Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu problema fir-residenza tiegħu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, intbagħtitlu ittra mill-Customer Care sabiex jagħmel kuntatt mal-Awtorità tad-Djar u jispjegalna il-problema tiegħu.
Leg 12 PQ #6869 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – persuni li jagħmlu xogħol ta’ accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li jagħmlu xogħol ta’ accounts mal-kunsilli lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Santa Venera, il-Belt Valletta, Ħal Lija, San Ġiljan, Ta’ Sliema, San Pawl il-Baħar, in-Nadur u r-Rabat (Għawdex)? Jista’ jqiegħed il-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk m’hemm ebda kuntratt, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterji li ntużaw biex jintgħażlu il-persuni kkonċernati u kemm jitħallsu fix-xahar u/jew fis-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6870 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – persuni li jagħmlu xogħol ta’ perit

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li jagħmlu xogħol ta’ perit mal-kunsilli lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Santa Venera, il-Belt Valletta, Ħal Lija, San Ġiljan, Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, in-Nadur u r-Rabat (Għawdex)? Jista’ jqiegħed il-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk m’hemm ebda kuntratt, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterji li ntużaw biex jintgħażlu il-persuni kkonċernati u kemm jitħallsu fix-xahar u/jew fis-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6871 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali – persuni li jagħmlu xogħol ta’ contracts manager

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li jagħmlu xogħol ta’ contracts manager mal-kunsilli lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Santa Venera, il-Belt Valletta, Ħal Lija, San Ġiljan, Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, in-Nadur u r-Rabat (Għawdex)? Jista’ jqiegħed il-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk m’hemm ebda kuntratt, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterji li ntużaw biex jintgħażlu il-persuni kkonċernati u kemm jitħallsu fix-xahar u/jew fis-sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6872 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija – passi kontra l-ex Segretarju Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jitlob lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali jispjega x’passi kienu ttieħdu kontra l-abbuż li kien sar min-naħa tal-ex Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija lura fl-2010 u li ġie mikxuf fl-2012? Għalfejn il-persuna li kienet żvelat dan l-abbuż qatt ma ġiet mitluba tagħti l-verżjoni tagħha mid-Dipartiment? Jekk ma ttieħdu ebda passi dixxiplinari, għalfejn ma sarx dan?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li l-investigazzjonijiet mid-Dipartiment bdew minnufih wara li deher artiklu fil-ħarġa tal-Orizzont tat-18 ta’ Settembru 2012 dwar l-allegat kaz. Il-Kunsill Lokali wieġeb lura lid-Dipartiment permezz ta’ ittra datata 25 ta’ Settembru 2012. Id-Dipartiment kien sodisfatt bit-tweġiba tal-Kunsill u ma ħassx li kellu jieħu xi passi partikolari.
Leg 12 PQ #6873 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija – rakkomandazzjonijiet minn rapport dwar ir-riżorsi umani

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk itteħdux passi mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija biex isegwi r-rakkomandazzjonijiet minn rapport dwar ir-riżorsi umani maħruġ mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali u komunikat mid-Direttur tal-Gvern Lokali fis-16 ta’ Novembru 2012? Jekk ittieħdu l-passi, x’inhuma dawn? Jekk l-Amministrazzjoni ma ħaditx passi, se tittieħed azzjoni dixxiplinarja fil-konfront tal-Amministrazzjoni?

Response (VELLA, KARMENU)

Wara l-komunikazzjoni tas-16 ta’ Novembru 2012, li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, ninsab infurmat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija bgħat jinforma lid-Dipartiment bir-rimedji li kien se jieħu, liema rimedji daħlu fis-seħħ f’Novembru stess fosthom bil-ħatra ta’ Deputat Segretarju Eżekuttiv ġdid u sussegwentement bir-riżenja tas-Segretarju Eżekuttiv li kien hemm. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza dwar dan.
Leg 12 PQ #6874 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Aġenti Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fuq liema kriterji ġew magħżula l-Aġenti Segretarji Eżekuttivi li ġew maħtura nhar is-7 ta’ Marzu 2013 proprju jumejn qabel l-Elezzjoni Ġenerali? Jekk jinsab li kien hemm abbuż ta’ poter mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali, se jittieħdu passi dixxiplinari? Jista’ jiċċara kif l-Aġenti Segretarji Eżekuttivi jiġu mħallsa u jekk humiex dawn l-istess Aġenti Segretarji Eżekuttivi li jniżżlu s-sigħat li jkunu għamlu fit-tieni kunsill bil-possibbiltà kollha ta’ abbuż? Jista’ jiċċara kif tinħadem il-performance bonus ta’ dawn l-Aġenti Segretarji Eżekuttivi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Aġent Segretarju Eżekuttiv jinħatar mill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali skont Kapitlu 363 Taqsima V, 49 (4) li jgħid hekk: “Meta Kunsill jirrifjuta jew jonqos milli jinnomina Segretarju Eżekuttiv jew Deputat Segretarju Eżekuttiv, il-Ministru għandu jinnomina aġent Segretarju Eżekuttiv jew aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv rispettivament mill-istess pool.” Intant infurmat li l-Aġenti Segretarji Eżekuttivi jitħallsu skont is-siegħat li jagħmlu fit-tieni Kunsill, waqt li l-performance bonus jinħadem pro rata skont l-ammont ta’ siegħat li jkunu għamlu. Biex titrażżan kull possibilità ta’ abbuż, kull pagament jiġi awtorizzat mill-istess Kunsill Lokali u għalhekk huwa suġġett għal kull verifika.
Leg 12 PQ #6887 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persons of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant tispeċifika għal liema perjodu qed tirreferi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Tista' jekk jogħġobha l-Onor. Interpellant tindika għal-liema perjodu ta' żmien qiegħda tirreferi, biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6890 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema perjodu qed tirreferi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema perjodu qed tirreferi.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema perjodu qed tirreferi.
Leg 12 PQ #6933 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħol ta’ konsulenzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sa Marzu 2013 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6934 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 413 u jagħti lista ta' kull kuntratt li l-uffiċċju tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Din it-tabella ma tinkludix r-risposta ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn jien infurmat li għadha qed tinġabar. L-informazzjoni ta’ l-Awtorità tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6935 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — tenders/direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6099 u jgħid x'xogħol ingħata mill-Uffiċċju jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 sa Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar il-Kumpanija msemmija. Din it-tabella ma tinkludix r-risposta ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn jien infurmat li għadha qed tinġabar. L-informazzjoni ta’ l-Awtorità tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6940 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati li bbenefikaw minn miżuri family friendly

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati nisa u rġiel fid-dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li matul is-sena 2013 ibbenefikaw minn xi miżura family friendly? Liema kienu dawn il-miżuri family friendly li bbenefikaw minnhom dawn l-impjegati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6941 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti Kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti, inizjattivi u programmi kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea saru f’Għawdex matul is-sena 2013? Jista’ jagħti lista tagħhom u kemm sewa kull proġett, inizjattiva jew programm?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6942 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti Kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti, inizjattivi u programmi kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea qed jitwettqu jew se jibdew matul is-sena 2014 f’Għawdex? Jista’ jagħti lista tagħhom, deskrizzjoni fiex jikkonsistu u kemm se jiswa kull proġett, inizjattiva jew programm?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6943 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6377, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni li ma nħarġitx sejħa għall-offerti jew intalbu kwotazzjonijiet meta x-xogħlijiet, servizzi eċċ. involuti ma kienux daqshekk urġenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.