Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ dawk il-professjonijiet affettwati mill-Avviż Legali Nru 388?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li professjonijiet affetwati huma dawk il-professjonijiet kollha li huma regolati minn Kunsill Regolatorju li jaqa’ taħt l-Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa, li preżentament huma l-Kunsill Mediku, il-Kunsill tal-Ispiżjara, il-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel u l-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina. Dawn rispettivament ikopru t-tobba u l-kirurġi dentali, l-ispiżjara u l-pharmacy technicians, l-infermiera u l-qwiebel, u l-professjonijiet komplimentari għall-mediċina kif miġjub fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill, jiġifieri:
-
Acupuncturist
- Audiologist
- Chiropractor
- Clinical Perfusionist
- Dental Hygienist
- Dental Technologist
- Dietitian
- Environmental Health Officer
- Medical Laboratory Scientist
- Nutritionist
- Occupational Therapist
- Optometrist
- Orthoptist
- Osteopath
- Physiotherapist
- Podiatrist
- Psychotherapist
- Radiographer
- Speech Language Pathologist
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-unions u l-assoċjazzjonijiet l-oħra li jirrappreżentaw lill-ħaddiema qabel ma ġie ppubblikat l-Avviż Legali Nru 388?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li konsultazzjoni mal- unions u l-assoċjazzjonijiet l-oħra li jirrappreżentaw lill-ħaddiem saru f'meeting organizzat mill- MEUSAC meta CION kienu Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Lista Formularja tal-Gvern u jagħti resumè fil-qosor tal-esperjenza u l-kwalifiki tal-persuni appuntati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Formularju tal- Gvern huwa kompost hekk:
· Chairperson (Financial Controller)
· 2 membri (Pharmacists)
· 2 membri (Clinicians)
· Membru (Patient representative)
· Membru (Legal advisor)
· 2 membri (Economic Advisors)
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4938 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il kontravenzjoni tat-traffiku saru mill-gwardjani lokali f’Malta u f’Għawdex f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti t-tabella ta’ dan għall kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti ukoll f’liema lokalitajiet saru dawn il-kontravenzjonijiet?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4744 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern hux jipprovdi għajnuna psikoloġika lill-qraba ta’ pazjenti li mietu, li qegħdin l-ITU jew li kellhom korriment? Jekk iva, kemm-il individwu għamel użu minn dan is-servizz? Jekk le, hemm il-ħsieb li jitwaqqaf dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Psikologi, għalkemm kienu impjegati fil-qasam tas-Saħħa Mentali, bdew joffru s-servizzi tagħhom fl-isptar Mater Dei minn mindu infetaħ, eżattament minn Awissu 2007. Huma irċevew riferti minn diversi konsulenti; fost dawn kien hemm riferti dwar persuni li kellhom xi inċident u persuni li mietilhom xi ħadd.
Minħabba li l-psikologi kienu
accountable
lejn il-qasam tas-saħħa mentali, l-istatistika li kienu mitluba iżommu ma kienx fiha dettaji speċifiċi dwar il-pazjenti riferuti mill-Isptar Ġenerali. L-Istatistika mitluba u miżmuma kienet kemm ġew referuti persuni u minn liema konsulenti.
F'Novembru 2013 ġie organizzat kollox mill-qiegħ u ġew stabbiliti is-servizzi psikoloġiċi propriji għal Mater Dei b’distinzjoni minn dik tas-servizz tas-saħħa mentali u tfassal pjan ħolistiku b'ingaġġ ta' psikologi ġodda, ikollna servizzi psikoloġiċi professjonali fl-Emerġenza u l-ITU u l-IVF; servizzi li jixirqu lill-Sptar modern fl-Ewropa.
Ministeru għal Għawdex – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer tal-Ministeru għal Għawdex huwa fil-grad ta' Direttur.
Tista’ l-Ministru tgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tagħha? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (DALLI, HELENA)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Whistleblowing Reporting Officer fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili huwa d-Direttur (Strategy Support) fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħriġ lill-Whistleblowing Reporting Officer inbeda x-xahar l-ieħor.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħi hu uffiċjal fi skala 5. L-istess uffiċjal qed jingħata t-taħriġ neċessarju.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tagħha? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna rċeviet taħrig ġenerali fuq id-disposizzjonijiet tal-ligi u t-tħaddim tagħha. Għandha grad ta’ Assistant Direttur.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħatar Assistent Direttur, bħala l-whistleblowing reporting officer fi ħdan il-Ministeru. Huwa diġà attenda sessjoni ta’ informazzjoni dwar il-liġi tal-whistleblowing u hemm ippjanat laqgħat oħra ta’ informazzjoni aktar ‘il quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Whistleblowing Reporting Officer għall-Ministeru Għall-Finanzi huwa Uffiċjal fi Skala 4.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu ripetuti, kemm minnhom tressqu l-qorti u x’pieni rċevew? Kemm minnhom irriżultaw f’dannu fiżiku permanenti? Hemm xi ħsieb li jiġi stabbilit reġistru li jippubblika l-ismijiet ta’ dawk li jinstabu ħatja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika rrapurtati lill-Pulizija u n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk:
2009
2010
2011
2012
2013
Każijiet ta’ vjolenza domestika rrapurtati lill-Pulizija
543
659
848
1028
850
Persuni mressqa l-Qorti
651
720
1010
732
563
Il-pieni mgħotija lill-dawk misjuba ħatja kienu jinkludu multa; ordni ta’ probation; ordni għal liberazzjoni taħt kondizzjoni; sentenza sospiza u garanzija personali.
Infurmat ukoll illi tagħrif dwar kemm kienu repeated offenders u n-natura ta’ feriti tal-vittmi mhux disponibbli taħt forma ta’ statistika.
Inġibditli l-attenzzjoni illi fit-Twegiba ghall Mistoqsija Parlamentari numru 1818, in-numru ta’ persuni mressqa l-Qorti matul is-sena 2011, bi zvista ġie mgġoti bħala 101, meta filfatt ried ikun 1010 kif imsemmi fit-Twegiba li qed nagħti illum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal f’dawn l-aħħar ħames snin (kull sena)? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-twelid b’ċesarja, bl-għodda jew ventouse u twelid normali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin twieldu 21,013-il tarbija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-twelid b’ċesarja, bl-għodda jew
ventouse
u twelid normali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm twelid ta’ tewmin jewtriplets f’kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu b’IVF?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ twelid ta’ tewmin jew ‘triplets’ kull sena għall-aħħar ħames snin skont kellhomx ‘Assisted Reproductive Technology’ huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm kien hemm tfaldiagnosed b’cerebral palsy f’dawn l-aħħar 5 snin? B’liema mod twieldu: b’ċesarja, b’ventouse jew bi ħlas normali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ tfal li gew riferuti fic-CDAU li ġew diagnosed b’celebral palsy bejn l-2008 u l-2013 huma 13.
Dawn twieldu:
· 8 bi ħlas normali
· 3 b’ċesarja
· 2 b’ventouse
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi tip ta' studji dwar xi proġetti kapitali li jrid iwettaq matul din il-leġi¿latura? Jekk fl-affermattiv għal-liema proġetti saru dawn l-istudji, lil min ġew ikkummissjonati u kemm sewa kull studju?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li qegħdin jitkomplew studji konnessi mal-protezzjoni tal-bajja ta’ Marsalform mill-maltemp. Dawn l-istudji kienu kkummissjonati lill-ADI Associates u SVASEK Hyraulics fis-snin 2011 u 2012 rispettivament u s’issa swew b’kollox € 72,935.80.
Jista' l-Ministru jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm saru xogħlijiet ta' tisbiħ f'uffiċċji u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm sewa kull xogħol u min kienu l-kuntratturi li għamlu dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li kull darba li tagħmel ix-xita qed ikun hemm għadira kbira qrib l-area magħrufa bħala l-Qolla s-Safra, matul il-coast road, ħdejn il-Magħtab, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitnaddfu l-pajpijiet li hemm min-naħa għall-oħra tat-triq ħalli ma jibqax joqgħod ilma li qed joħloq periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn dawn l-inħawi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser isir ko-ordinament bejn id-Direttorat għat-Tindif u Transport Malta sabiex jiġi evalwat x’jista' jsir sabiex jitneħħa dan l-inkonvenjent.
Billi minn diversi domandi qed jirriżulta li qed isiru laqgħat hekk imsejħa informali, mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li għalihom ma jkunux mistiedna n-nies involuti, bħal-laqgħa li suppost saret riċentament għas-sajjieda, jista’ l-Ministru jassigura li laqgħat bħal dawn jiġu mgħarrfa bihom dawk li huma involuti, jew li jista’ jkollhom interess fis-suġġett partikolari?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li s-Sindku jikkonferma li kull laqgħa tkun mgħarrfa permezz ta’ avviż fuq in-notice boards li l-Kunsill Lokali għandu madwar il-lokalità waqt li jkunu wkoll infurmati l-entitajiet li jkunu konċernati. Intant l-informazzjoni tkun ukoll fil-websajt tal-istess Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm skemi tal-Unjoni Ewropea li minnhom gawdew il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? Meta saru l-applikazzjonijiet li minnhom gawdew dawn il-kunsilli lokali?
Response (VELLA, KARMENU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.