Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Nazzjonali tat-Tfal

Question

Tista' l-Ministru tispjega l-għan tal-Kunsill Nazzjonali tat-Tfal? X’viżjoni għandha l-Ministru għal dan il-Kunsill? Minn min huwa kkostitwit dan il-Kunsill?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-bord ma ltaqgħax wara Marzu 2013, għax għadu ma ġiex rikostitwit minħabba li jridu jsiru xi tibdiliet fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal.

Bord tal-Addozzjonjiet

Question

Tista' l-Ministru tispjega l-għan tal-Bord tal-Addozzjonjiet u x’viżjoni għandha għal dan il-Bord? Minn min huwa kkostitwit dan il-Bord?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bord għall-Fostering

Question

Tista' l-Ministru tispjega l-għan tal-Bord għall-Fostering u x’viżjoni għandha għal dan il-Bord? Minn min huwa kkostitwit dan il-Bord?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bordijiet — riżenji

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li kien hemm xi riżenji minn xi bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, liema bordijiet jikkonċernaw il-kura tat-tfal? Jekk fl-affermattiv min huma dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Minn min imtlew il-postijiet vakati minn dawn il-persuni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika riżenji kienu fuq il-Bord ta l-Addozzjoni. Dawn ir-riżenji kienu ta’ Dr Ruth Farrugia minħabba li qegħda ċ-Chairperson tal-Kummisjoni tat-Tfal u Dr Ray Fenech u Ms Connie Griffiths Bianchi minħabba raġuni ta xogħol. Minflok inħatru Dr Adrian Camilleri, Dr Francis Fenech u Dr Dione Mifsud.

Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal

Question

Tista’ l-Ministru tgħid il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal hix qed tissostitwixxi xi struttura oħra? Peress li l-Politika Nazzjonali għat-Tfal hija waħda pjuttost riċenti, tista’ l-Ministru tgħid għaliex inħass il-bżonn li titfassal politika oħra kompletament ġdida f’daqstant żmien qasir?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummisjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Policy għat-Tfal mhix tissostitwixxi strutturi oħra. Din il-Kummisjoni qed taħdem biex fiż-żmiem li ġej, pajjiżna ikollu għall-ewwel darba l-Att dwar it-Tfal. Nħass il-bżonn li titfassal politika oħra kompletament ġdida f’daqstant żmiem qasir peress li qatt ma kien hemm struttura li tiffoka fuq strateġija u politika għat-Tfal, iżda dawn kienu jiġu l-aktar ikkunsidratti bħala parti mill-familja.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – contract for service

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5149 u tgħid min huma dawk il-persuni li ngħataw contract for service mid-9 ta' Marzu 'l hawn? Tista' tgħid kemm tħallsu s'issa? Tista' tqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru Għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tagħha jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx persuni fi ħdan il-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5126 u tagħti lista aġġornata ta' persuni li qed jagħtu konsulenza fil-Ministeru tagħha u kemm qed jitħallsu f'paga, allowances u perkaċċi oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5127 u tagħti lista aġġornata tal-persuni li għandha jaħdmu fil-Ministeru tagħha? Kemm minn dawn ma kinux jaħdmu fis-settur pubbliku qabel ġew ingaġġati mal-Ministeru?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Età ta’ Kunsens għal att sesswali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età legali fejn persuna tista’ tagħti l-kunsens tagħha għal att sesswali tinżel minn 18 għal 16 il-sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament il-Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali jinsab fl-ewwel stadji tat-tfassil ta’ liġi komprensiva dwar it-Tfal ( l-Att dwar it-Tfal) għaldaqstant mhux jeskludi li jieħu din il-kwsitjoni in kusiderazzjoni fil-futur.

Eta’ minn meta persuna tista’ tixrob l-alkohol

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5307 u tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età minn meta persuna tista’ tixrob l-alkoħol togħla minn 17-il sena għal 18-il sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament il-Ministeru għall-Familja u Soliderjeta’ Soċjali jinsab fl-ewwel stadji tat-tfassil ta’ liġi komprensiva dwar it-Tfal ( l-Att dwar it-Tfal) għaldaqstant mhux eskluż li l-età minima dwar xorb alkoholiku tkun diskussa f’din il-policy.

provvista tal-enerġija elettrika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-valuri rispettivi għas-snin 2008 sas-sena 2012 (sena b'sena) fir-rigward tal-ammont ta' annnual percentage (%) unaccounted for units fis-settur tal-provvista tal-enerġija elettrika?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Inherent technical losses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ (%) ta' unaccounted for units li kien dovut għal inherent technical losses għas-snin 2008 sas-sena 2012 (sena b'sena) kif ukoll kemm kien il-persentaġġ (%) dovut għal serq (theft) għall-istess perijodu hawn fuq imsemmi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

konsum ta' enerġija elettrika — service/meter charge - settur domestiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-valur tas-service/meter charge għal konsumaturi (kemm single phase kif wkoll three phase) hux se jibqa’ l-istess fis-seba' (7) snin li ġejjin fir-rigward ta' konsum ta' enerġija elettrika fis-settur domestiku?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traħħis fil-kontijiet huwa konsistenti ma dak li ħabbarna qabel l-elezzjoni u fil-baġit.

Eco Reduction Scheme – konsumaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ konsumaturi (domestiċi) tal-enerġija elettrika li bbenifikaw mill-Eco Reduction Scheme fis-snin 2010, 2011 u 2012 sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Transport Malta – permessi għal billboards

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5592, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ siti li huma proprjetà ta’ Transport Malta u li fuqhom inħareġ kemm permess kif wkoll kirja għall-installazjoni ta' billboards minn Transport Malta? Jista’ jgħid jekk dawn is-siti ngħatawx b'direct order jew inkella ħarġux b'tender? Meta nħarġet id-direct order/tender? Min ħa t-tender/direct order? Għal kemm hu validu dan id-direct order/tender?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta mhix l-entita’ responsabbli sabiex toħroġ permessi għall- billboards. L-Awtorita’ tagħti biss l-approvazzjoni jew oġġezzjoni tagħha meta tiġi kkonsultata.

Transport Malta – billboards bla permess

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5592, jista’ l-Minstru jgħid x'azzjoni qed tieħu Transport Malta fir-rigward ta' dawk is-siti li huma proprjetà ta' Transport Malta u li fihom hemm stallati billboards bla permess jew approvazzjoni ta’Transport Malta, speċjalment dawk li mhumiex armati skont ir-regolament ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6180.
Leg 12 PQ #6283 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Każijiet ta’ serq ta’ oġġetti, flus u mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ każijiet ta’ serq jew miżapproprijazzjoni ta’ oġġetti, flus, mediċini, materjali jew affarijiet oħra minn Jannar 2013 sal-lum liema każijiet ma ġewx rappurtati lill-Pulizija? F’kull każ jista’ l-Ministru jgħid: a) X’kien l-oġġett misruq u/jew miżapproprijat; b) X’valur għandu l-oġġett; c) Meta rriżulta n-nuqqas tal-oġġett; d) Meta sar ir-rapport lill-Pulizija; e) X’azzjoni ttieħdet mill-management fil-konfront tal-impjegati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Leg 12 PQ #6284 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tender tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall x’kienu r-raġunijiet għaliex tħassar it-tender tal-IVF u jgħid meta se jerġa’ jinħareġ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni tal-offerti għal dan it-tender, instab li s-sottomissjoni ma kienetx konformi mal-kriterji stabbiliti fis-sejħa tat-tender oriġinali. Għaldaqstant ma kienx legalment possibbli li jitkompla l-proċess minħabba raġunijiet amministrattivi, tekniċi u finanzjarji. Infurmat ukoll li sejħa oħra għall-IVF ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2013.
Leg 12 PQ #6285 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

professjonisti fil-qasam tas-saħħa — Indemnity Insurance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet għaliex iddaħħlet indemnity insurance għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li L-obbligu li professjonist li jaħdem fil-qasam tal-kura tas-saħħa jkollu ‘professional indemnity insurance’ jew xi tip ta` kopertura simili, joħrog mid-Direttiva dwar l-Applikazzjoni tad-Drittijiet tal-Pazjent fil-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (Cross Border Healthcare Directive) li daħħlet fis-seħħ fil-25 ta` Ottubru li għadda w li ilna ngħidu li trid tiddaħħal sa mis- sena 2011.