Legislature:
Category:
Reset
Active:

Periklu fuq post – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu s-saqaf tal-post tiegħu qiegħed jaqa’ u huwa ta’ periklu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ikkuntattjat lill-persuna kkonċernata u se ssir spezzjoni fil-ġranet li ġejjin.
Leg 12 PQ #6432 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – encroachments mogħtija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-encroachments kollha li ngħataw mid-Dipartiment tal-Artijiet mill-1 ta’ Jannar 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-interpellanza, lil min ingħataw u bid-data rispettiva għal kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-encroachments kollha li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Artijiet, inħarġu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum, bid-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #6433 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – encroachments revokati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika liema mill-encroachments li ngħataw mid-Dipartiment tal-Artijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-9 ta’ Marzu 2013 se jkunu revokati mill-istess Dipartiment u sa meta se jkunu revokati, każ każ, u jagħti r-raġuni għala se jkunu revokati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-9 ta’ Marzu 2013 inħarġu ’il fuq min 100 encroachment permit. Tajjeb li nfakkar lill-Onor. Membru li kull encroachment permit li jingħata, jingħata biss b’tollerenza u jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin
Leg 12 PQ #6434 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – azzjonijiet ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru azzjonijiet ta’ infurzar (mhux spezzjonijiet) mid-Dipartiment tal-Artijiet mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u jagħti d-dettalji ta’ kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, id-Dipartiment tal-Artijiet wettaq total ta’ 24 każ ta’ azzjoni ta’ infurzar. Dawn l-azzjonijiet ġew eżegwiti wara li nħarġet Ordni ta’ Żgumbrament biex jiġu vakati jew jitneħħew illegalitajiet mill-proprjetajiet li jidhru fil-lista li kopja tagħha qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6435 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt Valletta – Kirjiet kummerċjali fit-tul

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Iskema għall-kirjiet kummerċjali fit-tul għall-Belt Valletta li kienet imnedija mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Jannar 2013 u li ġiet sospiża f’April 2013, għadhiex hekk sospiża? Jekk għadha sospiża, sa meta ħa ddum hekk sospiża? Jekk hija fis-seħħ, minn meta reġgħet bdiet titħaddem?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda ngħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 4336 u 5355.
Leg 12 PQ #6436 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – esproprji tal-art pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas kumpens f’esproprji għal art pubblika mid-Dipartiment għall-Artijiet fl-aħħar għaxar snin, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ flus li ġew imħallsa f’dawn l-aħħar għaxar snin, lis-sidien bħala kumpens għal art li ġiet esproprijata kien kif ġej: Sena Ammont Imħallas (Ewro) 2003 (LM2,305,807) 5,371,085 2004 (LM5,173,804) 12,051,721 2005 (LM6,319,205) 14,719,788 2006 (LM2,746,773) 6,398,260 2007 11,935,402 2008 5,841,521 2009 10,677,128 2010 11,513,602 2011 14,248,417 2012 15,717,106 2013 8,597,533* sa Ottubru 2013 Dawn l-ammonti ma jirriflettux eżatt l-ammonti allokati għal dan il-għan fl-estimi ta’ kull sena peress li l-ammont ivvutat ikun ferm anqas. Dawn l-ammonti jinkludu wkoll ħlasijiet fejn il-flus ġew trasferiti minn Dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern . Dan peress li fl-emendi li saru fl-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88), l-entitajiet li jagħmlu talba għal espropriju huma obbligati li jittrasferixxu l-fondi tal-kumpens dovut lis-sidien qabel ma toħroġ id-Dikjarazzjoni tal-President għall-akkwist tal-proprjetà mitluba fil-Gazzetta tal-Gvern.
Leg 12 PQ #6437 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Taqsima Proprjetà tal-Gvern – overtime ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu r-rwol uffiċjali li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jaqdi fid-Dipartiment tal-Artijiet? Jista’ jgħid kemm tħallas f’overtime fit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin, inkluż din is-sena, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament m’għandu l-ebda rwol uffiċjali fid-Dipartiment tal-Artijiet.
Leg 12 PQ #6441 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Millennium Development Goals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (GRECH, LOUIS)

Kif jista jifhem l-Onor. Interpellant dan il-qasam huwa xprunat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Għaldaqstant dan il-Ministeru qed jaħdem mill-qrib miegħu biex jiġi assikurat li l-kontribuzzjoni ta’ Malta f’dan l-aspett tkun waħda effetiva.
Leg 12 PQ #6443 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (VELLA, GEORGE)

Matul dawn l-aħħar snin, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kompla jfassal il-politika barranija tiegħu fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp, bil-għan li Malta, flimkien mal- Ġnus Maqgħuda u mal-Unjoni Ewropea, tagħti s-sehem tagħha biex jintlaħqu l-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp (Millenium Development Goals). Il-Ministeru jieħu ħsieb li tingħata għajnuna finanzjarja lil dawk l-għaqdiet mhux governattivi lokali li għandhom il-ħsieb iwettqu proġetti f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ħafna minn dawn il-proġetti għandhom l-għan li jilħqu l-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs). Il-Ministeru jieħu ħsieb ukoll li jara li jkun hemm qsim ta’ idejat ma’ Ministeri u entitatijiet oħra kkonċernati dwar dawn il-Miri. Il-Gvern iwettaq ukoll il-ħidma tiegħu f’dan il-qasam mhux biss permezz ta’ kooperazzjoni bilaterali iżda wkoll permezz ta’ kooperazzjoni multilaterali, bħalma hija għajnuna li tingħata f’forma ta’ kontribuzzjonijiet lill-Ġnus Magħquda u lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (European Development Fund - EDF) tal-Unjoni Ewropea. L-għan tal-Gvern preżenti huwa li jkompli x-xogħol fuq l-għajnuna u l-iżvilupp u li jilħaq l-għanijiet stabbiliti f’dan il-qasam. Sa mis-sena 2000, inħarġu diversi rapporti dwar dawn il-Miri kemm mill-Ġnus Maqgħuda kif ukoll mill-Unjoni Ewropea. L-aħħar rapport tal-Ġnus Magħquda ħareġ f’Ġunju ta’ din is-sena (2013). Kopja tiegħu qed titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra bħala referenza. Il-Ministeru jwettaq il-politika barranija għall-għajnuna u l-iżvilupp permezz ta’ grupp żgħir ħafna ta’ nies dedikati għal dan il-qasam. Fil-25 ta’ Settembru 2013 sar avveniment speċjali tal-Ġnus Magħquda bl-għan li l-pajjiżi membri mhux biss iħarsu lejn il-progress li sar fuq dawn il-Miri tal-Millennju għall-Iżvilupp, imma wkoll sabiex jiffukaw fuq dawk il-Miri li għad iridu jintlaħqu. Qed issir ukoll diskussjoni fuq politika ġdida tal-Iżvilupp għal wara s-sena 2015, politika li għandha tara li l-Miri jkunu sostenibbli sabiex jintemm il-faqar estrem mid-dinja.
Leg 12 PQ #6444 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitatijiet li jaqgħu fir-responsabbilita’ tiegħi m’għandhomx involviment dirett fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija minn Ministeri oħra għall-istess mistoqsija parlamentari

Stqarrija numru 2692 — Kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li rrefera għalih is-Segretarju Parlamentari fl-istqarrija numru 2692 maħruġa mid-DOI?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub mill-Onor. Interpellant.

In-Naxxar — Grawnd tal-Futbol ta’ Naxxar Lions - kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-grawnd tal-futbol ta’ Naxxar Lions wara li dawn kellhom kuntratt iffirmat mal-Kunsill Malti għall-Isport? Huwa minnu li l-Gvern qed jikkunsidra li jbiddel is-sit minn fejn għalih oriġinarjament kienu ġew ippreparati anke l-pjanti u saħansitra kienu tressqu anke quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ta’ fejn kellu jsir dan il-grawnd?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li minħabba l-impatt negattiv li dan is-sit jista' jkollu fuq l-ambjent tal-madwar, għaddejjin laqgħat ħalli wieħed jara jekk jistax jinstab sit alternattiv li jkollu inqas impatt ambjentali negattiv.

Bini ta’ shooting range

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li għaddejjin trattattivi ma’ investituri barranin sabiex f’pajjiżna tinbena shooting range ġdida? Jekk iva, jista’ jgħid min huma dawn l-investituri u minn liema pajjiż ġejjin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li mhumiex għaddejjin trattativi ma' investituri barranin.

Motor Sports — siti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema siti qed jikkunsidra l-Gvern differenti minn dawk kkunsidrati mill-amministrazzjoni preċedenti sabiex fuqhom jiżviluppa l-bini ta’ trakka għall-motor sports?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika liema siti kien qed jikkonsidra l-gvern preċedenti.

Kunsill Malti għall-Isport — chairman

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt mogħti liċ-Chairman il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isport li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-lum m'hemm ebda kuntratt iffirmat bejn il-persuna ndikata minnu u l-gvern.

Kunsill Malti għall-Isport – Chairman — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk iċ-Chairman il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isport ingħatax konsulent għad-dispożizzjoni tiegħu? Jekk iva, min hu dan l-individwu u kemm hi l-paga tiegħu u ħlasijiet oħra li se jkun qed jingħata?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Iċ-Chairman ma ngħatax konsulent.

Awtorità tal-Mediċini

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tal-Mediċini hijiex se tibqa’ fil-post li qiegħda bħalissa? Jekk se tiċċaqlaq minn fejn topera bħalissa, tista’ tgħid fejn se jkun il-post il-ġdid minn fejn se tibda topera?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Mediċini qiegħda tikkonsidra dan kollu.

Awtorità tal-Mediċini — chairman

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chairman tal-Awtorità tal-Mediċini?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt li għandu ċ-Chairman tal-Awtorità tal-Mediċini huwa ekivalenti għal dak ta’ Segretarju Permanenti. Minħabba kwistjoni ta’ data protection il-kuntratt mhux se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCCAA — ilmenti

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni ta’ kemm-il ilment sar minn Marzu li għadda sal-lum quddiem l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li jirrigwardaw l-air, sea u land transport passenger rights li jaqgħu taħt l-Awtorità? Kemm minn dawn l-ilmenti ġew indirizzati u taħt liema kategorija jaqgħu dawn l-ilmenti, bħal pereżempju, dewmien ta’ mezzi tat-transport, nuqqasijiet fil-programm, eċċ.?

Response (DALLI, HELENA)

Jien infurmata li mill-ewwel ta’ Marzu ta’ din is-sena s’issa daħlu 103 ilmenti li jistgħu jiġu klassifikati taħt waħda mit-tliet regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, l-baħar u l-art. L-ilmenti kollha qed jigu indirizzati mill-Awtorità . L-ilmenti kollha, ħlief wieħed, kienu dwar titjiriet bl-ajru. Għaxra minn dawn l-ilmenti kienu dwar ibburdjar miżmum (denied boarding) filwaqt li l-oħrajn kienu jinvolvu dewmien fit-tluq jew kanċellazzjoni tat-titjiriet.