Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju fuq irranġar ta’ dar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward sussidju fuq irranġar ta’ dar li minkejja li ilha li applikat 6 xhur u ġie il-perit, ħadd għadu ma reġa’ kellem lil din is-sinjura?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Kundizzjonijiet tax-xogħol – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29380, tista' l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament rigward kundizzjonijiet tax-xogħol fil-Qasam tat-Turiżmu?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg għamel kuntatt mal-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament f’din il-mistoqsija parlamentari u f’dan ir-rigward wieġeb għall-mistoqsijiet tiegħu u ċċara x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol bażiċi tiegħu relatati mas-settur li hu jopera fih.

Leak ta’ culvert – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28198, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jiġi solvut?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qiegħda tinvestiga u tipproċedi skont l-obligi u l-kompetenzi tagħha.

Baħrija – Triq Gwiedi — xogħlijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28199 , jista' l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fi Triq Gwiedi fil-Baħrija għaliex tinsab fi stat ferm ħażin għad-detriment tar-residenti ta' din it-triq u kull min jagħmel użu minnha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li Triq il-Gwiedi ma fijiex servizzi ta' drenaġġ u għaldaqstant il-Kunsill ma jistax jagħmel resurfacing tagħha f'dan l-istadju.

Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi — frekwenza ta' tal-linja

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28606, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet stħarriġ minn diversi bus stops ġewwa l-lokalita’ ta’ Ħal-Qormi bejn it- 22 ta’ Novembru u il-25 ta’ Novembru 2016, fil-ħinijiet ta’ bejn is-sitta u l-għaxra ta’ filgħodu. Minn dan l-istħarriġ, irriżulta li kien hemm stanzi fejn kien hemm passiġġieri li ma’ rikbux mal-ewwel karrozza tal-linja li waslet fuqhom u dan minħabba illi il-karozza tal-linja kienet mimlija. L-istħarriġ wera ukoll illi dawn l-istess passiġġieri rikbu mal-karozza tal-linja ta’ wara u bħala medja dawn damu jistennew madwar 8 minuti.

Ħal Qormi — bdil ta' sinjali

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28601, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħruġ kollu ġo triq l-Imdina huwa kollu ‘stop’ minbarra dik ta’ ħdejn l-FXB. Dan minħabba li normalment stop signs jitqiegħdu fejn il-ħruġ ikun eżatt mal-vija tal-karreġġjata prinċipali. Fil-każ tal-Give Way ħdejn l-FXB, din preżentament qegħda hekk minħabba li l-vetturi li jkunu ġejjin minn Ħaż-Żebbuġ lejn Ħal-Qormi fuq il-karreġġjata ta’ barra suppost qed iduru minn ġo ‘slip road’ lura lejn Ħaż-Żebbuġ. Fil-fatt, fit-triq prinċipali hemm ‘hatching’ mal-art fejn jindika li vetturi mhux suppost jgħaddu minn fuqha. Dan jagħti viżibiltà tajba għal vetturi li jkunu qed iduru mal-FXB u minħabba il-preżenza tal-hatching qabel jippermetti il-‘give way’. Madanakollu, Transport Malta qed terġa’ tara jekk hemmx il-bżonn li jkun hemm xi bdil fis-‘setup’ preżenti minħabba li jista’ jkun li l-bżonn ta’ priorita fit-triq jaf ikun inbidel.

Housing — Proprjetà – każ ta‘ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-post li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament huwiex proprjetà tal-housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 29881

Stennija għal dħul f’home – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament fejn din l-anzjana tinsab Mater Dei u qiegħda tistenna li tidħol ġewwa home? Jista’ l-Ministru jara fejn wasal dan il-każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — person of trust u position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29921 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima hemm tnax-il (12) persuna f’position of trust u tlieta u ħamsin (53) person of trust. Ma’ dawn hemm inkluż dawk li ġew ingaġġati għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew.
Leg 12 PQ #30235 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — person of trust u position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29922 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm (7) seba’ persuni f’position of trust u (19) dsatax-il person of trust.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — person of trust u position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29923 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru tiegħi hemm tmien persuni f’position of trust u 41 person of trust. Ma’ dawn hemm inkluż dawk li ġew ingaġġati għall-Presidenza ta’ Malta.
Leg 12 PQ #30237 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — person of trust u position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29924 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – pusses taċ-ċwievet ta’ fond

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29931, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jieħu lura l-pussess taċ-ċwievet tal-fond imsemmi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tagħmel l-investigazzjoni neċessarja sabiex jiġi stabbilit x'inhi r-raġuni li l-post hawn imsemmi qed jiġi identifikat bħala vakanti.
Leg 12 PQ #30242 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ ferry bejn Malta u Għawdex — profitti

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra bil-profitti li rreġistrat il-kumpanija li qed topera s-servizz tal-ferry bejn Malta u Għawdex għall-2016?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Oner. Interpellant li b’effett mill-5 ta’ Ottubru 2016 il-kumpanija Gozo Channel Company Ltd bidlet l-isem għal Gozo Channel (Operations) Ltd. Il-profit li rreġistraw iż-żewġ kumpaniji flimkiem għas-sena 2016 kien ta’ €1,836,789. Hemm kuntrast qawwi meta mqabbel mat-telf ta’ €1,630,393 li kienet ħabret il-kumpanija Gozo Channel Company Ltd għas-sena 2012.
Leg 12 PQ #30243 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Żieda fit-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra biż-żieda fit-turiżmu li Għawdex irreġistra fl-2016?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika fuq turizmu lejn Għawdex u Kemmuna għall-perjodu Jannar sa Settembru mill- 2011 ‘il quddiem. Iż-żieda fin-numru ta’ turisti li qagħdu lejl jew iktar f’Għawdex, għal perijodu Jannar sa Settembru 2016, meta mqabbel mal-istess perijodu tas-sena 2015 kienet ta’ tlettax fil-mija (13%). Hekk kif infurmat, l-informazzjoni sal-aħħar tas-sena 2016 għal Għawdex/ Kemmuna ser tkun tista tingħata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wara 1 ta’ Frar 2017.
Leg 12 PQ #30244 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ Fast Ferry Service bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar is-servizz ta’ fast ferry service li biħsiebu jvara bejn Malta u Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi twaqqaf kumitat tekniku li qiegħed jiffinaliżża proċess li se jwassal biex jiġi ppubblikat tender li jippermetti l-operat ta’ tali fast ferry catamaran bejn l-Imġarr u ż-żona tal-Belt Valletta sa tmiem din il-leġislatura.
Leg 12 PQ #30245 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra – Għar ta’ Kalipso — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett li biħsiebu jagħmel fl-Għar ta’ Kalipso, fix-Xagħra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara żmien ta’ telqa u deterjorazzjoni, hemm il-ħsieb illi l-Ministeru għal Għawdex jirriabilita’ l-Għar ta’ Kalipso b’talba għall-fondi mill-Unjoni Ewropea. Barra minnhekk, il-Ministeru għal Għawdex qed jaħseb ukoll biex jirriabilita’ l-area tal-madwar b’fondi nazzjonali.
Leg 12 PQ #30246 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Pjazza — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett li għaddej fil-pjazza ewlenija t’Għajnsielem?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-proġett tal-pjazza prinċipali t’Għajnsielem kien jinkludi diversi xogħlijiet estensivi, fosthom it-tiswija ta’ ħsarat ikkawżati minn l-għeruq tas-siġar. Ingħata l-konkos fil-post u nbnew ħitan tal-ġebel bħala lqugħ għall-għeruq tal-Ficus Nitida. Tħawlu siġar ġodda fil-ġnien tal-parroċċa u ġew ukoll rilokati erba’ (4) siġriet, reġgħu ġew mibnija mill-ġdid il-pedamenti tal-pjazza biex jingħata l-konkos, u nbena ġibjun ta’ tletin (30) metru kubu biex jilqa’ l-ilma tax-xita mill-bejt tal-knisja parrokkjali. Inbnew ukoll rampi u turġien għal aktar aċċessibbiltà u ġie allokat spazju fejn jistgħu jieqfu l-vetturi (lay-by). Il-proġett ħaseb ukoll għal trinek għas-servizzi, bħal irrigazzjoni, dawl u tiżjin tal-festa.
Leg 12 PQ #30247 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Bini tal-Elderly Home — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett tal-bini tal-Elderly Home f’Għajnsielem?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-binja għaddej b’ritmu mgħaġġel. Sa issa tlesta x-xogħol tal-bini fil-basement level u għaddej ix-xogħol tal-bini fuq tlett sulari l’ fuq mit-triq. Hu stmat li sa issa tlesta 75% tax-xogħol.

Assistenza għal diżabilità — applikanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuni li qed japplikaw għal kull assistenza għal diżabilità qed jintalbu sabiex jagħtu rendikont tar-riżorsi kapitali tagħhom u kull dħul ieħor inkluż jekk humiex azzjonisti jew sħab f'xi kumpanija u kemm hu n-numru u l-valur tal-ishma u d-dividendi li jirċievu? Jista' jgħid din taffettwax l-ammont ta' assistenza li tingħata lill-applikant?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bir-riforma li tikkonċerna l-Assistenza ta’ Diżabilità, hija l-Assistenza Miżjuda Għal Diżabilità Severa (ISDA) biss, li m’għandhiex bżonn tat-test tal-mezzi. Għal din ir-raġuni, persuni li japplikaw għal Assistenza għal Diżabilità Severa (SDA), Assistenza għal Persuni b’Vista Batuta (BLD) kif ukoll Assistenza għal Diżabilita` (DA) iridu jissottomettu dikjarazzjoni u jipprovdu dokumenti dwar id-dħul kollu li mhux ġej minn xogħol.