B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6074, fejn it-tweġiba kienet li l-persuna inkwistjoni m’għandhiex applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva, tista’ l-Ministru tgħid x’ġara mill-applikazzjoni (li l-irċevuta tagħha, datata 23 ta’ Settembru 2010 qed tingħata separatament) u għaliex l-Awtorità m’għandhiex rekord ta’ din l-applikazzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikanta in kwestjoni ġiet fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar u ammendat l-applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva. Din l-applikazzjoni kienet ġiet ikkanċellata peress li l-applikanta naqset li tiġi tammenda l-applikazzjoni fuq l-indirizz il-ġdid. L-istess applikazzjoni reġgħet ġiet ri-attivata fit-3 ta’ Diċembru, 2013.
Minħabba li fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta jaqsmu numru kbir ta’ residenti anzjani u peress li l-vetturi li jgħaddu mill-istess triq iżidu l-veloċità qabel ma jkunu se jaqbdu t-telgħa li tibda mill-kantuniera ma’ Triq Santa Luċija, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li ssir traffic calmer ftit metri qabel il-kantuniera msemmija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-records ta’ Transport Malta ma rriżultax li kien hemm xi talba la mill-Kunsill Lokali tal-Belt u lanqas minn ċittadini għal miżuri ta’ traffic calming fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta. Madankollu xorta għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq każijiet marbuta ma’ droga bejn l-2008 u l-2013, sena b’sena u jaqsam in-numru skont l-etajiet tal-persuni kif ġej:
a) Anqas minn 18-il sena;
b) Bejn it-18-il sena u l-25 sena;
c) Bejn is-26 sena u l-35 sena;
d) Bejn il-35 sena u l-45 sena; u
e) Aktar minn 45 sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġ fuq l-Mejda tal-Kamra n-numri tal-kawżi tad-droga li ġew ippreżentati quddiem il-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali bejn is-sena 2008 u l-aħħar ta’ Settembru tas-sena 2013.
Taqsima Proprjetà tal-Gvern – recognition rent u acquisition rent
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il recognition rent u acquisition rent ġew kapitalizzati mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin, kemm ġew jiswew, u kemm-il każ ġie konkluż b’hekk? Jista’ jagħti dawn id-dettalji b’referenza għal-lokalitajiet jew bliet, belt belt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ħames snin ġew ikkapitalizzata recognition u acquisition rent f’dawn il-lokalitajiet kif ġej:
2008: xejn
2009: xejn
2010: Birgu.....85 units
Isla.........116 units
Bormla....59 units
2011: Birgu......75 units
2012: Bormla....268 units
Isla..........131 units
Valletta.....71 units
2013: xejn
In-nefqa biex saru dawn l-akkwisti kienet tlaħħaq l-ammont globali ta’ €2,693,703, filwaqt li ġew konklużi 107 kuntratt ta’ ħlas ta’ kumpens lis-sidien. Ta’ min isemmi li f’ċertu każijiet d-Dipartiment kien kostrett iħallas biss il-kumpens ta’ parti indiviża peress li s-sidien kollha ma ġewx identifikati u allura mill-proprjetajiet indikati aktar ’il fuq hemm każijiet li ma tistax tgħid li ġew konklużi għal kollox.
Taqsima Proprjetà tal-Gvern – fondi b’possession and use
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il fond fl-aħħar ħames snin ġie mgħoddi lill-Awtorità tad-Djar mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern li kien bil-possession and use wara li ġiet mifdija l-kirja li kienet qed titħallas fuqu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ħames snin, in-numru ta’ proprjetajiet li għaddew għand l-Awtorità tad-Djar li qegħdin mibnija fuq art li kienet ġiet esproprijata bil-Possession and Use u issa ġiet akkwistata u saret tal-Gvern permezz tad-Dikjarazzjoni tal-President, jammonta għal-226.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu fl-aħħar ħames snin flus għall-kumpens ta’ art meħuda b’esproprju de facto bil-Home Ownership Scheme tas-snin tmenin u f’liema lokalitajiet kienu dawn? Kemm baqa’ każijiet pendent local b’lokal?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
F’dawn l-aħħar ħames snin tħallsu flus għal art meħuda bil-Home Ownership Scheme kif ġej:
2008: €373,287
2009: xejn
2010: €1,092,448
2011: €3,304,708
2012: €2,665,689
2013: €1,059,349* *sa l-aħħar ta’ Ottubru
Il-lokalitajiet fejn tħallset l-art kienu: Birkirkara, ir-Rabat, Ħal Luqa, il-Gudja, San Ġwann, iż-Żurrieq, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Wied il-Għajn, is-Siġġiewi u L-Imqabba.
L-ammont ta’ artijiet li għad iridu jiġu akkwistati huwa konsiderevoli u mhux possibbli tgħid kemm għad hemm artijiet li jridu jiġu akkwistati.
Ministeru għat-Transport — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Ministeru tiegħi u l-entitajiet li jaqgħu taħtu m’għandhomx involviment dirett dwar il- Millennium Development Goals u għaldaqstant nitolbu jirreferi għat-tweġibiet mogħtija mill-Ministri konċernati
Ministeru għas-Saħħa — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mhux il-Millenium Development Goals kollha għandhom x’jaqsmu mal-qasam tas-saħħa. Dawk li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tas-saħħa huma t-tiri numru 4, 5 u 6 :
4. tnaqqis fil-mortalità fit-tfal
5. titjib fis-saħħa tal-omm
6. ġlieda kontra l-HIV/AIDS, malaria u mard ieħor infettiv.
Id-Direttorati għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka u dak għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard iżommu statistika dwar l-indikaturi mitlub skond il-Millenium Development Goals (MDG) kif ukoll oħrajn skont linji gwida tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-EUROSTAT, fost oħrajn. Din l-istatistika tintalab fuq bażi annwali u din tiġi ppubblikata fuq siti pubbliċi fuq l-Internet, fejn Malta tiġi mqabbla mal-pajjiżi l-oħra. Il-Ministeru għas-Saħħa qatt ma ntalab jipprovdi rapporti jew statistika direttament. Madankollu il-Ġnus Magħquda issegwi dawn l-indikaturi mill-istess sorsi msemmiha hawn fuq, kif tixhed l-istess online database li minnhom ġiet misluta l-informazzjoni pprovduta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din it-tweġiba. Mhuwiex magħruf jekk xi Ministeru ieħor jintalabx jirrapporta direttament dwar il-MDG mill-Ġnus Magħquda.
L-informazzjoni li qed tiġi ppreżentata tikkonċerna lil Malta u, bħala benchmark, qed jiġu pprovduti medji rispettivi mill-pajjiżi żviluppati fid-dinja kollha, kif identifikati mill-istess Ġnus Magħquda. Anke jekk Malta għandha statistika dwar aktar indikaturi mill-medja tal-pajjiżi żviluppati, il-figuri Maltin kienu, fil-maġġoranza, aktar pożittivi minn din il-medja fejn dawn il-figuri kienu disponibbli, mis-sena 2000 'l hawn.
Fost inizzjattivi li l-Ministru għas-Saħħa ħa fl-aħħar ftit snin, wieħed jista’ jsemmi l-iStrateġija għas-Saħħa Sesswali li tħares lejn aspetti ta’ kif jiġi notifikat, identifikat, trattat u prevenut mard bħall-HIV u mard ieħor trasmess sesswalment. L-Istrateġija għall-Kontroll tat-Tuberkulożi tinkludi l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ din il-marda. Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika qed iwettaq analiżi sabiex jiġi identifikat mard infettiv li għandu jingħata prijorità fir-reviżjoni li jmiss tal-Istrateġija għall-Mard Infettiv. Il-Ministeru wasal sabiex joħroġ għall-konsultazzjoni Strateġija għas-Sistema Nazzjonali tas-Saħħa (NHSS) fix-xhur li ġejjin. Din l-istrateġija se tkun l-ewwel strateġija ħolistika għas-saħħa f’Malta mill-1995 meta ġie ppubblikat id-dokument Health Vision 2000. Din l-istrateġija għandha fil-mira prinċipali tagħha ħadd ħlief l-individwu u l-pazjent, b’attenzjoni fuq gruppi speċjali u fuq il-bniedem fil-fażi differenti tal-ħajja – mill-ġuf sal-mewt. Dan għandu jsaħħaħ aktar il-progress li sar fil-qasam tas-saħħa tat-tfal u l-omm matul l-aħħar erbgħin sena.
Apparti dan, f’fora interministerjali, il-Ministeru għas-Saħħa dejjem qed jipprova jwassal il-messaġġ li tfal żvantaġġjati fit-trobbija tagħhom għandhom riskju kbir li jibqgħu żvantaġġjati ħajjithom kollha, liema żvantaġġ jakkumula aktar ma l-persuna tikber.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li d-dipartiment kollha ta’ dan il-Ministeru ngħataw struzzjonijiet biex tingħata attenzjoni speċifika għall-Millenium Development Goals numru 1, 3 u 7. L-uffiċjali inkarigati minn dawn l-għanijiet ivarjaw minn dipartiment għall-ieħor.
Id-dipartimenti kollha isostnu li ma sar l-ebda rapport bil-miktub mis-sena 2000 ‘l hawn.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħi ma għandhom l-ebda involviment dirett dwar il-Millenium Development Goals.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jiena nfurmat li il-Millenium Development Goals (MDGs) jikkonċernaw il-faqar, l-edukazzjoni primarji, l-ugwaljanza bejn is-sessi, t-tnaqqis tal-imwiet fit-tfulija, tisħiħ fis-servizzi tas-saħħa fit-tqala, l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-Malarja u mard ieħor, is-sostenibilità ambjentali u tisħiħ għal-ħidma globali għall-iżvilupp.
Għalhekk wieħed japprezza li dawn huma għanijiet ta’ interess wiesgħa u fuq skala globali li kollettivament jiddependu fuq il-ħidma koordinata tal-ministeri u dipartimenti konċernati, iktar milli xogħol ta’ persuna jew grupp ta’ persuni waħidhom.
L-uniku rapport li jsemmi il-ħidma ta’ Malta fuq il-MDGs kien mfassal mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin bit-titlu ‘
An Overseas Development Policy and a Framework for Humanitarian Assistance for Malta
’. Għal iktar dettalji dwar dan ir-rapport nistiednek tirreferi għand il-ministru koncernat. Fuq livell Ewropew u globali d-diskussjonijiet mixjin lejn it-tranżizzjoni minn
Millennium Development Goals
(MDGs) lejn
Sustainable Development Goals
(SDGs) fil-qafas tal-post-2015
Development Agenda
.
L-issues li qed jiġu diskussi biex jitkompla jew isir xogħol fuqhom fost oħrjan huma: it-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà ambjentali, arja iktar nadifa, skart ġestjonat aħjar, kisba ta’ ekonomija aktar ħadra/favur l-ambjent, l-ġestjoni tal-bijodiversità kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar.
Filwaqt li fuq livell nazzjonali, l-gvern qed jassigura li dawn l-għanijiet preżenti (l-MDGs) qed jiġu integrati fit-tfassil u l-ħidma tal-Gvern fis-setturi konċernati, il-Ministeru tal-Iżvilupp Sostenibbli qiegħed issaħħaħ il-qafas nazzjonali bis-saħħa tal-Att ghall-Iżvilupp Sostenibbli Kap 521 tal-2012. Fl-istess waqt, għaddejja ħidma sfieqa mill-istess ministeru sabiex nindirizzaw l-issues li qegħdin jiġu diskussi. L-
Interministerial Committee
sabiex jirrevedi l-istrategija tal- Mitigazzjoni għat-Tibdil fil-Klima, it-
task group
interministerjali biex titfassal strategija għal ekonomija aktar favur l-ambjent, u l-abbozz tal-istrategija għall-immaniġjar tal-iskart li ġie mniegħdi għal-konsultazzjoni huma eżempji ċari tal-ħidma mmexxija minn dan il-Ministeru sabiex flimkien ma’ pajjiżi oħra nassiguraw li l-miri ta’ dawn l-obbligi internazzjonali jintlaħqu.
Ministeru għal Għawdex — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jindika liema mill-encroachments li ngħataw mid-Dipartiment tal-Artijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-9 ta’ Marzu 2013 ġew revokati mill-istess dipartiment każ każ, u jagħti r-raġuni għala ġew revokati?
Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li mhux qed jirċievi l-benefiċċju tal-qagħad?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-persuna msemmija qed taħdem allura mhux intitolat li jirċievi benefiċċju ġa la darba mhux qed jirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru. Pero jista jkun li l-persuna għad għandha xi pretenzjonijiet ta’ arretrati qabel beda jaħdem. Jingħad ukoll li għal dan il-perijodu, l-istħarriġ tad-Dipartiment għadu mhux konkluż.
Jista’ l-Ministru jgħid lil liema azjendi kien hemm allokazzjoni ta’ fabbriki jew binjiet oħra mill-Malta Enterprise mill-2008 sal-lum? F’kull każ fejn hi l-binja/fabbrika?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Iż-Żejtun – dawl tat-triq mixgħul matul il-ġurnata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li għal jumejn fuq xulxin numru ta’ toroq fiż-Żejtun kellhom id-dawl tat-triq mixgħul anke matul il-ġurnata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-ġimgħa l-oħra ġewwa l-lokalità taż-Zejtun kien hemm numru ta’ bozoz li baqgħu mixgħulin matul il-ġurnata kawża ta’ vandaliżmu fuq l-apparat li jikkontrolla it-‘time switch’ ta’ dawn il-bozoz. Din il-ħsara ġiet imsewwija mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta fit-28 ta’ Novembru 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu, b’mod individwali, kull membru tal-bord ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-bord ta’ Transport Malta qed jitħallsu l-istess ammont ta’ remunerazzjoni li kienu jitħallsu l-membri tal-bord taħt l-amministrazzjoni preċedenti.