunu dejjem skont dawn il-parametri stabbiliti. Fi ħdan l-iskejjel jeżistu wkoll Healthy Eating Committees li l-ħidma tagħhom hi li jiffokaw fuq l-istess għan. Dan l-aspett importanti hu wkoll rifless fl- Staff Development Plans (SDP) tal-iskejjel. It-tagħlim ta’ suġġetti bħal Physical Education , il- Home Economics u l- Personal Social Development huma mmirati li jolqtu bl-iżjed mod dirett u effettiv il-ħarsien u ż-żamma tas-saħħa tal-individwu. It-tagħlim tal- Home Economics fl-iskejjel sekondarji jipprovdi firxa ta’ esperjenzi ta’ tagħlim wiesgħa, inkluz dawk prattiċi, fuq it-temi ta’ Saħħa, Ikel u Nutriment, dejjem kollox marbut mal-Linji Gwida tad-Dieta Nazzjonali. Hemm ukoll il-ħidma tal- Home Economics Seminar Centre (HESC) li jifforma parti mid-Dipartiment tal-Kurrikulu. Dan iċ-ċentru jorganizza seminars u esperjenzi oħra ta’ tagħlim prattiku fuq is-saħħa, l-ikel u n-nutriment għat-tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. Għal xi seminars jiġu mistiedna jattendu il-ġenituri tal-istess tfal. Studji u riżultati evalwattivi juru bis-sħiħ l-importanza ta’ ħidma f’dan ir-rigward. Ir-rakkomandazzjonijiet tal- National Curriculum Framework for all 2012 (NCF) qed jinkludu aspetti tal- Home Economics kif ukoll tal- Physical Education biex jifformaw parti integrali mis-suġġett ġdid tal- Physical Health Education (PHE) li ser jiġi offrut lill-istudenti kollha mis-sena skolastika li jmiss. L-għan ewlieni hu li kull student jiġi espost għall-esperjenzi ta’ tagħlim prattiku li jenfasizzaw l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku u t-tagħlim fuq l-ikel, in-nutriment u s-saħħa.
Leg 12 PQ #6323 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Prodotti agrikoli — esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5877 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u jgħid liema prodotti agrikoli jiġu esportati minn Malta u Għawdex? Kemm kienet il-kwantità kull sena ta’ kull prodott li ġie esportat f’dawn l-aħħar ħames snin? X’tip ta’ u kemm qed tieħu sussidju Malta mill-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (GRECH, LOUIS)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Whistleblowing Reporting Officer għall-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali huwa d-Direttur (Servizzi Korporattivi), fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-uffiċċjal qed jieħu t-taħriġ li hemm bżonn u diġa attenda Seminar fuq is-suġġett ġewwa c-CDRT.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (VELLA, GEORGE)

L-Avv. Roseanne Cortis, li tagħmel parti mis-Sezzjoni Legali fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hija l-persuna nominata bħala Whistleblowing Reporting Officer. Din l-uffiċjal hija membru tas-servizz diplomatiku fil-grad ta' second secretary. Nhar l-Erbgħa 27 ta' Novembru 2013, l-Avv. Cortis, flimkien mal-Whistleblowing Reporting Officers tal-Ministeri l-oħra, attendiet Seminar dwar il-Whistleblowing Act. Waqt is-Seminar ingħata tagħrif dwar il-provvedimenti ta' dan l-Att u ġew diskussi l-obligazzjonijiet tal-Whistleblowing Reporting Officers.
Leg 12 PQ #6334 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Whistleblowing Reporting Officer għall-Ministeru għat-Turiżmu hija l-Assistent Direttur fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Din il-persuna attendiet it-taħriġ fiċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nhar is-27 ta’ Novembru 2013.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-persuna li ġiet appuntata bħala Whistleblowing Reporting Officer fil-Ministeru tiegħi hija l-Legal Advisor fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Dr Charmaine Cristiano.