Legislature:
Category:
Reset
Active:

Promozzjoni għall-użu tat-trasport pubbliku

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4999, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Transport Malta ma hi qed tagħmel xejn biex teduka u tgħin lill-poplu biex jibda juża t-trasport pubbliku b'mod aktar frekwenti? Kif jistenna li jonqos it-traffiku mit-toroq ta' pajjiżna meta mhux kommess illi jeduka l-poplu juża aktar it-trasport pubbliku? Jista’ jgħid jekk tinteressahx l-edukazzjoni tal-poplu f'dan is-settur?

Response (MIZZI, JOE)

Nibda billi nfakkar lill-Onor. Interpellant x’sab Gvern Laburista fl-oqsma li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tieghu. Infakkar lill-Onor. Interpellant li Gvern Laburista wiret sitwazzjoni diżastruża fil-qasam tat-trasport pubbliku wara s-suppost riforma li kienet tnediet fl-2011 u li kellha ġġib fi tmiemhom il-bużullotti. Bil-kontra din is-suppost riforma ġabet magħha problema waħda wara l-oħra u diffikultajiet kbar għal eluf mhux biss ta’ Maltin iżda wkoll għat-turisti li jżuru pajjiżna. Infakkar lill-Onor. Interpellant li fir-rapport tat-telfa li ħejja l-Partit Nazzjonalista stess wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, hemm iddikjarat li – “Ir-riforma fit-trasport pubbliku kienet meħtieġa. Madanakollu inħolqu aspettattivi għoljin ħafna, saru ħafna żbalji u ġiet implimentata b’mod mgħaġġel wisq bil-konsegwenza li l-ewwel reazzjoni kienet li ir-riforma ma kienetx suċċess. Dan baqa’ jinħass għal ħafna xhur wara li bdiet titwettaq ir-riforma.” Il-problemi u diffikultajiet li ġabet maghha s-suppost riforma fit-trasport pubbliku, komplew żdiedu bil-mod ħażin kif il-gvern Nazzjonalista mexa fil-każ ta’ xogħolijiet li kienu qed isiru fuq toroq u proġetti. Għal darba’oħra nerġa nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li fir-rapport tat-telfa li ħejja l-Partit Nazzjonalista stess wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, fejn hemm iddikjarat li – “L-istat tat-toroq u d-dewmien biex jitlestew ċerti toroq u proġetti infrastrutturali oħra wrew nuqqas ta’ kontroll mill-Gvern.” Dan huwa l-wirt li sab Gvern Laburista. Minn naha l-oħra l-Onor. Interpellant huwa żbaljat meta wasal għall- konklużjoni li fuq il-bażi tat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsija Parlamentari 4999, Transport Malta ma hi qed tagħmel xejn biex teduka u tgħin lill-poplu biex jibda juza t-trasport pubbliku b'mod aktar frekwenti. Ir-realta’ hija l-kontra. Huwa inkwetanti li l-Onor Interpellant, li jien nemmen li jista’ jgħin sabiex jasal il-messaġġ biex il-poplu juża iktar it-trasport pubbliku, minflok qed ikun biss negattiv u distruttiv u ma huwa jsib xejn tajjeb f’dak li sar fl-aħħar disa’ xhur biex isir użu ikbar tat-trasport pubbliku. Fid-dawl ta’ dak li ħalla warajh il-Gvern Nazzjonalista, sabiex isir użu b’mod aktar frekwenti mit-trasport pubbliku, irid l-ewwel nett jiġi assigurat illi s-servizz ipprovdut ikun wieħed affidabbli u li jilħaq mal-bżonnijiet tal-pubbliku. Huwa għalhekk li kif ġie spjegat fit-tweġiba għall- mistoqsija 4999, Transport Malta qegħda tiffoka r-riżorsi tagħha sabiex dan il-għan jintlaħaq. Nassigura lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta hija kommessa li teduka lill-pubbliku dwar kull aspett li jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tagħha u kif kien spjegat lilu, Transport Malta ser tkun qegħda timbarka fuq kampanja edukattiva u t’ informazzjoni għall-pubbliku qabel ma jidħlu fis-seħħ ir-rotot il-ġodda.
Leg 12 PQ #6211 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — talbiet minn applikanti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta' kemm kien hemm talbiet minn applikanti għas-sospensjoni tas-smigħ kemm ta' applikazjonijiet kif wkoll appelli mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) abbażi tal-Avviż Legali 504/10 peress illi qed tiġi riveduta l-Agricultural Policy/Policy tal-PLP20/Policy tas-Swimming Pools? Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u liema huma dawk li ġew milqugħa inkluż il-PA No, DNO numbers, u kif wkoll appeals numbers? Min huma l-klijienti kif wkoll il-perit responsabbli mix-xogħol f' kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6211, qed titpoġġa quddiem il-Kamra lista ta' applikazzjonijiet għal-iżvilupp (Full Development Planning Applications), miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, fejn il-Kummissjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar laqgħet it-talba ta l-applikant jew il-perit tiegħu sabiex is-smigħ tal-applikazzjoni jiġi sospiż skont l-Avviż Legali 504/10 peress li qed tiġi riveduta l-Agricultural Policy / Policy PLP20 / Policy tas-Swimming Pools. Il-lista annessa tinkludi d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Dan l-Avviż Legali ma japplikax għad-DNO. Ta' min jiġi nnotat li kien hemm talbiet li ġew miċħuda mill-Kummissjoni peress li r-raġunijiet għar-rifjut tal-applikazzjoni ma jkunux relatati mal-Policy li qed tiġi riveduta. Informazzjoni dwar dawn il-każi mhijiex disponibbli għax tinżamm biss informazzjoni ta' meta t-talbiet jiġu aċċettati. Saħansitra talbiet ġieli saru biss verbalment u għalhekk jiġi miċħuda verbalment mill-Kummissjoni waqt is-seduta tas-smigħ tal-applikazzjoni.
Leg 12 PQ #6464 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa – migration team

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-migration team tal-Isptar Sir Paul Boffa u għal kull membru jgħid x’esperjenza għandu/ha fi proċessi ta’ migrazzjoni ta’ sptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-migration team huwa ffurmat minn tmienja minn nies li huma mmexxijin minn persuna li huwa migration manager b'esperjenza vasta fl-amministrazzjoni, u persuna oħra li kienet imdaħħla fil-migration bejn l-Isptar San Luqa u l-Isptar Mater Dei. It-team kollu qed jikkoordina ix-xogħol ma' kull sezzjoni tal-Isptar Boffa li kull wieħed u waħda minnhom huwa responsabbli għas-sezzjoni tiegħu/tagħha. Qed isiru laqgħat regolari ma' kull min hu nvolut f'din il-migration, inkluża l-Foundation for Medical Services.
Leg 12 PQ #6465 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar tal-Onkoloġija – migration team

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-migration plan tal-Isptar Boffa għall-Isptar tal-Onkologija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-migration plan tal-isptar tal-onkoloġija hu lest u se jiġi formalment approvat fil-laqgħa li jmiss tal-bord.
Leg 12 PQ #6466 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – persuni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ dawk il-persuni kollha li ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’il hawn u li qabel ma ġew ingaġġati kienu diġà rtirati (jiġifieri pensjonanti)? F’kull każ jista’ l-Ministru jagħti: id-data meta tqabbdet; il-pożizzjoni li ngħatat il-persuna; f’liema dipartiment tqabbdet; il-paga u benefiċċji li ngħatat; in-numru ta’ sigħat li mistennija taħdem fil-ġimgħa; u ir-raġuni għalxiex iddaħlet mill-irtirar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6467 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Infertility clinics — counsellors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa intitolat li jaħdem bħala counsellor f’infertility clinics u x’inhuma l-kwalifiki rikjesti biex counsellor ikun/tkun jista’/tista’ tipprattika bħala tali fi clinics li jieħdu ħsieb koppji bil-problemi ta’ infertilità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-Protocol maħrug mill-Awtorita tal-Protezzjoni tal-Embrijun li kopja tiegħu tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll ingħatat kopja tiegħu lil kull deputat inkluż lill-Onor. Membru li: All counsellors should have specialist competence in infertility counselling and: a) hold a recognised counselling, clinical psychology, counselling psychology, psychotherapy or family therapy qualification to the level of diploma of higher education or above, and b) have received Infertility training of the British Infertility Counselling Association (or an equivalent body). A member of staff appointed to the role of counsellor should be able to provide evidence of being an accredited member of, or working towards accredited membership of, a recognised professional counselling body.
Leg 12 PQ #6468 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

counsellors dwar infertilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ counsellors li l-Gvern għandu fid-dipartimenti tiegħu? Kemm huwa n-numru (average) ta’ pazjenti li jattendu għall-problemi ta’ infertilità? Kemm minn dawn jattendu għall-counselling?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6469 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet tal-kataretti – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-kataretti sat-30 ta’ Settembru fis-snin 2007-2013 sena b’sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni miġbura permezz tas-Centralised Theatre System tal-Isptar Mater Dei (minn 2010 il-quddiem) u mid-Dipartiment tal-Oftalmologija (għas-snin ta’ qabel), in-numru ta’ operazzjonijiet tal-kataretti fuq il-lista ta’ stennija jidher fit-tabella hawn taħt. Ix-xahar u s-sena jindika meta l-informazzjoni ġiet estratta mis-sistema ta’ l-IT (Centralised Theatre System). Lista ta’ Stennija fix-xahar indikat Numru fuq il-lista ta’ stennija Apr-07 4544 Oct-08 5734 Jul-09 5628 Sep-10 4977 Aug-11 4673 Sep-12 3215 Oct-13 3539
Leg 12 PQ #6633 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

reklamazzjoni ta’ art — Espressjoni ta’ interess – estensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li għaliha ġiet estiża is-sejħa għall-espressjonijiet ta' interess fi proġetti li jirrikjedu reklamazzjoni ta' art?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-espressjoni ta’ interess ġiet estiża wara li kien hemm diversi talbiet biex jiġi estiż iż-żmien minn persuni interessati.

Pitkalija – prodotti minn barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta’ prodotti li daħlu fil-Pitkalija, li ġew spezzjonati matul l-aħħar sena, wara suspett li kienu prodotti mdaħħla fis-suq Malti minn barra minn Malta? Kemm kien hemm każijiet li nstabu li huma verament prodotti mhux lokali? X’passi ttieħdu f’dan ir-rigward?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda rapport formali ta’ prodott impurtat u mdaħħal fil-Pitkalija Ta’ Qali matul l-2013.
Leg 12 PQ #6708 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti esposti għall-bejgħ – Spezzjonijiet minn uffiċjali tas-sanità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet li waqt spezzjonijiet li saru mill-impjegati tas-sanità, instab li kien hemm prodotti esposti għall-bejgħ li ma kinux qed jinżammu skont kif jitolbu r-regolament tas-sanità, u dan matul l-aħħar sitt xhur? Fejn instabu lokalità lokalità dawn il-każijiet skont in-numru ta’ ksur tar-regolament li kien hemm? Kemm kien hemm passi li ttieħdu passi legali fil-konfront ta' dawk involuti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bejn Ġunju 2013 sa’ Novembru 2013 saru diversi spezzjonijiet minn uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentli rigward prodotti tal-ikel li jkunu esposti għall-bejgħ. Saru total ta’ 958 spezzjoni ġewwa diversi stabbilimenti tal-ikel madwar Malta u Għawdex (Ara tabella 3). In-numru ta’ azzjonijiet li ttieħdu huma kif referuti fit-tabelli 1, 2 u 3; 15 il-ċitazzjoni, 7 garanziji, 40 twissijiet verbali u 35 ttikkettjar mill-ġdid ( relabeling ). Numru ta’ passi legali (ċitazzjonijiet) Lokalita` 1 L-Imsida 1 Gwardmangia 1 San Ġiljan 1 Birgu 1 Hal Tarxien 2 Iż-Żejtun 1 Il-Ħandaq l/o Qormi 2 San Pawl il-Baħar 3 Il-Mosta 1 Tas-Sliema 1 Il-Belt Valletta Tabella 1 Numru ta’ passi legali (Garanziji) Lokalita` 2 l-imrieħel 3 Żebbuġ 2 Qormi Tabella 2 Numru ta’ stabbilimenti spezzjonati Twissijiet verbali Relabelling Reġjun tat-Tramuntana (San Pawl, Mellieħa, Naxxar, Għargħur, Mosta, Mġarr 48 1 1 Reġjun ta’ Nofsinhar (Tarxien, M’Xlokk, B’Bugia, Paola, Fgura, Gudja, Għaxaq, Żejtun, Sta. Lucia, Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Żabbar, Xgħajra, M’Scala) 169 0 3 Regjun ta’ Lvant (B’Kara, San Gwann, Msida,, Balzan, Lija, Iklin, Attard ink. Ta’ Qali) 161 1 0 Regjun tal-Punent (Żebbug, Siġġiewi,Qormi, Rabat, Dingli, Mdina, Mtarfa) 30 0 3 Reġjun Ċentrali (Hamrun, Valletta, Floriana, Pieta`, Sta. Venera, Marsa, Żurrieq, Kirkop, Luqa, Mqabba, Safi, Qrendi) 105 23 0 Reġjun tal-Grigal (Sliema, San Giljan, Pembroke, Madliena, Swieqi, Gżira, Ta’ Xbiex) 181 2 0 Regjun t’Għawdex 55 12 0 Servizzi tas-Saħħa Portwali 209 1 28 Total 958 40 35 Tabella 3
Leg 12 PQ #6709 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Spezzjonijiet minn uffiċjali tas-sanità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar b’liema frekwenza jew abbażi ta’ liema raġuni jsiru spezzjonijiet minn uffiċjali responsabbli mis-sanità, skont il-kategorija tal-ikel li jkun hemm għall-bejgħ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jagħmlu diversi spezzjonijiet ġewwa stabillimenti tal-ikel abbażi ta’ programm ta’ risk assessment ilmenti, spezzjonijiet dwar Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, programmi ta’ teħid ta’ kamjuni tal-ikel u sorveljanza tas-suq (market surveillance). Kull stabbiliment tal-ikel huwa obbligat skont l-Att dwar is-Sigurta’ tal-Ikel tal-2002 kif ukoll skont l-Avviż Legali 180 tal-2001 kif emendat, li jirreġistra mal-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel bħala stabbiliment tal-ikel. Dawn l-istabilimenti tal-ikel reġistrati huma reġistrati f’programm ta’ risk assessment sabiex issirilhom l-ispezzjoni neċessarja. Wara kull spezzjoni kull stabbiliment jingħatalu persentaġġ tal-grad tar-riskju ( risk factor grading ) kif ukoll kategorija li tikkonsisti minn Grad A għal stabilliment bl-inqas riskju sa’ Grad F għal stabillient b’riskju għoli. Skont il-persentaġġ tal-grad tar-riskju tinħadem il-frekwenza li biha isiru l-ispezzjonijiet f’dawn l-istabbilimenti. Meta dan id-Direttorat jirċievi lmenti rigward nuqqasijiet fi stabbilimenti tal-ikel dawn jiġu reġistrati fil-programm tal-ilmenti u jiġu nvesigati permezz tal-ispezzjonijiet neċessarji mill-istess uffiċċjali. Din is-sistema tal-ilmenti hija akkredita u ċertifikata skont l- MSA EN ISO 9001:2008 for the handling of complaints. Kull meta ssir notifika ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) dan id-Direttorat huwa wkoll obbligat li jagħmel l-ispezzjoni u l-investigazzjoni neċessarja fl-istabilimenti tal-ikel rigward il-prodotti tal-ikel li jkunu implikati. Kull sena jiġi mfassal programm ta’ teħid ta’ kampjuni tal-ikel skont Regolament KE 882 tal-2004 fejn pajjiżna huwa obbligat li jagħmel monitoragg permezz ta’ teħid ta’ kampjuni għal diversi parametri kemm kimiċi kif ukoll batterjoloġiċi. Isiru wkoll spezzjonijiet tas-suq (market surveillance ) fuq affarijiet speċifiċi tal-ikel u dan skont l-esiġenzi li jinqalgħu minn żmien għal żmien.

12-il distrett Elettorali – interventi mill-pulizija tal-Għases

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm interventi mill-pulizija mill-għases tat-12-il distrett elettorali, minħabba ġlied li kien irrappurtat, fil-lokalitajiet rispettivi? Jista’ jagħti tagħrif dwar f’liema lokalitajiet saru dawn l-interventi skont il-lokalità li fiha saru u kemm kien hemm każijiet għal kull lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi r-rapporti li b’xi mod jistgħu jinvolvu ġlied, li saru lill-pulizija bejn Jannar u Novembru ta’ din is-sena fil-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6711 Sitting 104 2013-12-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ix-Xemxija – serq ta’ cones

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm insterqu xi tip ta’ cones mit-triq li tagħti mix-Xemxija lejn Għajn Tuffieħa meta twaddab konkos f’ħofor fit-triq prinċipali ftit tal-jiem ilum? F’liema ħin tal-ġurnata tqiegħdu dawn il-cones u x’ħin suppost insterqu? X’kienet ir-raġuni li għaliha tqiegħdu laned miżbugħa f’nofs it-triq?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-għadd ta’ cones li nsterqu kienu ħamsa (5). Dawn ġew nieqsa minn triq oħra waqt li kienu qed isiru xogħlijiet hemmhekk u mhux mit-triq li mix-Xemxija tieħu għal Għajn Tuffieħa. Infurmat li minflok tpoġġew laned miżbugħa biex jitnaqqas l-ispeed tal-karozzi u jiġi evitat xi inċident.

12-il distrett Elettorali — Liċenzji kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ liċenzji kummerċjali li hemm reġistrati f’kull waħda mill-lokalitajiet tat-12-il distrett Elettorali? Jista’ jaqsam dan in-numru ta’ liċenzji skont il-ġeneru tan-negozju li hu liċenzjat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

sezzjoni YOURS — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir ir-rilokazzjoni tal-YOURS?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif diġà informajt lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsijiet oħra simili (mistoqsijiet 2382 u 2417), it-taqsima tal Young Offenders Unit Rehabilitation Services (YOURS) ġiet trasferita l-Imtaħleb nhar il-Ħamis 7 ta’ Novembru.

Prison Board of Visitors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie maħtur u minn min hu magħmul il-Prison Board of Visitors?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Data tal-Ħatra: 11 ta’ Settembru 2013 Chairperson: Dott. Maria Cardona LL.D Deputy Chairperson: Dott. John Borg MD CCST(Psych) Membri: Dott. Anton Grech, M.D., M.Sc (Psych), MRCP (Psych) Is-Sur James Harrison Dott. Mark Attard Montalto B.A. LL.D.,M.Jur (Eur.Law) Dott. Martine Cassar B.A Eur.Studies, LL.D., LL.M. Patri Dionysius Mintoff OFM Dott. Yvette Borg LL.D Segretarja: Is-Sinjorina Mariette Borg B.A Sociology (Hons.) (Melit.)
Leg 12 PQ #2964 Sitting 103 2013-12-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sezzjoni YOURS — art tad-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu d-Dipartiment tal-Artijiet għall-art ġewwa Ħad-Dingli li kienet ġiet identifikata għas-sezzjoni YOURS (sezzjoni taż-żgħażagħ) tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern għaddej b’diskussjonijiet ma’ diversi ministeri dwar l-aħjar użu ta’ dik l-area.

Sezzjoni YOURS – rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport li deher fis-Sunday Times tal-Ħadd, 5 ta’ Mejju 2013 dwar is-sezzjoni YOURS, li skont dak ir-rapport se tkun fil-limiti ta’ Ħad-Dingli, hux minnu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 2961.