Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6385 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – skemi tal-unjoni Ewropea – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-iskemi tal-Unjoni Ewropea li għad għandhom applikazzjonijiet pendenti għalihom il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? F’kull każ meta saru l-applikazzjonijiet?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #6386 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MEPA – policies dwar tall buildings — konsultazzjonijiet mal-kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’konsultazzjoni saret bejn il-kunsilli lokali u l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-policies dwar tall buildings li tħabbru f’dawn il-jiem?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Leg 12 PQ #6387 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – policies dwar tall buildings — konsultazzjonijiet mal-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’konsultazzjoni għamlet l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-Kunsilli Lokali involuti għal dak li jirrigwardja l-policies dwar tall buildings li tħabbru f’dawn il-jiem? X’kienu r-reazzjonijiet tal-Kunsill Lokali involut f’dan il-proċess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-oġġettivi tal-policy ġew ippubblikati għall-konsultazzjoni f'Settembru għal ġimgħatejn u ma' kien hemm l-ebda reazzjoni minn xi kunsill lokali. Id-draft tal-policy gie ppubblikat nhar it-Tnejn 24 ta' Novembru u fl-ewwel ġimgħa kien hemm talba għal aktar informazzjoni mill-kunsill ta' Marsascala u talba għal laqgħa mill-kunsill ta' Pembroke.
Leg 12 PQ #6389 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas il-konsulent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, xahar b'xahar minn Marzu 2013 'il hawn f'ismu u/jew f'isem xi kumpaniji li għandu sehem fihom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Offenders Assessment Board u l-Parole Board — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Offenders Assessment Board u l-Parole Board u meta ġew maħtura?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Amnestija – kategorija ta’ detenuti li ġew liberati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema kategorija ta’ delitti kienu qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija dawk il-54 detenut li ġew liberati mill-Faċilità korrettiva ta’ Kordin bl-amnestija bejn il-5 u t-8 ta’ Ġunju 2013, numru imsemmi mill-istess Ministru fil-Parlamentari fis-Seduta tal-5 ta’ Ġunju 2013 meta ta d-dettalji dwar l-amnestija li l-Gvern iddeċieda li jagħti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni wkoll għar-rigward tad-detenuti li se joħorġu bis-saħħa ta’ din l-amnestija kull xahar minn issa sal-aħħar tal-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. interpellant illi meta nagħtat il-figura ta’ 58 priġunier l-amnestija kienet qed tinħadem fuq mitt jum mingħajr remission imma fil-fatt meta ingħatat l-amnestija din kienet qed tinkorpora’ r-remission li allura effettivament minn kellu gwadan sħiħ tar-remission dan ibbenefika minn 66 jum. Dan kien iffisser li bejn is-7 u t-8 ta’ Ġunju u mhux qabel kif qed isaqsi l-Onorevoli interpellant, ġew meħlusa 35 priġunier. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi bid-dettalji xahar b’xahar rigward detenuti li ħargu u li ser joħorġu bis-saħħa tal-amnestija sal-aħħar tal-2013.

Korp tal-Pulizija – membri fl-għassa ta’ Ħal Qormi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu addetti fl-għassa ta’ Ħal Qormi fit-8 ta’ Marzu 2013 u fid-9 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fit-8 ta’ Marzu at din is sena, kien hemm 32 membru tal-Korp stazzjonati fl-Għassa ta’ Hal Qormi, filwaqt li fid-9 ta’ Gunju kien hemm 30.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – programm kontra l-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti jiskontaw sentenza ta’ priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li fis-7 ta’ Ġunju 2013 kienu qed isegwu programm residenzjali ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga u fejn kienu qed isegwuh?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nhar is-7 ta’ Ġunju 2013 kien hemm 7 priġunieri ġewwa l-programm offrut mill-Caritas u priġunier wieħed li kien qiegħed isegwi programm ta’ rijabilitazzjoni offrut mill-aġenzija Sedqa. Dan għat-total ta’ tmien priġunieri.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – programm kontra l-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti li qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li fis-7 ta’ Ġunju 2013 kienu qed isegwu l-PIP programm ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga? Fejn kienu qed isegwu dan il-programm?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-PIP (Prison Inmates Program) huwa programm ta’ rijabilitazzjoni mmexxi mill-aġenzija Caritas, fejn kien hemm seba prigunieri jsegwu l-programm fl-imsemmija data.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — programm kontra l-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, b’referenza għal dawk id-detenuti li qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-7 ta’ Ġunju 2013 u li kienu qed isegwu programm residenzjali tal-PIP (riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga) f’Sant’Anna tal-Caritas, kemm kien baqgħalhom jiskontaw mis-sentenza ta’ priġunerija tagħhom fis-7 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kien hemm seba priġunieri jsegwu l-programm PIP (Prison Inmates Program) offrut mill-Caritas. Dawn huma in-numru ta’ ġranet li kien għad iridu jiġu skontati qabel tnaqsitilhom l-amnestija. 1. 59 gurnata 2. 41 gurnata 3. 226 gurnata 4. 112 gurnata 5. 84 gurnata 6. 126 gurnata 7. 134 gurnata
Leg 12 PQ #5942 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF – operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk l-operaturi li huma approvati mill-Embryo Protection Authority li joperaw trattamenti tal-IVF? Għal kull każ jista’ jgħid meta dawn applikaw mal-Awtorità u meta ġew approvati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm żewġ awtoritajiet involuti, li huma l-Awtorità tal-Liċenzjar fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun. Kull tip ta’ liċenzjar huwa kompitu tal-Awtorità tal-Liċenzjar fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun tirregola dawk il-kliniċi/ċentri li jkunu muniti b'liċenzja mogħtija mill-Awtorità tal-Liċenzjar.
Leg 12 PQ #5943 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

midwives — Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ingaġġati l-midwives li ggradwaw din is-sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onor. Membru għandu jkun infurmat li l-qwiebel li ggradwaw din is-sena ġew impjegati fl-Isptar Mater Dei fil-11 ta’ Novembru 2013.

Il-Belt Valletta — CVA – tibdil fis-sistema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jkunu t-tibdiliet li se jiddaħħlu fis-sistema tas-CVA fil-Belt Valletta u meta dawn se jidħlu fis-seħħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tibdiliet li se jiddaħħlu fis-sistema tas-CVA huma hekk kif ġie mwiegħed fil-manifest elettorali. Dan ifisser li b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2013, mhu se jkun hemm l-ebda ħlas tas-CVA għal kull min jidħol il-Belt Valletta wara s-sagħtejn ta’ wara nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa, il-ġurnata kollha s-Sibtijiet u l-Ħdud u fil-festi pubbliċi. Dan ser isir bil-għan li ninkoraġġixxu id-dħul fil-Belt Valletta għal-żjarat wara s-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, weekends u festi pubbliċi.

Il-Belt Valletta — CVA – qbil mill-Kunsill Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qabilx mat-tibdil fis-sistema tas-CVA fil-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5944.

Il-Belt Valletta — CVA – konsultazzjoni mar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti tal-Belt Valletta kenux ikkonsultati bit-tibdil fis-sistema tas-CVA fil-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5944.
Leg 12 PQ #6142 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Uffiċċju tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin mil-liema programm ġejjin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropeja sabiex jiġi approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorità ta’ Ġestjoni tibda tohroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Leg 12 PQ #6162 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — kuntratti ma' avukati u periti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali tas-7, 11 u t-12-il distrett għandhom kuntratti ma' avukati u periti biex iwettqu xogħol għal dawn l-istess kunsilli lokali wieħed wieħed individwalment? Jista' jagħti tagħrif dwar liema minn dawn il-kunsilli lokali biddlu l-professjonisti tagħhom matul l-aħħar sena? F'kull każ mera sar it-tibdil? Jista' jagħti tagħrif dwar f'liema każijiet l-professjonijisti li kienu ngaġġati qabel għadhom iwettqu x-xogħol tagħhom mal-istess kunsilli li kienu joperaw fihom?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6163 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

kunsilli lokali — pubblikazzjoni ta' magazines

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif war liema kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett għandhom magazine li jiġi ppubblikat b'ċertu regolarità? X'inhu l-isem tal-magazine u b'liema frekwenza jiġi ppubblikat? Jista' jagħti tagħrif dwar liema magazines hu mistenni li jiġu ppubblikati sal-aħħar tas-sena? Min intalab jikkontribwixxi għal pubblikazzjonijiet li ħarġu u minn min dawk li jiktbu regolarment mhux se jiġu mitluba permessi li jiktbu fil-pubblikazzjonijiet sal-aħħar tas-sena lokalità blokalità?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6164 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — xogħol infrastrutturali - kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm kontijiet pendenti għal xogħol infrastrutturali li sar mill-kunsilli lokali tas-7,11 u t-12-il distrett elettorali bejn Jannar u Settembru 2013? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar liema xogħlijiet li saru fl-istess perijodu għad m'hemmx il-kont pendenti? X'inhu maħsub li tkun in-nefqa marbuta ma' dawn l-istess kontijiet pendenti?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant infurmat li l-informazzjoni għar-rigward tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar tingħata hekk kif il-Kunsill Lokali jipprovdi l-informazzjoni mitluba.

Il-Belt Valletta – Triq il-Lanċa – one-way

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Triq il-Lanċa fil-Belt Valletta minn one-way ġiet maqluba għal two-way? Min ħa din id-deċiżjoni? Id-Direttorat responsabbli mit-traffic management u road safety fi ħdan Transport Malta kien ikkonsultat qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni? Il-wisgħa ta' din it-triq minn tarf ta' bankina għall-ieħor tippermetti għal sistema ta' two-way traffic? Kif kien affetwat il-parkeġġ f' din it-triq? Il-Kunsill Lokali kien ikkonsultat qabel ma din it-triq ġiet two-way?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta approvat u mplimentat il-miżura li t-traffiku fi Triq il-Lanċa issir fiż-żewġ direzzjonijiet (two way) sabiex, għal raġunijiet ta’ sigurtà, ikun hemm żewġ aċċessi mix-Xatt tal-Belt, wieħed għal Triq San Mark u l-ieħor għal Triq San Bastjan. Din il-problema ta' sigurta’ ġiet diskussa mad-Dipartiment għall-Immaniġġjar tat-Traffiku li sussegwentament ħejja l-pjanti neċessarji għall-implimentazzjoni. Parti mill-parkeġġ ta' din it-triq tneħħa sabiex jippermetti vetturi jgħaddu miż-żewġ direzzjonijiet opposti tat-traffiku fil-parti fejn m’hemmx visibilita’ ta' xulxin tal-vetturi opposti (forward visibility). Fejn hemm visibilita’, it-traffiku huwa regolat bit-tabelli tat-traffiku li jistipulatw il-prijorita'. Minħabba li parti mill-parkeġġ ta' din it-triq tneħħa, ġie rivedut id-disinn tal-parkeġġ tal-akwata kollha fejn ser jiżdiedu l-parkeġġi li ġew imneħħija u tali xogħlijiet ser jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ġie kkonsultat fid-9 ta' Awissu 2013.