Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) bdietx tagħmel investigazzjoni taħt il-liġi ta’ sorveljanza tas-suq dwar id-dikjarazzjoni li għamlet il-kumpanija, li d-dettalji dwarha qegħdon jitnbagħtu separatament, il-ġimgħa l-oħra fejn l-Għaqda tal-Konsumatur talbet li jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji?
Response (DALLI, HELENA)
Jien infurmata li d-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) jagħmel stħarrig regolari biex jassigura li ċilindri tal-gass impoġija fis-suq ikunu siguri. Minn investigazzjoni illi l-Awtorita’ għamlet sa issa, ma nstabux ċilindri illi kellhom is-seals skont kif deskritti fl-istqarrijiet ta’ dan l-aħħar. Mill-ispezzjonijiet li saru, lanqas ma nstabu ċilindri fuq is-suq li m’humiex konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa skont il-liġi applikabli u l-istandards relatati.
Il-laboratorju tal-istess Awtorità jagħmel spezzjonijiet regolari fuq l-apparat illi jintuża meta ċilindri jiġu mimlija sabiex ikun żgurat illi hemm mezzi ta’ kontrolli adegwati waqt il-mili ta’ dawn iċ-ċilindri.
L-Imtarfa – Triq il-Maltin Internati u Eżiljati – dawl
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja sabiex jiġi stallat dawl fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati (magħrufa aħjar bħala l-bypass tal-Imtarfa)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
fondi tal-Unjoni Ewropea — Program ta’ operazzjoni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6330, jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li dawn il-programmi ta’ operazzjoni jkunu ffinalizzati u fiex jikkonsisti l-proċess li bih qed jiġu ppreparati?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed issir il-ħidma meħtieġa fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Il-proċess jikkonsisti f’numru ta’ diskussjonijiet fuq livelli lokali partikolarment mal-Ministeri, kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropea li huma l-bażi li fuqhom qegħdin jiġu kkompilati dawn il-Programmi. Il-Gvern huwa kommess li dawn ikunu ffinalizzati fil-ħin propizju sabiex minnufih jinbdew isiru s-sejħiet għal proġetti mill-Awtorità ta’ Ġestjoni.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6329, jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti d-data li fiha l-partnership agreement ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea l-ewwel abbozz tal-imsemmi dokument?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ewwel abbozz tal-partnership agreement ġie ppreżentat mill-Gvern lill-Kummissjoni Ewropea fil-31 t’Ottubru 2013.
Dipartiment tal-Artijiet – permessi għall-billboards proviżorji
Question
In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6309, jista' l-Ministru jgħid kif Transport Malta tkun involuta fit-tpoġġija ta’ kwalunkwe billboards fit-toroq jew maġenb it-toroq ta’ Malta u Għawdex, kemm dawk li jitpoġġew b’mod proviżorju kif ukoll dawk li jitpoġġew b’ mod permanenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tiġi kkonsultata sabiex tevalwa s-sit, li jkun identifikat għat-tqegħid ta’ billboard, mil-lat ta’ sigurta’ fit-triq skont Kapitlu 499 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6364 u jgħid kemm il-proprjetà pubblika għandu l-Partit Laburista mikrija lilu jew mogħtija b'xi titolu ieħor bħal ċens perpetwu jew ċens temporanju? Jista' jagħti lista ta' dawn il-propjetajiet, fejn jinsabu u kemm jħallas il-Partit Laburista fis-sena għal kull proprjetà?
Dipartiment tal-Artijiet – permessi għall-billboards proviżorji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6308 u jgħid kemm hemm permessi maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet għall-billboards proviżorji fuq art pubblika madwar Malta u Għawdex? Jista’ jagħti l-postijiet fejn jinsabu, għal kemm żmien inħareġ u l-permessi ta’ kull billboard?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 8 permessi ta’ Billboards li kienu maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet fi snin li għaddew u li għadhom attivi sallum. Dawn il-permessi huma għal perjodu ta’ sena u jerġgħu jiġġeddu għal perjodu ta’ sena oħra. Il-billboards koperti b’dawn il-permessi jinsabu fil-lokalitajiet ta’ Sta Venera, Naxxar, Swieqi, Pembroke, Marsa, u Ħal Qormi.
In vista tar-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 6375 fejn indika li general practioner, staff nurse, enrolled nurse u tliet health assistants qed jagħmlu xogħol f’oqsma differenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn l-oqsma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korp Diplomatiku – ex Ambaxxaturi u Heads of Mission
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Ambaxxatur jew Head of Mission ġew mitluba jirritornaw Malta mill-elezzjoni ’l hawn u kemm sewa dan it-trasferiment lill-Gvern Malti?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn l-Ambaxxaturi jew Heads of Mission ġew mitluba jirritornaw lura minn żmien l-elezzjoni sal-lum:
Joseph Cole, Godwin Montanaro, Joseph Cassar, Karl Xuereb, Colin Scicluna, Joseph Licari, Walter Balzan, Raymond Sarsero, Therese Cutajar, Charles Sultana u Ray Bondin.
Dan it-trasferiment sewa €152,591.49 li minnhom €73,561.49 huma Terminal Benefits li jirriżultaw minn kuntratti li kien għamel Gvern preċedenti.
Korp Diplomatiku – ex Ambaxxaturi u Heads of Mission
Question
B’referenza għal kull persuna li kienet qed isservi bħala Ambaxxatur jew Head of Mission kif ukoll b’referenza għal kull persuna li qabel f’ħin jew ieħor serviet bħala Ambaxxatur jew Head of Mission u li kienet jew għadha tifforma parti mill-pool ta’ career diplomats u li issa ntalbet tiġi lura Malta mill-Elezzjoni Ġenerali ’l hawn, xi rwol preċiż qed taqdi kull tali persuna fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?
Response (VELLA, GEORGE)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:
Is-Sur Joseph Cole qiegħed iservi bħala Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Is-Sur Charles Sultana huwa l-
Head of Unit
tal-
Commonwealth
u tan-Nazzjonijiet Uniti.
Is-Sur Raymond Sarsero huwa l-
Head of Unit
tar-Relazzjonijiet Esteri, Affarijiet tal-Mediterran u tal-Mashreq.
Is-Sinjorina Therese Cutajar tikkordina l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-
Foreign Affairs Council
jiġifieri li kull xahar tieħu ħsieb il-preparamenti ta' dokumenti billi tikkordina u tikklirja l-
briefs
u
briefing notes
għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra għaliex skont il-White Paper li għadha kif ħarġet dwar il-food supplements ir-responsabbiltà li llum qiegħda taħt l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) se tgħaddi taħt il-Ministru għas-Saħħa? X’se jiġri mill-uffiċjali fi ħdan l-Awtorità li huma responsabbli minn din il-qasam?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni fuq din il-White Paper għadha miftuħa.
Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur – terminu ta’ konsultazzjonijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6303, tista’ l-Ministru tgħid jekk it-traspożizzjoni ta’ dan ir-Regolament sarx mill-uffiċjali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jekk ma sarx mill-uffiċjali tal-Awtorità, minn min saret it-traspożizzjoni u kemm ġiet tiswa?
Response (DALLI, HELENA)
Jien infurmata li t-transposizzjoni tad-Direttiva permezz ta' Regolamenti saret minn uffiċċjali ta' l-Awtorita’ flimkien ma’ espert f'dan il-qasam u swiet €1,440.
Jista’ l-Ministru jgħid għala sal-lum għadhom ma tħallsux tal-extra dawk il-Pulizija li ħadmu ta’ waiters fl-ikla tal-Girgenti tat-28 ta’ Ġunju 2013? Jaf il-Ministru li kull meta dawn qed jistaqsu lil min hu konċernat fil-Korp dwar meta se jitħallsu, dawn jintqal lilhom li ħa jitħallsu x-xahar ta’ wara u ilhom jgħidulhom hekk minn Awwissu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tħoss li l-kont tad-dawl u ilma qed jiġi għoli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ARMS Ltd għamlet kuntatt mal-klijent u ġie spjegat kif għandu jħallas.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm problema ta’ drenaġġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li uffiċjal tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma tkellem mal-individwu u rriżulta li kien hemm ‘infiltration’ xi drabi meta għamlet xita qawwija. Dan id-dipartiment se jibgħat is-sezzjoni nkarigata mit-tindif tal-mejnijiet tad-drenaġġ, fejn se ssir spezzjoni u tindif bħala proċedura prekawzjonali.
B'referenza għall- mistoqsija parlamentari 6377, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li hemm referenza għalihom fit-tweġiba:
a) Financial Feasibility Study icw the proposed EU funded project (Renewable Energy Facilities in Public Buildings in Gozo )
ta' Ernst &Young
,
b) Fast Ferry Service (Market Study) u
c) Fast Ferry Service Financial Impact Assessment ta' PricewaterhouseCoopers?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-istudji msemmija huma ta' natura kummerċjali sensittiva, m’huwiex xieraq li kopja tagħhom titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6362, jista' l-Ministru jgħarraf il-Kamra:
a) min kien eliġibbli taħt din l-iskema;
b) il-kriterji li ntużaw biex issir l-għażla ta' dawn il-persuni;
c) meta ħarġu l-applikazzjonijiet imsemmija fit-tweġiba; u
d) kemm ġew ippustjati persuni taħt din l-iskema minn Malta u minn Għawdex separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:
a) kienu eliġibbli għal din l-iskema persuni b’diżabilita’ li isimhom kien qiegħed fuq ir-reġistru tal- persuni b’ diżabilita’ tal- ETC u li kienu ilhom jirreġistraw fuq l-ewwel jew it-tieni parti tar- reġistru għal tal-anqas sitt xhur;
b) l-għażla saret mill-Kunsilli Lokali nfushom mill-lista li tkun intbagħtet mill-ETC, lilhom;
c) l-applikazzjonijiet għal din l-iskema ħarġu fl-24 ta’ Settembru 2012; u
d) b’kollox 20 persuna b’diżabilita’ ġew ippustjati taħt din l-iskema - 14 f’Malta u 6 f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha dħul ta’ ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet azzjoni mmedjata fuq l-ilment u rriżulta li l-ilma, filfatt kien qed iqattar mis-saqaf tar-residenza u allura hija ħsara interna bla ebda possibilita li setat kienet kaġun tal-mejn ta’ l-ilma fl-akwati.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li dawn irrappurtaw fuq problema tad-drenaġġ u għadhom mingħajr risposta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet azzjoni mmedjata fuq il-każ u wara spezzjoni li saret fil-post indikat, irriżulta li l-problema hija ‘House Connection’. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandiex ġurisdizzjoni la fuq il-‘House Connection’ u wisq iżjed fuq katusi interni u għaldaqstant dan l-ilment għandu jgħaddi għand l-awtorità kompetenti responsabbli mid-djar tal-gvern.