Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tal-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma hu fi skala ħamsa (5). Huwa l-Assistent Direttur fi ħdan il-Ministeru u ngħata taħriġ f’seminar dwar il-Whistleblower Act għand is-CDRT.
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer ġie appuntat mill-Ministeru għas-Saħħa li hija konsulent u speċjalliżata fis-Saħħa Pubblika.
Infurmat ukoll li ngħata taħriġ fuq il-liġi dwar il-Protezzjoni ta’ min jiżvela informazzjoni li tkun protetta, l-interprettazzjoni ta’ din il-liġi, kif ukoll il-proċeduri li għandhom jittieħdu la darba jkun hemm impjegat li jiżvela prattiċi mhux xierqa.
L-intenzjoni tagħna hi, li nagħmlu aktar taħriġ peress li kulħadd jifhem li dan hu proċess ġdid li għandu l-ħtieġa ta’aktar tagħlim u taħriġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn toroq f’Malta u Għawdex msemmija għal nies Maltin (prominenti jew patrijotti)? X’perċentwal hu dan mit-toroq kolla? Hemm il-ħsieb li jinbidlu xi ismijiet ta’ toroq biex jissemmew għal dawn in-nies?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie maħtur li Street Naming Committee il-ġdid ma sab l-ebda informazzjoni jew xi tip ta’ rendikonti ta’ l-ismijiet tat-toroq. Din l-informazzjoni trid tinġabar mill-ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew il-kumpanija tiegħu tawx xi servizzi fuq l-immaniġġjar tal-iskar f'pajjiżna f'dawn l-aħħar tmien xhur? Jekk iva, jista':
a) jippubblika l-kuntratt għall-għoti ta' dawn is-servizzi;
b) jgħid kif ġie ingaġġat;
ċ) jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti; u
d) kemm hu l-valur tax-xogħol li sar sal-lum?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Kumpanija msemmija nghatat Direct Order għall-Istrategic Environmental Assessment (SEA) tal-Waste Management Plan, għal valur ta’ €5612.08 eskluż il-VAT, in full and final settlement.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li din il-mistoqsija diġà tqajmet mingħand ix-Shadow Minister responsabbli mill-Istrateġija tal-Iskart fid-dibattitu dwar l-Estmi Finanzjarji fil-Parlament u dan deher sodisfatt bl-ispjegazzjoni li ngħatatlu.
L-Onor. Interpellant żġur li jinsab f’qagħda li jikkonferma, bħala ex-Ministru tal-MRRA, illi l-Kumpanija msemmija ngħatat ghadd ta’ konsulenzi fil-leġislatura l-oħra kemm mill-Ministeru kif ukoll mill-WasteServ in konnessjoni ma’ għadd ta’ proġetti relatati mal-qasam tal-iskart.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm intgħażlu sodod mill-privat biex jagħtu servizz ta’ kura lill-anzjani? Kemm kien hemm rispons għas-sejħa li ħareġ il-Ministeru? F’liema lokalitajiet kienu dawk li rrispondew? Kemm minnhom intgħażlu u fejn? Xi prezzijiet hu mistenni li jitħallsu għal dan is-servizz?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess għadu għaddej u mistenni jiġi ffinalizzat fil-ġimgħat li ġejjin. Għaldaqstant ikun prematur li nikkummenta qabel isiru negozjati diretti ma’ min ġie short listed. Fir-rigward ta’ prezzijiet dawn għad iridu jiġu nnegozjati u waqt li dawn mistennija jkunu fuq livelli mħallsa fuq kuntratti eżistenti, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija kummerċjalment sensittiva.
Dwar ir-rispons għas-sejħa li ħareġ il-Gvern, nirreferi lill-interpellant għall-mistoqsija parlamentari 5131.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif jista' bniedem li jrid juża l-Whistleblower Act biex jagħmel rapport dwar allegazzjonijiet foloz li saru dwaru, jagħmel dan? F'każijiet fejn il-persuni involuti m'għadhomx iktar ħaddiema tal-Gvern, jew korpi parastatali, kif jista' jsir tali rapport u fejn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur jipprovdi għal proċeduri li bis-saħħa tagħhom impjegati jistgħu jiżvelaw informazzjoni dwar prattiċi mhux xierqa mill-prinċipali tagħhom jew minn impjegati oħra fl-impjieg tal-prinċipali tagħhom u biex jipproteġi impjegati illi jagħmlu dak l-iżvelar minn azzjoni ta’ detriment. L-artikolu 2 tal-imsemmi att jispeċifika li l-kelma impjegat tinkludi ukoll ‘kull persuna li kienet hemm qabel’. L-istess artikolu jagħti ukoll definizzjoni ta’ ‘prattiċi mhux xierqa’ li żvelar dwarhom minn impjegat huwa protett skond dan l-Att. Żvelar huwa protett jekk jissodisfa l-kriterji imsemmija fl-artikolu 9. L-iżvelar l-ewwel għandu jsir internament lil whistleblowing reporting officer tal-Ministeru kkonċernat skont is-sezzjoni 2 tal-Att. Żvelar estern huwa biss protett kif provdut fis-sezzjoni 3 tal-Att u għal dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni pubblika jista’ jsir lill-External Whistleblowing Disclosure Unit.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma t-totali ta' fondi, lokalità lokalità fil-UIF Fund? Kif inbidel dan l-ammont kull tmiem is-sena bejn l-2007 u l-2012, u kif inhu bħalissa l-ammont f'dan il-fond, f'kull każ lokalità lokalità f'Malta u f'Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien kull xahar l-ammont ta' applikazzjonijiet li daħlu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), matul l-2013? Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet, ukoll kull xahar, li ġew validati, matul din is-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B'riferenza ghall-mistoqsija parlamentari numru 6394, qed jitqgħedu fuq l-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda turi l-ammont ta' talbiet għal screening li rċeviet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, xahar b' xahar matul l-2013 waqt li t-tabella l-oħra turi l-ammont ta' applikazzjonijiet validati fl-istess perjodu maqsumin xahar b' xahar ukoll. Din l-informazzjoni ġiet migbura mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-ammont ta' fondi li għad fadal mhux imħallsa, sal-aħħar ta' Novembru 2013, kull vot skont l-iskemi li għalihom kienu vvotati l-fondi? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali li għandhom fondi approvati għal xi skema, iżda għadhom ma għamlux użu mill-fondi li hemm? F'kull każ liema huma l-fondi li għadhom ma ntużawx, kunsill kunsill?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li kif huwa jaf tajjeb, huma diversi l-fondi li għalihom il-Kunsilli Lokali jistgħu jkun potenzjalment benefiċċarji eliġġibli. Uħud mill-fondi huma ġestiti minn Awtoritajiet Maltin u oħrajn le. Għaldaqstant napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jispeċifika dwar liema sejħa w liema fond qed jirreferi.
Kunsilli tal-Ministri — nuqqas ta' delegazzjoni Maltija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-Kunsilli tal-Ministri li għalihom ma attendewx delegazzjonijiet Maltin minn Marzu 2013 sal-lum? X'kienu r-raġunijiet għal tali assenzi?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li Malta kienet dejjem rappreżentata f’kull Kunsill tal-Ministri li sar mill-11 ta’ Marzu sat-30 ta’ Novembru din is-sena.
Ministeru għall-Finanzi — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2643 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2645 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni dwar il-Bordijiet tal-Admissions fir-Residenza ta’ San Vincenz de Paule u l-Bord Nazzjonali tal-Kunsill dwar Anzjani mhiex qed tiġi pprezentata peres li l-files relatati nbgħatu lil Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali li issa huma responsabbli minn dawn il-Bordijiet.
Qed inpoġġo fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6091, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija skont kif hemm indikat fil-mistoqsija parlamentari 10073 tal-11-il Leġiżlatura?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ir-risposta għad-domanda parlamentari 10073 tal-11 il-Leġiżlatura kienet ingħatat mill-Ministeru tal-Intern u Ġustizzja. Fil-Qrati, tali statistika ma tinżammx u għalhekk din id-domanda għandha tiġi riferuta lill-Ministeru tal-Intern u Sigurta’ Nazzjonali.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk persuna bi problemi ta’ saħħa mentali tistax tapplika biex ikollha special ID Card mill-Kunsill Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità (KNPD)? X’inhuma l-benefiċċji li persuna jkollha l-iSpecial ID Card?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li jkollha nuqqas ta' saħħa mentali tista' tapplika għall-Ispecial ID Card.
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-Aġenzija Sedqa se tippubblika l-istandards għar-residenzi li joffru servizzi għall-persuni bi problemi relatati ma’ addiction?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li l-istandards għar-residenzi li joffru servizzi għall-persuni bi problemi relatati ma’ addiction jiġu ppublikati fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla.
Is-Siġġiewi — Triq Dun Manuel Zammit – żamma ta’ ilma
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4935, peress li fir-risposta li ngħatat intqal li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ġibed kemm-il darba l-attenzjoni ta’ Transport Malta sabiex tiġi rranġata din it-triq, dan ifisser li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi mhux se jkun qiegħed jieħu r-responsabbiltà sabiex din it-triq tiġi rranġata?
Response (VELLA, KARMENU)
Infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li d-difetti fil-livelli ta’ Triq Dun Manwel Zammit, li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, oriġinaw mix-xogħlijiet li saru meta nbniet mill-Gvern Ċentrali fl-1997. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali jqis li r-responsabiltà biex dawn id-difetti jiġu rranġati kienet u tibqa’ ta’ min għamilha, jiġifieri l-Awtorità Maltija għat-Trasport.
Is-Siġġiewi – Triq Dun Manuel Zammit – żamma ta’ ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min hi r-responsabbiltà li tiġi rranġata Triq Dun Manuel Zammit ġewwa s-Siġġiewi peress li hemm problema ta’ żamma ta’ ilma f’din it-triq b’konsegwenza li qiegħda toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti kull meta tagħmel ix-xita?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija mhux waħda arterjali jew distributorja u għaldaqstant il-manutenzjoni u xogħlijiet relatati magħha ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta. Madanakollu bħal ma jsir f’kull każ, lest li nagħti il-kontribut sħiħ tiegħi u niġbed l-attenzjoni ta’ dawk ikkonċernati.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema dwar appuntament tas-snien mill-Isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mill-Costemer Care.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi skema li persuni li ħa jkunu qegħdin jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom jieħdu lura xi ammont ta’ VAT li jkunu ħallsu? Jekk iva, kemm hu dan l-ammont u kif trid tagħmel persuna sabiex tibbenefika minn din l-iskema?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5541 u tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji u jinbidel il-bieb tal-komun tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilu iktar minn 40 sena u jinsab fi stat ħażin ħafna tant li ma jistax jingħalaq?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.