Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu ma nxtraw u lanqas inkrew ebda opri ta' arti wara d-9 ta' Marzu 2013.
Ministeru għat-Turiżmu — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum Heritage Malta xtrat ix-xogħlijiet tal-arti msemmija permezz tal-Vot Numru 5557 – Acquisitions of Contemporary Art Work, sabiex tkompli tikber il-kollezzjoni nazzjonali ta’ xogħlijiet tal-arti kontemporanji Maltin.
Ix-xogħlijiet kollha kienu mixtrija wara diskussjoni fil-kumitat tal-għażla li jinkludi il-kuraturi tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti u lil Prof. Joseph Paul Cassar (Maryland College, Maryland) skont il-kriterji stabbiliti meta twaqqaf dan il-vot fl-2010.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma inkrew jew inxtraw ebda opri ta’ arti la minni, la mid-dipartimenti, entitajiet jew aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għas-Saħħa — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma nxtraw jew inkrew l-ebda opri tal-arti mill-Ministeru u aġenziji wara d-9 ta’ Marzu 2013.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija għandu tliet impjegati meta kunsilli oħra b’popolazzjoni ikbar għandhom inqas impjegati? Jaf kif iddaħħlet it-tielet impjegata f’dan il-kunsill?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li l-Kunsill Lokali Ħal Lija kien ingħata approvazzjoni mid-Dipartiment biex jingaġġa impjegat fuq bażi part time, fid-29 ta’ Settembru 2009, u dan ’il fuq mil-limitu ta’ żewġ impjegati full time, skont il-popolazzjoni tal-lokal permessi skont l-Att dwar Kunsill Lokali. Infurmat ukoll li d-Dipartiment ma għandu l-ebda rekord ta’ approvazzjoni Ministerjali tat-tielet impjegat full time, għalkemm it-talba mill-Kunsill biex l-impjegat fuq bażi part time isir full time, saret fit-28 ta’ Frar 2011. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali talab spjegazzjoni lill-Kunsill Lokali dwar dan.
Kunsilli Lokali – persuni li jagħmlu xogħol ta’ avukat
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li jagħmlu xogħol ta’ avukat mal-kunsilli lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Santa Venera, il-Belt Valletta, Ħal Lija, San Ġiljan, Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, in-Nadur u r-Rabat (Għawdex)? Jista’ jqiegħed il-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk m’hemm l-ebda kuntratt, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterji li ntu¿aw biex jintgħa¿lu il-persuni kkonċernati u kemm jitħallsu fix-xahar u/jew fis-sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija ġarlamentari 6134, għall-ewwel parti u l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu. Intant infurmat li l-bqija tal-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali rispettivi mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba għall-kumplament tal-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li l-awla l-ġdida tal-Qorti ta' Għawdex qed tintuża b'iktar frekwenza u peress li f'din l-awla ma hemmx arja kondizzjonata, jista' l-Ministru jara li tiġi stallata sistema kemm jista' jkun malajr?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li qegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi stallat l-air- conditioning unit fl-awla l-ġdida.
Jista' l-ministru jara li l-prodott Resource Food Thickener li kif jaf hu prodott ferm importanti għall-persuni li għandhom problema biex jibilgħu, jkunu available fl-isptarijiet peress li infurmat li dan reġa' jinsab out of stock?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-prodott ‘Thickening agent’ kien disponnibli f’ammonti żgħar fl-aħħar ta’ Diċembru wara nuqqas fis-settur privat u internazzjonalment.
Infurmat ukoll li fl-isptarijiet tqassam
‘stock’
fl-10 ta’ Jannar stess minħabba li l-aġent wasalu Malta fid-9 ta' Jannar 2014.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-mixtla tal-Milorda, il-Furjana (taħt il-ġnien tal-Argotti) hijiex tintuża bħala mixtla? Jekk le, x'inhu l-użu li għandha bħalissa? Jekk għadha tintuża bħala mixtla, hemm ħsieb li l-użu tagħha jinbidel?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jindika fejn wasal il-proċess tas-sejħa ta' ingaġġ ta' clerks mal-Gvern għall-persuni li huma ngaġġati bħala clerks ma' kumpaniji privati li qed jagħtu servizz lill-Gvern? Ġew ingaġġati persuni mal-Gvern s'issa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-mili ta’ postijiet f’dan il-grad se jsir fiż-żmien opportun skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma d-doveri kollha li għandu l-ispettur anzjan li jmexxi l-Banda tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-ispettur inkarigat mil-banda tal-pulizija għandu d-doveri li jidderieġi, jmexxi, jamminstra u jagħmel kull xogħol iehor relatat ma l-istess banda tal-Korp. Huwa ukoll jattendi l-Qorti bħala prosekutur dwar numru ta’ kawzi li għandu fil-Qorti, kif ukoll kull doveri oħra li huwa jista’ jiġi assenjat li jagħmel.
Jista’ l-Ministru jispjega għala bandisti pajżana qed ikunu kkuntattjati mill-Banda tal-Pulizija biex isaqsuhom jekk humiex interessati jdoqqu mal-banda fuq bażi part-time?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjalment mhumiex jsiru dawn il-kuntatti.
Persuni li kkaġunaw offiżi lil pulizija/uffiċjali pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet misjuba ħatja fl-aħħar ħames snin, sena b’sena, li kkaġunat offiża fuq il-persuna ta’ Pulizija u/jew uffiċjali pubbliċi, jew inġurjatu jew għamlet theddid kontrih, ai termini tal-artikli 95 u 96 tal-Kodici Kriminali, u x’kienet il-piena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta’ statistika u għadhu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jispjega għala mill-Għassa ta’ Ħal Qormi mill-aħħar ta’ Marzu li għadda sal-lum ittieħdu jew ġew trasferiti minn hemm għaxar membri tal-Korp tal-Pulizija u ħadd ma ntbagħat minflokhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Twegiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 2716, iċ-ċaqliq u l-ispostament tal-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija jsir skont il-ħtiġijiet u n-neċessitajiet tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jispjega għala mill-Għassa ta’ San Ġiljan mill-aħħar ta’ Marzu li għadda sal-lum ittieħdu jew ġew trasferiti minn hemm iktar minn għaxar membri tal-Korp tal-Pulizija u ħadd ma ntbagħat minflokhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 2598, iċ-ċaqliq u l-ispostament tal-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija jsir skont il-ħtġijiet u n-neċessitajiet tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jispjega għala mill-Għassa tal-Mosta mill-aħħar ta’ Marzu li għadda sal-lum ittieħdu jew ġew trasferiti minn hemm numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija u ħadd ma ntbagħat minflokhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 2612, iċ-ċaqliq u l-ispostament tal-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija jsir skont il-ħtiġijiet u n-neċessitajiet tas-servizz.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5598, peress li servizz ta' konsulenza ta' professjonist mhux entità kummerċjali u għalhekk kuntrarju għal dak li qal il-Ministru, l-informazzjoni mitluba u r-remunerazjoni involuta, mhux informazzjoni sensittiva u peress illi tali informazzjoni hi informazzjoni pubblika, x'inhi r-raġuni illi l-Ministru qed jirrifjuta milli jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra għall-informazzjoni tal-Membri? Barra minn hekk, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll kopja tal-kuntratt illi din il-persuna ffirmat ma’ Transport Malta u/jew il-Ministeru tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5598, ħlief li taħt l-amministrazzjoni preċedenti ukoll ma kinitx il-prassi li titqiegħed din it-tip ta’ informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman u l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Corporation? Xi kwalifiċi għandha kull persuna li tifforma parti minn din l-entità? X'remunerazzjoni qed jieħu kull membru ta' din l-entità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman u l-Membri tal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) huma kollha persuni li għandhom il-kwalifiċi kollha meħtieġa biex jaqdu id-dmirijiet tagħhom bl-aħjar mod possibli.
Skont il-prassi mdaħħla mill-Gvern preċedenti, mhux opportun li tingħata informazzjoni rigward kundizzjonijiet u remunerazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat li jsiru proġetti mill-Grand Harbour Regeneration Corporation? Kemm hu stmat li se jiswa’ dan ix-xogħol? Meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Il-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) preżentament tinsab impenjata biex jitlestew proġetti li waqgħu lura taħt l-amministrazzjoni preċedenti partikolarment il-proġett ta’ bieb il-belt u l-proġett ta’ Dock 1. Qed taħdem biex tara li fondi Ewropej ma jintilfux. Fl-istess ħin GHRC għaddejja bi studji u tħejjijiet oħra meħtieġa biex tfassal proġetti li għandhom jitwettqu fil-5 snin li ġejjin.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5001, jista’ l-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid jekk is-sistema ta' parkers f'diversi żoni ta' parkeġġi fil-pajjiż hix se tinżamm? Għandhom dritt dawn in-nies li jagħmlu dan ix-xogħol iserrħu rashom illi xogħolhom mhux mhedded?
Response (MIZZI, JOE)
Nerġa’ nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5001, u nżid ninfurmah illi fil-pjan tiegħu il-Gvern se jkun ukoll qed iħares id-drittijiet u l-interessi tal-car park attendants liċenzjati, u dan minkejja li dawn m’humiex impjegati bħala tali.