Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta – kap eżekuttiv

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari 5605 u 3910, x'inhi r-raġuni illi l-Ministru qed jirrifjuta li jgħid x'pakkett finanzjarju għandu, inkluż benefiċċji l-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta? Din il-persuna għandha kuntratt definit jew indefinit? X'inhi r-raġuni illi l-Ministru qed jirrifjuta ripetutament illi jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-istess persuna? Jista’ l-Ministru jgħid li mhux fl-interess tal-poplu li jpoġġi tali informazjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 5605 u 3910, ħlief li taħt l-amministrazzjoni preċedenti ukoll ma kinitx il-prassi li titqiegħed din it-tip ta’ informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta — membri

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5605, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri ta' Transport Malta, x'remunerazjoni għandhom u jekk tali remunerazjoni hix tittieħed minn Transport Malta jew inkella mill-Ministeru? Xi kwalifiċi akkademiċi għandhom dawn il-persuni? X'inhi r-raġuni li l-Ministru qed jirrifjuta ripetutament illi jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri minn Transport Malta? Jista’ l-Ministru jgħid li mhux fl-interess tal-poplu li jpoġġi tali informazjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Peress li l-Onor. Interpellant dejjem jagħti x’jifhem li jaf aktar mill-Ministru nniffsu, ma kontx nistenna li ma kienx jaf min huma l-membri tal-Bord ta’ Transport Malta. Dan meta tali informazzjoni kienet diġa ġiet imxandra fuq il-mezzi tax-xandir u ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern. Għaldaqstant la jidher li anqas biss ma ta każ ta’ dak li qed jiġri f’dak li għandu x’jaqsam mad-dekasteru li jixxedowja huwa stess, ninfurmah li l-ismijiet tal-Bord ta’ Transport Malta huma hekk kif ġej :- Chairman Mr James Piscopo Deputy Chairman Mr Chris Cachia Members Capt. Charles Pace Dr Vanessa Vella Ms Alison Zerafa Civelli Dr Mark Sammut Ms Annette Farrugia Capt. Alan Brown Ms Carmen Pullicino Orlando Mr Paul Muscat Dr Deborah Mercieca Kif diġa ntqal fir-risposta għal-mistoqsija parlamentari 5605, il-membri tal-bord ta’ Transport Malta qed jieħdu l-istess remunerazzjoni li kellhom il-membri tal-bord taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

articulated buses — Rapporti tekniċi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5609, jista’ l-Ministru jara li jwieġeb il-partijiet kollha tal-mistoqsija parlamentari li għamiltlu?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba diġa mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5609, nitolbu li jekk għadu ma feemx xi ħaġa jikkjarifika għal-liema partijiet tal-mistoqsija qed jirreferi għalihom.

Pembroke — sit tal-Park & Ride

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit tal-Park & Ride ta’ Pembroke hux se jibda jintuża peress illi fl-aħħar jiem dan ġie magħluq bil-barriers elettroniċi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit tal-Park and Ride illi hemm ġewwa Pembroke kien u għadu disponibbli għas-servizz ta’ Park and Ride. Il-barriers elettroniċi illi qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant ġew installati mill-operatur tat-trasport pubbliku sabiex l-aċċess jiġi kontrollat b’mod aktar effettiv.

Pembroke — sit tal-Park & Ride – parkeġġ fil-viċin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnhom il-pjanijiet li kellha Transport Malta qabel Marzu 2013 biex is-sit tal-Park & Ride ta' Pembroke jiġi mċekken bi ftit metri sabiex jaġevola l-parkeġġ għal min ikun qed iżur il-Luxol Club u l-iskola ta’ St Michael?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet li kienu qegħdin jiġu kkunsidrati minn Transport Malta fl-2012 sabiex il-parkeġġ żgħir li hemm biswit il-Park & Ride f’Pembroke jiġi mkabbar ftit bil-għan prinċipali li jkun hemm aktar spazju biex il-vetturi li jkunu daħlu f’dan il-parkeġġ ikunu jistgħu jimmanuvraw faċilment biex jerġgħu joħorġu, qatt ma ġie implimentat minn Transport Malta għar-raġuni li l-vetturi setgħu joħorġu faċilment minn ġos-sit tal-Park & Ride stess mingħajr ħlas. Fil-fatt, dawk il-persuni li jkunu qegħdin iżuru kemm il-Luxol Club kif ukoll l-iskola ta’ St. Michael’s għal perjodu t’anqas minn 15-il minuta biex jiġbru t-tfal tagħhom, jistgħu jagħmlu użu mill-parkeġġ tal- Park & Ride mingħajr ħlas. Dan minbarra l-fatt li l-ħruġ minn ġo dan is-sit huwa aktar sikur għas-sewwieqa minħabba li l-ħruġ ta’ din il-faċilita’ ma tagħtix għal go triq prinċipali. Jiena tajt struzzjonijiet lil Transport Malta biex terġa’ tirrevedi dan is-suġġeriment mill-aktar fis possibli.
Leg 12 PQ #6403 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Triq it-Turisti - bankina

Question

Billi għal domanda parlamentari preċedenti ngħatajt risposta li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ħallas iktar minn €2000 fuq estensjoni ta' bankina fi Triq it-Turisti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din hix l-istess bankina li fuqha hemm mandat biex ma titneħħiex, mill-privat, għaliex qed tintuża mill-istess privat għal skop kummerċjali? Jista' jikkonferma wkoll li Transport Malta ħarġet ordni biex l-istess bankina titneħħa minn fejn saret?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li din hi l-istess bankina u fuqha hemm ordni minn Transport Malta sabiex titneħħa. Infurmat illi dan ix-xogħol sar sabiex titħares saħħet il-persuni li jkunu qed jaqsmu miż-zebra crossing fil-viċin, liema zebra crossing kienet saret bla permess fil-Leġislatura preċedenti.
Leg 12 PQ #6422 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti – każijiet marbuta ma’ droga

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq każijiet marbuta ma’ droga bejn l-2008 u l-2013, sena b’sena u jaqsam in-numri skont jekk kinux akkużati b’pussess sempliċi jew inkella bi traffikar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni rikjesta.

Il-Belt Valletta – Proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’inhuma l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li se jwettaq fil-Belt Valletta fl-2014?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġie spjegat qabel f’diversi tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari, il-Gvern beda biex jattwa dak li ġie imwiegħed fil-Manifest Elettorali, kif ukoll qiegħed fil-proċess biex imexxi ‘l quddiem il-proġetti skont il-prijoritajiet u dan wara il-ħafna laqgħat fosthom mal-Kunsilli Lokali.

Il-Ħamrun – proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’inhuma l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li se jwettaq fil-Ħamrun fl-2014?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6423

Il-Furjana – proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’inhuma l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li se jwettaq fil-Furjana fl-2014?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6423.

Il-Pietà – proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’inhuma l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li se jwettaq fil-Pietà fl-2014?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6423.

Il-Marsa – proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’inhuma l-proġetti infrastrutturali u ta’ toroq li se jwettaq fil-Marsa fl-2014?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6423.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kopja tar-rapporti u dokumenti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra separatament permezz ta' CD. Dan peress li wħud minnhom huma voluminużi ħafna. Ir-rapporti u dokumenti huma kif se nsemmi: · 2007 - Women and Work · Unlocking the female potential report · English - Oral - Compare and Contrast - Students' Pictures · English - Oral - Inverted Interview - Students' Pictures · English Writing - Student's Paper - First Session · Kitba_Studenti_2013_Sessjoni_1FINALI · Listening - Student's Paper - First Session · MENTAL PAPER - STUDENTS PAPER - SESSION 1 – 2013 · PIRLS 2011 Malta report · PIRLS_PISA_TIMSS 2011 Report as on 16102013 FINAL · PISA 2009+ Malta Report · Qari_Studenti_2013_Sessjoni_1 · Reading Comprehension - Student's Paper - First Session · Skola Sport Analysis - Final version · Smigħ_Studenti_1 · TIMSS 2011 Malta Report (f'żewġ partijiet) · WRITTEN PAPER - SESSION 1 - 2013
Leg 12 PQ #6452 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Millennium Development Goals

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tagħha fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Tista’ tgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, tista’ tqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista’ tgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi Ministeri li jmexxu programmi li jaqgħu taħt il-Millenium Development Goals tal-Gnus Magħquda u għalhekk l-Onor. Interpellant jista’ jaghmel referenza għat-tweġibiet li ngħataw dawn il-Ministeri għad-dettalji tax-xoghol li qed isir. F’dan il-kuntest, flimkien mal-Ministeri l-oħra, il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali wkoll jagħti l-kontribut tiegħu kull meta jiġi mitlub jagħmel dan mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, inkluż għar-rigward tal-eradikazzjoni tal-povertà estrema u l-guħ fid-dinja.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Millennium Development Goals

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tagħha fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Tista’ tgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, tista’ tqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista’ tgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li wieħed mill-Millennium Development Goals (MDGs) jittratta l-ugwaljanza l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) hija nvoluta. Il-Kummissjoni qatt ma għamlet rapporti dwar il-MDGs. Minkejja dan l-NCPE tagħti rispons jew tipprovdi informazzjoni dwar inizjattivi relatati ma’ dan il-ġeneru meta tintalab. Issues preżenti u futuri li l- NCPE qed taħdem fuqhom huma l-ħolqien u tisħiħ t’għarfien dwar l-ugwaljanza ma’ diversi setturi permezz ta’ taħriġ u l-investigazzjoni tal-ilmenti ta’ persuni li jħossuhom diskriminati, il-Marka tal-Ugwaljanza għall-intrapriżi kemm fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku, kif ukoll temi oħra relatati mal-ugwaljanza abbażi tal-ġeneru, fosthom: il-parteċipazzjoni tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, il-vjolenza fuq in-nisa, u l-liġi tal-koabitazzjoni.
Leg 12 PQ #6595 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – policies dwar tall buildings — konsultazzjonijiet mal-kunsill lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6386 li oriġinajrament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar x’konsultazzjoni saret bejn il-kunsilli lokali u l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-policies dwar tall buildings li tħabbru f’dawn il-jiem?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nireferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6387.

Kunsilli lokali – skemi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6384 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm skemi tal-Unjoni Ewropea li minnhom gawdew il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? Meta saru l-applikazzjonijiet li minnhom gawdew dawn il-kunsilli lokali?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li preżentament tnejn mill-Kunsilli Lokali li jiffurmaw parti mit-12-il distrett elettorali qed jibbenifikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropa li jaqgħu taħt l-ESF jew l-ERDF. L-applikazzjoni tal-proġett li tikkonċerna l-ESF Fund saret f’Diċembru 2010 filwaqt li l-applikazzjoni li tikkonċerna l-ERDF Fund saret f’Lulju 2011.

Kunsilli Lokali – skemi tal-unjoni Ewropea – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6385 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Turiżmu li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar liema huma l-iskemi tal-Unjoni Ewropea li għad għandhom applikazzjonijiet pendenti għalihom il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? F’kull każ meta saru l-applikazzjonijiet?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti tal-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali rigward proġetti li jaqgħu taħt l-ERDF jew l-ESF.