Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi l-konsumatur ġie kkuntatjat fil-11 ta' Dicembru, 2013 fejn gie infurmat x'ghandu jagħmel fuq ir-revizjoni dwar in-numru ta' persuni fuq il-kont.
settur tal-edukazzjoni għolja u avvanzata – baġit u nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kollha tal-Ministeru fis-settur tal-edukazzjoni għolja u avvanzata għas-sena 2012 u l-baġit totali tal-istess settur allokat għas-sena 2013? Jista’ jagħti breakdown tad-dettalji mitluba skont il-line votes tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-nefqa kollha tal-Ministeru fis-settur tal-edukazzjoni għolja u avvanzata għas-sena 2012 u l-baġit totali tal-istess settur allokat għas-sena 2013 hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ġiet magħżula l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tiżviluppa il-PAS system għall-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor.Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru 6679.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur tal-proġett li ġie kkuntrattjat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-iżviluppar tas-sistema CursorPAS? Jista’ jgħid min hu responsabbli għas-support and maintenance ta’ CursorPAS? Jista’ jgħid x’inhuma l-annual licence fees li se jitħallsu fir-rigward ta’ CursorPAS?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-Ministeru għas-Saħħa għandu runtime ta’ liċenzji tas-CPAS ( Clinic Patient Administration System ) bla limitu u għandu dritt li juża din is-sistema bi kwalunkwe si mod li l-istess Ministeru tas-saħħa jidhirlu xieraq, bla ħlas ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim intlaħaq dwar updates futuri għas-sistema CursorPAS? Jista’ jgħid x’inhuma s-service level agreements fir-rigward tas-sistema CursorPAS?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa t-tiswijiet u l-manutenzzjoni qiegħed issir mill-ħaddiema ta’ Mater Dei u mill-konsulent tal-Ministeru.
Infurmat ukoll li m’hemm l-ebda ftehim fis-seħħ.
Korp Diplomatiku — Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ukrajina
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar min huwa l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ukrajina u jpoġġi s-CV tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (VELLA, GEORGE)
Bħalissa ma hemmx Ambaxxatur akkreditat. Ġie propost l-isem ta' individwu lill-awtoritajiet Ukreni. Imma sa issa għad ma hemmx agrément , li jfisser li teknikament bħalissa għad ma hemmx Ambaxxatur għall-Ukraina.
Il-prattika osservata minn din il-Kamra għal żmien twil hija li ma jingħatawx Curriculum Vitae f'Mistoqsijiet Parlamentari. Barra minn hekk, din l-informazzjoni hija suġġetta għall-provvedimenti tad-Data Protection Act u għaldaqstant ma tistax issir pubblika, la permezz tal-Parlament u lanqas b'xi mezzi oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bendy buses li twaqqfu mis-servizz tat-trasport pubbliku? Kemm-il vettura ġew ingaġġati sabiex jagħtu s-servizz li kienu jagħtu dawn il-bendy buses?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’kollox tneħħew mis-servizz tat-trasport pubbliku 68 articulated buses.
Dawn ġew sostitwiti bi 12-il vettura tat-tip low floor li huma proprjetà ta’ Arriva Malta Ltd, u b’40 vettura oħra li ġew ikkuntrattati mill-Unscheduled Bus Service min-naħa tal-Arriva Malta Ltd.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inspections saru s'issa fuq is-sit tal-kostruzzjoni (major project) li ġie approvat bil-permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, f’Rue d'Argens, Gżira fl-aħħar xahar ħalli wieħed jara hux qed ikunu osservati r-Regulations for the Environmental Management of Construction Sites? Jista’ jgħid jekk ġiex stallat wheelwash fuq is-sit ħalli t-toroq tal-madwar li jibqgħux jintlew bit-tajn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li saret laqgħa fuq is-sit li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament bejn ir-rappreżentanti tal-uffiċċju għar-regolamentazzjoni tal-bini u rappreżentant tal-perit appuntat biex jiġu osservati r-regolamenti imsemmija kif ukoll ġiet diskussa l-possibilta’ li tiġi nstallata wheelwash fil-viċinanzi.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'construction site conditions ġew imposti fil-permess tas-sit tal-kostruzzjoni (major project) li ġie approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Rue d'Argens, Gżira? Jista’ jgħid jekk kienx hemm il-kundizzjoni li jkun stallat wheelwash fuq is-sit ħalli t-toroq tal-madwar ma jimtlewx bit-tajn minħabba l-attività fuq dan is-sit?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn b'ittra mibgħuta lill-Kunsill tan-Nutara ittermina l-kirja tal-post li kienet qed jiġi użat minn dan l-istess Kunsill għal dawn l-aħħar 25 sena? X'kien l-użu pubbliku li ġie riferit għalih fit-termination letter?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn ma kkonsultax mal-Kunsill tan-Nutara qabel ma bagħat l-ittra fejn ittermina l-kirja tal-uffiċċju tal-istess kunsill?
Elezzjonijiet – għajnuna lil kandidati b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hix se tibqa’ tingħata għajnuna lill-kandidati b’diżabilità li jikkontestaw elezzjoni ġenerali jew elezzjoni tal-Parlament Ewropew?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li tirċievi pensjoni tad-diŻabilita’, li tikkontesta elezzjoni ġenerali jew elezzjoni tal-Parlament Ewropew, tibqa tirċievi l-pensjoni.
Għawdex — Marsalforn - studji dwar il-protezzjoni tal-bajja
Question
In vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 6607, jista’ l-Ministru jispjega x’hemm kummerċjalment sensittiv fir-rapport li sar dwar il-protezzjoni tal-bajja ta’ Marsalforn fil-maltemp? Ma jaħsibx il-Ministru li dan ir-rapport huwa fl-interess pubbliku u li r-residenti ta’ Marsalforn u kull min juża l-istess bajja għandu kull dritt li jkun jaf x’kienu l-konklużjonijiet tar-rapport u x’qed jiġi suġġerit li għandu jsir biex jilqa’ għall-ħsarat mill-maltemp?
Response (REFALO, ANTON)
Dan il-gvern qed juża l-prassi mħaddma minn gvern preċedenti u għalhekk nifhem li ġaladarba l-Onor. Interpellant kien ministru f'dik l-amministrazzjoni, jaf x'jiġifieri meta ngħidu li l-informazzjoni hija sensittiva kummerċjalment biex tkun ippubblikata. Inserraħ ras l-Onor. Said li dak kollu li hu fl-interess pubbliku se jsir.
Dipartiment tal-Artijiet – permessi għall-billboards proviżorji
Question
In vista tar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 6573, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet ikkonsultata Transport Malta biex jitqiegħdu billboards fit-toroq jew maġenb it-toroq ta’ Malta u Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-lum? Jista’ jagħti lista tal-postijiet u toroq fejn kienu se jitpoġġew dawn il-billboards li dwarhom saret konsultazzjoni ma’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill- 1 ta’ Jannar 2012 sal-lum, Transport Malta irċeviet total ta’ 123 talba għat-tqegħid ta’ billboards fit-toroq jew mal-ġnub. Minn dawn it-talbiet 47 kienu approvati filwaqt li kien hemm 76 talba li ġew irrifjutati. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ dawn it-talbiet lokalita’ b’lokalita’.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi każ pendenti ta' ħlas ta' esproprjazzjoni fuq talba magħmula mill-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, rigward xi teħid ta' art min-naħa tal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Artijiet għamel diversi esproprjazzjonijiet fl-inħawi tal-art li d-dettalji tagħha ġew indikati separatament. F’uħud minn dawn l-esproprji s-sidien għadhom ma ġewx ikkumpensati. Madankollu, peress li mid-dettalji li ngħataw ma jistax jiġi stabbilit preċiżament għal-liema parti mill-art qed issir referenza għaliha, id-Dipartiment ser jagħmel kuntatt dirett mal-familja indikata u jagħti kull għajnuna neċessarja.
Is-Siġġiewi – devoluzzjoni ta’ shelters lill-Kunsill Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex ix-shelters tat-Tieni Gwerra Dinjija li jinsabu fi Pjazza San Nikola, is-Siġġiewi jiġu devoluti lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u dan skont talba li l-istess Kunsill Lokali ppreżenta f'Awwissu 2012? Jista' jgħid meta hu mistenni li jiġi ffirmat il-ftehim ta' devoluzzjoni bejn il-Dipartiment tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol konness ma’ din it-talba ta’ devoluzzjoni wasal fil-final u l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ser jiġi ikkuntatjat fil-ġranet li ġejjien għall-ifirmar tal-ftehim ta’ devoluzzjoni ta’ dawn ix-xelters.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min qed jipprovdi s-servizz ta’ karrozzi u vannijiet skont il-ħtieġa waqt żjarat uffiċjali minn kapijiet ta’ stati jew ta’ gvernijiet barranin f’Malta? Jista’ jgħid jekk dan is-servizz huwiex jingħata permezz ta’ tender, kwotazzjoni, direct order jew taħt xi forma oħra? Jikkonferma l-Prim Ministru li kuntrarju għal dak li kien isir fil-passat, f’dawn iż-żjarat m’għadux jitqabbad l-istess kuntrattur li jkollu l-kuntratt mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għall-ġarr ta’ diplomatiċi u dinjitarji oħra? Jekk dan hu l-każ, x’inhi r-raġuni? Jista’ jagħti lista dettaljata żjara, żjara u kuntrattur b’kuntrattur, kemm kienet l-ispiża għal kull żjara li saret minn Marzu 2013 s’issa?
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jilħqu l-25 sena servizz, minn Marzu li għadda bdew jintalbu jagħmlu tmien ġimgħat notice qabel ma jitilqu, meta qabel Marzu 2013 dan ma kienx il-każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi dan ir-rewiżit huwa riżultat tal-ftehim kollettiv għall-impjegati fis-settur pubbliku għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Dicembru 2016 u li kien jistabillixxi l-15 ta’ April 2013 minn meta kellhom jibdew fis-seħħ il-perijodu ta’ żmien li fih għandu jingħata l-avviż tat-tluq mix-xogħol. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ crikolari PAHRO Circular No 3/2013 dwar dan is-suġġett.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chiefs of Staff tal-Ministri humiex intitolati għal driver/security?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għad-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’din il-leġiżlatura.